Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti — Korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti ġejjn minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra (separatament) li qed jattendu l-Universita, l-MCAST u l-ITS, maqsuma skond il-kors u s-sena li qegħdin fiha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Primarja Bice Mizzi Vassallo — Liċenzji meħtieġa

Question

Tista' l-Ministru, b'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 2466, xi pjanijiet alternattivi hemm għall-bini tal-iskola primarja Bice Mizzi Vassallo? Tista' tagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri li fuqhom ħarġu l-liċenzji meħtieġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-pjan alternattiv li hemm fil-preżent għall-bini ta’ l-iskola primarja Bice Mizzi Vassallo f’Pembroke hu li jintuża għall-amministrazzjoni u l-użu tal-Kulleġġ Santa Klara. Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema ċentri u liċenzji qiegħed jirreferi fit-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu.

Qawra — kumpless sportiv

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar fiex waslu l-pjanijiet biex fl-inħawi tal-Qawra jinbena kumpless sportiv? Tista' tagħti indikazzjoni ta' x'hemm il-ħsieb li jinbena f'dan il-kumpless u meta mistenni jinbeda x-xogħol fuqu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent, il-Kunsill Malti għall-Isport qed jaħdem fuq il-brief tal-proġett tal-Kumpless Sportiv tat-tramuntana.

Belt Valletta — Mużew tal-Gwerra

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li qed isir fuq il-Mużew tal-Gwerra fil-Belt Valletta? Kemm intnefaq s'issa? Min qed jagħmel ix-xogħol? Tista' tgħid meta hu maħsub li jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku speċjalment peress li l-post huwa ta' attrazzjoni turistika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li x-xogħol li sar u qed isisr fil-Mużew tal-Gwerra jinkludi xogħol strutturali, kuratorjali u ta’ konservazzjoni. In-nefqa totali mistennija li tkun ta’ €412,795.53 Ix-xogħol kollu kuratorjali, ta’ konservazzjoni tal-oġġetti u konservazzjoni tal-partijiet esterni tal-binja sar minn ħaddiema ta’ Heritage Malta. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni intern sar minn kuntratturi differenti. Huwa maħsub li l-Mużew jerġa jinfetaħ għall-pubbiku fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.

Active Youngsters Programme — Parteċipanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-programm Active Youngsters organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isports maqsuma skond kull kategorija sportiva? X'kienu jinkludu l-attivitajiet organizzati għal kull sport differenti? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? F'liema lokalità nżammet kull attività?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Girls on the Move — Parteċipanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-proġett Girls on the Move organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isport maqsuma għal kull dixxiplina sportiva? X'kienu jinkludu l-attivitajiet organizzati għal kull dixxiplina differenti? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? F'liema lokalità nżammet kull attività?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Technical Service Branch — re-organisation

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għas-sezzjoni tat-Technical Service Branch? Meta sejra issir ir-re-organisation ta' din is-sezzjoni li tant ilha tiġi mwegħda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Riċentament ġie kummissjonat studju dwar kif l-aħjar tiġi riorganizzata s-sezzjoni tat-Technical Services Branch, u dan fl-ambitu tal-ħolqien tal-Kulleġġi bħala parti mir-riforma fl-edukazzjoni. Meta dan l-istudju ikun komplut, jitfasslu dawk il-pjanijiet li jolqtu lill-ħaddiema ta’ din is-sezzjoni.

Technical Services Branch u Gardening Unit — Foundation For Tomorrow School

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex matul is-sajf l-ordnijiet lil ħaddiema tat-Technical Services Branchu tal-gardening unit kien primarjament mogħtija mill-General Manager tal-Foundation for Tomorrow School

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li matul is-sajf grupp ta’ sitt (6) Bennejja u grupp ta’ erba’ (4) Ġardinara kienu allokati mal-Foundation for Tomorrow’s Schools fuq il-proġett tal-iskola tal-Verdala. Il-kumplament tal-ħaddiema tat-Technical Services Branch u tal-Gardening Unit kellhom id-direzzjoni mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.

IPSL — Technical Services Branch u l-Gardening Unit

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għall-ħaddiema tal-IPSL fir-riorganiżazzjoni tat-Technical Services Branch u l-Gardening Unit li tant ilha tissemma u wkoll tiġi mwegħda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Riċentament ġie kkummissjonat studju dwar kif l-aħjar jiġu riorganizzati s-sezzjonijiet tat-Technical Services Branch u l-Gardening Unit, u dan fl-ambitu tal-ħolqien tal-Kulleġġi bħala parti mir-riforma fl-edukazzjoni. Meta dan l-istudju jkun komplut, jitfasslu dawk il-pjanijiet li jolqtu lill-ħaddiema tal-IPSL li jaħdmu f’dawn is-sezzjonijiet.

Technical Services Branch u Gardening Unit — Ħaddiema - Saħħa u sigurtà

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri jittieħdu biex jassiguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f'ħdan it-Technical Services Branch u l-Gardening Unit fid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi, skond kif jitlob il-liġijiet eżistenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-uffiċjali tat-Technical Services Branch iżuru l-postijiet tax-xogħol qabel jinbeda x-xogħol u jsir risk assessment biex kemm jista’ jkun jitnaqqas il-periklu. Fejn ikun hemm bżonn, nesiġu li jintlibsu il-ħwejjeġ protettivi pprovduti mid-Direttorat kemm għall-ħaddiema tat-Technical Services Branch kif ukoll għall-ħaddiema tal-Gardening Unit.

skejjel — xogħol ta' manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-iskejjel li fihom sar xogħol ta' manutenzjoni matul is-sajf li għadda jew mill-FTS jew mit-TSB jew mill-Gardening Unit? X'sar f'kull waħda minn dawn l-iskejjel? Kemm man hours kienu involuti f'kull skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Foundation for Tomorrow School — Overtime

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħata overtime mill-Foundation for Tomorrow School matul is-sajf li għadda biex jitlesta ċertu xogħol fuq l-iskejjel? Min kienu n-nies li ngħataw dan l-overtime? Mil-liema sezzjonijiet tat-Technical Services Branchu l-Gardening Unit ġew dawn l-individwi? Għaliex ċerta individwi tħallew barra fuq ordni espressa tal-General Manager tal-Foundation for Tomorrow School?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li matul ix-xhur tas-sajf li għadda saru tiswijiet li wħud minnhom kienu estensivi, f’diversi skejjel sabiex meta l-istudenti jirritornaw wara s-sajf, dawn isibu skola aħjar tilqagħhom. Dawn ix-xogħlijiet saru bi pjan imfassal mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li kien jagħti każ tal-prijoritajiet tal-iskejjel. L-overtime lin-nies tat-Technical Services Branch u l-Gardening Unit ingħata skond is-sengħa partikulari li kien hemm bżonn. Kien hemm 1,751 siegħat maħduma mill-Electricians, 1,147 mill-Plumbers, 3,040 mill-bennejja, 1,039 miż-żebbiegħa, 212 mill-ħaddiema tad-Drainage, 336 mill-ħaddieda, 431 mill-mastrudaxxi u 1,480 mill-ġardinara. Ma kien hemm ebda ‘ordni espressa’ tal-General Manager tal-Foundation for Tomorrow’s Schools biex jitħallew xi individwi barra.

Studenti fl-Università fuq bażi full time

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu d-diversi korsijiet li hemm fl-Università fuq bażi full time fakultà fakultà? Kemm minn dawn l-istudenti huma barranin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-numru ta’ studenti li qed jattendu korsijiet full-time fl-Universita’ ta’ Malta hu 7733. Il-lista relatata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista A turi kif dawn l-istudenti huma mqassma f’kull Fakulta’. Minn dawn l-istudenti hemm 416-il student barrani. Il-Lista B turi kif dawn l-istudenti huma mqassma f’kull Fakulta’.

Politika nazzjonali — Edukazzjoni ambjentali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jkollu politika nazzjonali dwar edukazzjoni ambjentali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa għaddejja l-Curriculum Review li tinvolvi l-aspetti kollha tal-edukazzjoni formali mis-snin bikrija sas-sekondarja. F’dan il-qafas li qed jinbena hemm l-edukazzjoni ambjentali. Meta jitlesta dan id-dokument imbagħad ikun iz-zmien opportun biex noħolqu strateġija nazzjonali dwar l-edukazzjoni ambjentali.

Photovoltaic Cells

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ispazju li għandu l-Gvern fuq bjut li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi huwa ta’ 73,687.5 metri kwadri. Minn dan l-ispazju, il-persentaġġ ta’ photovoltaic cells huwa ta’ 3.01.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Aġenzija - Reklamar

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tagħha u tindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Imprest Capital, Maintenance, u Material and Supplies votes — Skejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'kemm globalment naqsu matul dawn l-aħħar ħames snin l-Imprest Capital, il-Maintenance u l-Material and Supplies votes li kull sena jingħataw lil kull skola mill-Istat? Tista' tagħti t-tagħrif sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Service Managers mad-Department for School Resources Management — interviews

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-interviews għal Service Managers mad-Department for School Resources Management baqgħu ma sarux bħal ta' dipartiementi oħrajn? X'inhi r-raġuni li ħarġet sejħa oħra għall-applikazzjoni li għalqet fid-19 ta' Settembru 2008? Tidhirlix l-Ministru li dan joħloq ċerti dubji meta dawk li kienu applikaw ma' l-ewwel sejħa kienu nfurmati li ma kellhomx għalfejn jerġgħu japplikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li s-sejħiet għas-Service Managers għat-tlett dipartimenti fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħargu flimkien u għalqu fl-istess data. Il-Bord ta’ l-għazla maħtur mill-kummissjoni tas-Servizz Pubbliku waqt li kien qed jevalwa l-eliġġibilita ta’ l-applikanti ħass li s-sejħa għal Service Managers fid-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta’ Rizorsi ta’ l-Iskejjel kellha klawsola li ma kinitx ċara biżżejjed. Il-Bord ta’ l-għażla kiteb lill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku biex jieħu direzzjoni. Din il-Kummissjoni tat id-direzzjoni li s-sejħa għandha tiġi ċċarata u terġa toħroġ. L-applikazzjoni ħarġet u għalqet fid-19 ta’ Settembru 2008. Min kien diġa applika ma kellux għalfejn jerġa japplika għaliex l-applikazzjoni tagħhom għadha valida.

Disciplinary Charges konnessi ma' skartar fid-dipartiment

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu Disciplinary Charges konnessi ma' skartar fid-dipartiment li jaqgħu taħtha? Kemm minnhom dehru quddiem Disciplanary board u ġew maqtugħa u kemm għad hemm pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li-n-numru ta’ Diciplinary Charges maħruġa konnessi ma’ skartar fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi fis-sena 2008 huwa ta’24, li minn dawn 14 ġew deċiżi u 10 għadhom pendenti.

assistenti diretturi — appointments

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm il-ħruġ ta' appointments ta' Assistenti Diretturi ġodda li kienu ntagħżlu wara sejħa pubblika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-proċess għall-ħatra ta’ Ass. Direttur hu konkluż, u hekk kif tasal l-approvazzjoni meħtieġa dawn jiġu maħtura.