Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta — Twaqqigħ u bini ta’ skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir bini ta' skola oħra ġewwa l-Mosta u l-iskola primarja eżistenti titwaqqa’? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx xi tip ta' Traffic Impact Assessment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada se tkun qed tibni skola ġdida biswit dik eżistenti fl-inħawi ‘Taż-Żokrija’. Infurmat ukoll li l-Fondazzjoni qed tmexxi proċess ta’ konsultazzjoni, pjanar u studji, filwaqt li fost l-istudji li se jkunu qegħdin isiru, se jkun hemm dawk dwar it-traffiku.

MFHEA — Fondi allokati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21319, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari u jgħid mhux biss min se jimplimenta din l-istrateġija iżda realment kemm ġew allokati fondi min-naħa tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) għal kull rakkomandazzjoni u inizjattiva ssuġġerita mill-istess strateġija? Jista’ jgħid ukoll minn meta tħabbret l-istrateġija sal-ġurnata li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rakkomandazzjoni ġiet implimentata u meta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li bosta mill-oqsma kkunsidrati fl-Istrateġija msemmija huma diġà koperti mill-istima finanzjarja tal-ispejjeż għall-operat tal-Awtorità stess. Infurmat ukoll li oqsma oħra huma koperti b’numru ta’ proġetti kurrenti u oħrajn prospettivi li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Skejjel Indipendenti u tal-Knisja — Assistenza ta' uffiċjali tal-Pulizija jew tal-LESA – dħul u ħruġ ta’ studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jipprovdi u jiffinanzja servizz ta’ assistenza ta' uffiċjali tal-Pulizija jew tal-LESA waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-iskejjel li mhumiex tal-Istat, imma skejjel Indipendenti jew tal-Knisja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari w94.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Xiri ta’ MacBooks

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nxtara l-ebda MacBook minn fondi pubbliċi lill-istaff tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari w94.

Ix-Xewkija — Ċentru tal-Università - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sar fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus, kemm hu l-baġit allokat għal din l-estensjoni għas-sena 2025 u x' hemm ippjanat li jsir?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20402.

AIMS — Rapport Finanzjarju 2022

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ir-rapport finanzjarju tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) għas-sena 2022 għadu ma ġiex ippreżentat minħabba li ċ-Chairman qed jirrifjuta li jaċċetta l-Management Letter tal-awdituri mqabbda mill-istess Awtorità? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi raġuni oħra jew għalfejn dawn ir-rapporti għadhom ma ġewx ippreżentati minkejja li l-awdituri ilhom xhur sħaħ li lestew l-audit u ppreżentaw il-Management Letter?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità għall-Integrità fl-Isports — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23430, 23974 u 24171 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22516, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna msemmija f'din il-kariga hijiex "politically-restricted" skont Skeda A tad-Direttiva 5 tas-Servizz Pubbliku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li kull impjegat jimxi skont id-Direttivi maħruġa mis-Servizz Pubbliku.

Università ta’ Malta – Work resources

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk numru ta' akkademiċi fl-Università ta’ Malta ma rċevewx il-'Work Resources' jew inkella rċevewh bi tnaqqis sostanzjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Università ta’ Malta – Work resources

Question

Fid-dawl li numru ta' akkademiċi fl-Università ma rċevewx, jew inkella rċevew bi tnaqqis sostanzjali l-'Work Resources', jista’ l-Ministru jara li dawn l-akkademiċi jirċievu dawn ir-riżorsi b'mod sħiħ kif dejjem irċevewhom? Jista’ jgħid ukoll meta dan ser isir?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dekasteru tiegħu wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22282.

Eżami tas-SEC — Matematika

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20939, jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' studenti li għamlu l-eżami tas-SEC fil-Matematika fl-Iskola Sekondarja tal-Ħamrun, f’April-Mejju 2024 u jaqsam din l-informazzjoni skont il-marka li ġabu minn 1 sa 8 u U?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li mill-iskola msemmija, 119-il student poġġew għall-eżami msemmi. Għal fini ta’ etika, informazzjoni addizzjonali mhux ser tiġi ppublikata.

Il-Mosta – Skola Sekondarja taż-Żokrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser issir estensjoni fl-Iskola taż-Żokrija l-Mosta? Jista’ jgħid kemm ser jiżdiedu klassijiet u kif ser ssir l-estensjoni pereżempju jekk hux ser jinbena sular ieħor? Jekk ser ssir estensjoni, din ser issir matul is-sena skolastika għad-detriment kemm għal saħħet l-istudenti kif ukoll l-edukaturi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala: (a) Head of Secretariat; (b) Deputy Head of Secretariat; (c) Private Secretary; (d) Assistant Private Secretary; (e) Head Customer Care Officer; (f) Customer Care Officer; (g) Customer Care Assistant; (h) Communications Secretary; (i) Events Co-ordinator; (j) Co-ordinating Officer; (k) Secretariat Officer; (l) Secretariat Pool; (m) Senior Secretariat Messenger; (n) Secretariat Messenger; (o) Chairwoman; (p) Personal Driver; (q) Security Officer; (r) Advisor; (s) Policy Consultant; (t) Policy Co-Ordinator; (u) Photographer; (v) Person/Position of Trust oħrajn? Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli): (i) Disturbance Allowance; (ii) Secretariat Allowance; (iii) Bonus for Overtime Worked; (iv) Communications Allowance; (v) Fully-expensed mobile telephony; (vi) Free telephony; (vii) Pre-Paid top-ups for telephony service; (viii) Internet Service; (ix) Car Allowance; (x) Transport Allowance; (xi) Fuel Vouchers; (xii) Use of car-hired car; (xiii) Use of government-owned car; (xiv) Internet key; (xv) Tablets; (xvi) Laptops; (xvii) Peripherals; (xviii) Expertise allowance; (xix) Disturbance Allowance; (xx) Shift Allowance; (xxi) i tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.