Legislature:
Category:
Reset
Active:

COVID 19 – waiting lists tal-isptar u dettalji tal-pazjenti

Question

Peress li skont rapport fil-gazzetta Times of Malta tal-31 ta’ Marzu 2020, ħafna nies li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem, irċevew ittra minħabba l-COVID 19, apparti l-insensittività, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, li, jekk il-waiting lists li hemm l-isptar humiex aġġornati? Jista’ jgħid ukoll jekk id-dettalji tal-pazjenti humiex aġġornati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-waiting list tal-isptar Mater Dei hija aġġornata. Is-sorsi minn fejn inġabret il-lista ta’ nies vulnerabbli kienu varji, minħabba li l-element tal-ħin kien kruċjali, ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi nkluż kull min kien jinstab fuq dawn il-listi. Ninfurmah ukoll li qed tittieħed azzjoni sabiex dawn il-każijiet jiġu korretti.

Prefabricated Hospital – request for participation

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min rebaħ/intgħażel ir-Request for Participation ta’ Marzu 2020 għall-bini ta’ prefabricated hospital li kellu jkun ġudikat fuq il-prezz biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13597.

Open Centre tal-Marsa – tests għall-COVID-19

Question

Ladarba qed tingħata informazzjoni dwar kemm qed isiru tests fl-Open Centre ta' Ħal Far, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed isiru tests fl-Open Centre tal-Marsa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiċ-ċentru tal-immigranti fil-Marsa saru 20 test għal COVID-19. Dawn it-testijiet irriżultaw kollha fin-negattiv.

COVID-19 — tests

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex waqt li fil-pajjiżi milquta mill-COVID-19 qed jiżdiedu t-tests, għaliex f’pajjiżna jidher li n-numru ta' tests qed jonqos u infatti jidhru li naqsu b'50%?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,072 swab test għal COVID-19, b’żieda ta’ 53% fuq l-24 siegħa ta’ qabel.

Prefabricated Hospital

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13597, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed iżomm milli tkun aġġudikata din is-sejħa, wara li fl-aħħar ġimgħat qal pubblikament li dan kien urġenti ħafna, li ma setax jistenna tant li ta tliet ijiem biss għar-Request to Proposal, u li kellu jkun aġġudikat u esklussivament fuq il-prezz biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sejħa msemmija qed tiġi aġġudikata u l-offerti qed jiġu skrutinizzati skont il-proċeduri kollha tal-public procurement.

Ministeru għas-Saħħa – direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka d-direct orders li kull entità taħtu tat, meta u minn min u l-valur/prezz, mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Mediċini impurtati minn barra minn Malta — nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12817 u jipprovdi n-nefqa ta’ mediċini impurtati minn barra minn Malta meta dawn ma jkunux disponibbli f’Malta? Veru li xi kultant l-ispiża tal-ajru tkun ogħla mill-mediċina nnifisha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċini kollha jiġu impurtati minn barra minn Malta ħlief għal xi eċċezjonijiet ta’ manifattura lokali.

Sptar Boffa — pazjenti bil-Coronavirus (COVID-19)

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni biex l-Isptar Boffa jintuża għall-pazjenti tal-Coronavirus (COVID-19)? Jekk l-Isptar Boffa kien diġà ntgħażel qabel tfaċċa l-ewwel każ, għalfejn il-pazjenta ttieħdet l-Isptar Mater Dei u mhux l-Isptar Boffa u għalfejn il-pazjenti anzjani li qed jiġu kkurati fl-Isptar Boffa bdew jiġu trasferiti lejn l-Isptar Mater Dei fil-jum li tħabbar l-ewwel każ f'Malta, jiġifieri nhar is-Sibt 7 ta' Marzu 2020? Il-pazjenti u l-familjari tagħhom meta ġew infurmati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li lejn l-aħħar ta’ frar ittieħded id-deċiżjoni illi l-ewwel pazjenti bil-COVID-19 jiġu rikoverati fl-Isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa f’dan l-isptar. Meta n-numri ta’ pazjenti bdew jiżdiedu, dawk li kellhom bżonn kura mhux daqstant akuta, bdew jiġu rikoverati fl-isptar Boffa. Numru żgħir ta’ pazjenti rikoverati fl-ispar Boffa ġew trasferiti għall kura fl-Isptar Mater Dei, oħrajn ġew trasferiti f’waħda mid-djar ta l-anzjani. Appena ġew identifikati u kkonfermati is-sodod disponibbli fid-djar tal-anzjani, l-familjari tal-pazjenti ġew notifikati immedjatament.

Sptar Boffa — laqgħat ma' ħaddiema - pjan ta' kontinġenza għall-pazjenti bil-Coronavirus

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-pjan ta' kontinġenza biex jiġu trattati pazjenti tal-Coronavirus (COVID-19) kemm-il laqgħa saret mal-ħaddiema tal-Isptar Boffa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt il-preparamenti tal-pjan ta’ kontingenza dwar il-Covid 19, saru u għadhom isiru diversi laqgħat mat-tim ta’ ħaddiema li qed jikkuraw l-pazjenti COVID rikoverati fl-Isptar Boffa.

Sptar Boffa — użu għall-pazjenti bil-Coronavirus (COVID-19)

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid issa li l-Isptar Boffa se jintuża għall-pazjenti tal-Coronavirus (COVID-19), fejn se jiġi trasferit id-Dipartiment tad-Dermatoloġija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tad-Dermatoloġija ta out-patients qed jingħata minn klinika ġdida li tħejjiet apposta fil-Gżira. Pazjenti tad-Dermatoloġija li għandhom bżonn kura fi sptar qed jieħdu t-trattament meħtieġ f’Mater Dei mit-tobba tad-dermatoloġija stess.

Coronavirus (Covid-19) — pjan ta' kontinġenza - għajnuna minn Steward Health Care

Question

Fil-pjan ta' kontinġenza biex jiġu trattati pazjenti tal-Coronavirus (COVID-19), jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern talabx l-għajnuna u/jew l-involviment ta' Steward Health Care? Jekk iva, x'tip ta' għajnuna ntalbet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti mill-preparamenti għall-COVID 19, id-Dipartiment tas-Saħħa talab lil Steward Health Care sabiex jagħmel il-preparamenti fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex ħalli jkun hemm 120 sodda inkluż 17-il sodda tal-ITU għal-użu ta’pazjenti b’Covid-19.

Coronavirus (COVID-19) — pjan ta' kontinġenza

Question

Fil-pjan ta' kontinġenza biex jiġu trattati pazjenti tal-Coronavirus (COVID-19), jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm ħsieb li d-Dipartiment tad-Dermatoloġija jimxi mill-Isptar Boffa għall-Isptar Karin Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13359.

Prefabricated Hospital

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hu mistenni li tkun in-nefqa għal prefabricated hospital li qed jinbena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-aġġudikar għas-sejħa li għamel il-Ministeru ghas-Saħħa għadu għaddej u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba issir pubblika fil-mument opportun.

Qasam tas-Saħħa Mentali: servizz tat-tobba tal-familja privati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13477, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jistgħu jagħmlu użu mis-servizzi tat-tobba tal-familja privati biex jiġu megħjuna fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba is-sitwazzjoni ta' pandemija Covid 19 ġo pajjiżna, din l-iskema twaqqfet temporanjament. La darba tkun għaddiet il-pandemija se tkun qed terġa toħroġ sejħa oħra għal tobba tal-familja individwali. Tajjeb li nfakkar illi riċentament b’kollaborazzjoni mar- Richmond Foundation tnieda servizz ta’ 24 siegħa kuljum permezz tal- helpline 1770 għal dawk li jħossu li għandhom bżonn għajnuna psikoloġika.

Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12614, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa għas-sena 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12614.

Ministeru għas-Saħħa — xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata jew sar l-ebda xogħol fl-2019 u l-2020 mill-kumpanija msemmija minnu separatament.

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Rapport dwar il-Qasam tas-Saħħa Mentali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13482, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali liema rapport kien sar mill-Awditur Ġenerali u li jidher fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika http://www.nao.gov.mt, kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook – www.facebook.com/NAOMalta.?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti li saru mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali diġa huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit elettroniku ta’ l-istess Uffiċċju.

Każijiet ta' suwiċidju

Question

Jista' d-Deputat Prim u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidji mill-2017 sal-lum? Kemm minn dawn kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-informazzjoni li qed tingħata fit-tabella t’hawn taħt li nġabret mir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet. ; Sena Nisa Irġiel Total 2017 5 20 25 2018 2 20 22 2019 2 21 23

Sptar Monte Karmeli — residenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti fl-Isptar Monte Karmeli u kemm kien hemm każijiet ġodda mill-2015 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-1 t’April tal-2020 kien hemm 307 resident għal kura ġewwa fl-isptar Monte Karmeli kif ukoll 50 pazjent bil-leave. Fl-2015 kien hemm 490 ka¿ ġdid, fl-2016 581, fl-2017 616, fl-2018 kien hemm 788 ka¿ijiet ġodda filwaqt li fl-2019 598.