Talba għall-home help
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan ta' 74 sena, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix waħdu għax huwa divorzjat u jbati b'qalbu u skont it-tabib tiegħu għandu bżonn is-servizz tal-home help? Jekk hemm bżonn ta' aktar ċertifikati dawn jiġu sottomessi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ll-Bord tal-Allokazzjoni tas-Servizz tal-Home Help ra l-każ tal-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fis-17 ta' Mejju, 2011 u kkonkluda li skont ir-rapport mediku, dan l-anzjan għadu indipendenti u l-kundizzjonijiet mediċi tiegħu ma jimpeduhx milli jagħmel xogħol ta’ tindif fid-dar. Għaldaqstant il-Bord iddeċieda li m’hemmx urġenza biex jiġi allokat home help. F'każ li dan l-anzjan jerġa jissottometti ċertifikati mediċi ġodda li jindikaw xi tibdil fil-kundizzjoni ġenerali ta’ saħħtu, il-Bord jerġa jikkunsidra dan il-każ.