Fondi mill-Good Causes Fund lit-timijiet tal-futbol
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitqassmu l-fondi mill-Good Causes Fund lit-timijiet tal-futbol li applikaw għal xi fondi? Kemm kienu dawn it-timijiet li applikaw f'dawn l-aħħar sentejn u min ingħata u kemm kien l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil Onorevoli Interpellant li għall l-ewwel parti tal-mistoqsija il-Gvern flimkien mal-Malta Football Association se jkunu qed jinvestu €9 miljun ewro biex sas-sentejn li ġejjin kull klabb tal-futbol f’Malta jkollu grawnd tiegħu jew tal-anqas jedd ta’ użu ta’ grawnd modern u b’ħaxix sintetiku fuq xhiex jagħmel it-taħriġ tat-timijiet tiegħu. Għall daqstant il-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment se jalloka €400,000 assistenza finanzjarja mill-Fond tal-Kawzi Gusti lit-timijiet tal-futbol. Dsatax il-club se jkunu qed igawdu sabiex ikollom użu ta’ facilitajiet moderni b’grawnds attrezati.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija l-informazzjoni qed tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru abbażi tas-sena 2011 jagħti breakdown ta' kemm għandu impjegati full-time kif ukoll self employed registrati mad-Dipartiment tat- Taxxa li jaqilgħu:
a. Sa €9000 fis-sena ;
b. Bejn €9000 u €11000 fis-sena;
c. Bejn €11000 u €17000 fis-sena;
d. Bejn €17,000 u €25000;
e. Bejn €25000 u €35000;
f. Bejn €35000 u €50000;
g. Aktar minn €50,000 .
Jista' l-Ministru jgħid kemm iħallsu taxxa kollettivament kull kategorija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar id-dħul tat-taxpayers impjegati għas-sena 2011 għadha dieħla fid-Dipartiment. Fir-rigward tas-self employed baqgħalhom sa’ Ġunju li ġej biex jibagħtu l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2011. It-tagħrif mitlub jkun jista’ jingħata aktar tard matul din is-sena meta l-informazzjoni tkun miġbura kollha u pproċessata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu films f'pajjiżna mis-sena 2010? Kemm dam jinħadem kull film f'pajjiżna u kemm tħaddmu Maltin f'kull film inklużi extras? Jekk hemm proġettat aktar filming ta' films f'pajjiżna, kemm hemm films proġettati, meta u kemm se jitħaddmu Maltin f'kull film inklużi l-extras?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Fgura — Triq l-Iskola - riħa qawwija ta' gass minn spuction
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'rapporti saru u x'passi ttieħdu dwar riħa qawwija ta' gass li toħroġ minn spuction li qegħda fit-tarf tal-Triq l-Iskola fil-Fgura? Hemm periklu ta' saħħa għar-residenti ta' dawk l-akwati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qatt ma rċeviet rapporti ta rwejjaħ jew gass ħiereġ fi triq l-iskola ġewwa l-Fgura.
Minn spezzjoni li saret fuq il-post, ma nstab xejn ħażin fis-sistema tad-drenaġġ. Kienu diversi residenti li kkonfermaw li qatt ma xammew riħa tad-drenaġġ fit-triq.
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jekk ghandu aktar dettalji jghaddihom biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkun tista' tillokalizza dan l-allegat inkonvenjent u tassigura li ma jkunx hemmx periklu għar-residenti.
Kappara DC għal San Ġwann u St Andrews DC — informazzjoni dwar tender ta' xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet l-order to start work tender għax-xogħol fuq il-Kappara DC għal San Ġwann u St Andrews DC li tikkomprendi t-tul ta' 1.6km u 1.5km, hekk kif rapportat fil-ġurnal The Times tad-29 ta' Novembru, 2011? Jista' jgħid lil liema kumpanija/i ngħatat it-tender għall-imsemmi xogħol? Peress li fl-istess rapport ta' The Times tissemma' kumpanija Taljana, jista' jgħid jekk din il-kumpanija hijiex il-bidder oriġinali jew tagħmilx parti minn consortium jew joint venture jew sub-contractor ma' kumpanija lokali Maltija? Jekk il-kumpanija mhix il-bidder oriġinali, jista' jgħid jekk hix proċedura normali li kumpanija lokali tieħu tender u tgħaddiha lil kumpanija barranija , b'tat-tieni ma tieħu l-ebda sehem fl-istadju tal-proċess tat-tendering? Jekk il-kumpanija mhix il-bidder oriġinali x'persentaġġ tal-valur tax-xogħol hija responsabbli għalih din il-kumpanija Taljana? Jista' jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol? Jista' jgħid x'inhu t-tul tal-mina li ġie skavat? X'inhu t-tul tal-mina li ngħata l-concrete? Kemm jiswa dan ix-xogħol u meta għandu jistlesta, skont it-tender? X'inhu l-valur tax-xogħol li tlesta s'issa? Rigward il-mina għall-Magħtab, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Għawdex — Nadur - Triq il-Qortin - sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 31799 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31504, peress li fi Triq Qortin huma biss żewġ residenzi li qed jitbattlilhom id-drenaġġ b'xejn, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan mhux qed isir għar-residenzi kollha fi Triq Qortin u jgħid ukoll meta se jsir ix-xogħol biex ir-residenzi jiġu komunikati mas-sistema tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li kull minn applika biex jirreġistra l-fossa mad-Dipartiment tas-Sanità qed ikollu l-fossa mbattla mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Għaldaqstant nagħmel appell lil min għadu ma rreġistrax l-fossa tiegħu mad-Dipartiment tas-Sanitá biex jagħmel dan bla telf ta’ żmien u b’hekk tkun tista’ titbattallu mill-Korporazzjoni.
Ix-xogħol għas-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi qegħda fil-pjanijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31786, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Korporazzjoni Enemalta tibda tispezzjona ukoll l-arbli normali billi qed jiġri li arbli tad-dawl jew jitqaċċtu jew jinqalbu meta jkun hemm il-maltemp u dan jista' jġib miegħu danni lil diversi nies?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ageing Report Economic and Budgetary Projections
Question
Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30522 u ċioe: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 29873 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jsir restawr fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, meta se jsir? Bħalissa min qed juża dan il-post? Hemm xi ħsieb u/jew pjan għal din il-forti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31152.
Kumpaniji privati u parastatali — ħlas ta' taxxa tal-income
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li m'humiex to date fil-ħlas tat-taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom? Kemm hija ċ-ċifra globali li hija f'arretrati u/jew trid titħallas minn kumpaniji eċċ. in kwestjoni fil-preżent?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS 7s u FS 3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 487 kumpaniji privati u parastatali li ma kinux to date fil-ħlas tat-Taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom u l-arretrati jammontaw għal €2,445,820.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-kont tad-dawl u l-ilma lill-koppja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilhom ma jirċievu l-kont ix-xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17580 billi din kienet ġiet imwieġba madwar sena u tmien xhur ilu, jista' l-Ministru jindika fid-dettal l-istimi li saru ta' madwar €2.5 miljun fis-sena sarux lill-Korporazzjoni Enemalta nnifisha jew minn xi konsulent privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-istima ta’ madwar €2.5 miljun fis-sena għall-ispiża tal-iskart mill-flue gas desulphurisation plant saret mill-Enemalta, bbażata fuq ir-rati tas-suq.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31505, 31160, 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31488, 31044 u 30642 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
ħruġ tat-tender għall-istallazzjoni tal-panelli fuq proprjetajiet differenti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28203, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-ħruġ tat-tender għall-istallazzjoni tal-pannelli fuq il-bejt tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, kif ukoll il-pre-tendering stage fuq ir-reservoirs tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa Ta’ Qali, il-Fiddien u Ta’ Ċenċ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
tħaddim tal-ispecial purpose vehicle sabiex jiġu finanzjati proġetti kbar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31279 u jfisser fid-dettal kif se taħdem u titħaddem l-ispecial purpose vehicle li beħsiebu joħloq il-gvern sabiex jiffinanzja proġetti bħall-parlament il-gdid, it-teatru l-ġdid u xi progetti oħrajn, kif ukoll x’sehem se jkollhom il-banek kummerċjali f’dan kollu, kif ukoll possibbilment proġetti kbar eżistenti tal-privat li għad għandhom djun pendenti x’jagħtu lill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji kif mitluba mill-Onor. Interpellant ġew mgħoddija u spjegati lir-Rappreżentanti tal-Oppozizzjoni waqt laqgħat li saru għal dan il-għan.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — figuri għal refuse derived fuel
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31302, jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux figuri dwar il-methane iġġenerat mill-fermented wastes fis-sewage plants? Jekk iva, tista' l-awtorità tipprovdi dettalji sħaħ dwar il-volum ta' methane iġġenerat kif ukoll l-enerġija li ġiet derived minn dan il-methane?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġi trasferit il-head office tal-AirMalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-bżonnijiet għall-uffiċini tal-linja tal-ajru ġew evalwati mill-ġdid. Dan minħabba t-tnaqqis fin-numru tal-impjegati, il-ħtieġa ta’ komunikazzjoni aħjar bejn id-dipartimenti u l-bejgħ tal-propjieta’ fejn hemm l-uffiċini attwali tal-kumpanija lill-Gvern.
L-Air Malta identifikat post fejn tkun tista tibni il-Head Office tagħha u fejn id-dipartimeni kollha tagħha jkunu taħt saqaf wieħed. Fil-perjodu interim il-kumpanjia qiegħda tevalwa l-għażliet varji ta’ kiri ta’ uffiċini.
Jista' l-Ministru jagħi tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni/kumpaniji li huma reġistrati mad-dipartiment tal-VAT, għal dawk li huma kumpaniji ta' kostruzzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni/kumpaniji li huma reġistrati mad-dipartiment tal-VAT, għal dawk li huma kumpaniji ta' kostruzzjoni hu ta’ 2884.