Awtorità tad-Djar — trasferiment ta' plots u fondi
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma liema huma l-areas fl-irħula ta' Qormi, Luqa u Siġġiewi li għandhom konvenji mal-Awtorità tad-Djar u/jew Lands Department dwar trasferiment ta' plots jew fondi u l-kuntratti finali tagħhom ma jistgħux jiġu ppubblikati minħabba kwistjonijiet legali li jimpedixxu trasferiment ta' titolu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għadha mhix f’pożizzjoni li tiffirma l-kuntratti finali ta’ 5
plots
fi Triq il-Wilġa, Ħal Luqa, 80 plot fil-limiti ta’ Farżina, Ħal Qormi, 2
plots
fi Triq it-Tabib Nikola Żammit, Siġġiewi u 40
plo
t
fil-limiti ta’ Kirċippu, Siġġiewi.
Tista' l-Ministru responsabbli mill-ugwaljanza bejn is-sessi tgħarraf lil din il-Kamra jekk taqbilx mal-kummenti riċentement irrapurtati fl-istampa li għamel il-Kummissarju tal-Pulizija fir-rigward tal-membri nisa tal-Korp tal-Pulizija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kummissarju tal-Pulizija ma għażilx l-aħjar kliem meta esprima ruħu dwar dan is-suġġett għax fil-fatt il-Korp tal-Pulizija hu wieħed mid-dipartimenti tal-gvern li jimpjega numru tajjeb ta’ nisa.
M’hemmx dubju li l-miżuri favur il-familja jinħtieġu li l-amministraturi jkunu flessibli għax dawn il-miżuri jirrikjedu ċaqliq mill-prattiċi normali tax-xogħol. Iżda ma hemmx dubju li n-nisa huma membri eċċellenti tal-Korp tal-Pulizija.
Il-Gvern ħa diversi miżuri biex joħloq bilanċ bejn ix-xogħol u d-dmirijiet tal-familja u fl-istess ħin jinkoragixxi aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dawn il-miżuri jinkludu sigħat imnaqqsa ta’ xogħol, ħinijiet flessibli, teleworking u t-twaqqif ta’ Ċentri għall-Kura tat-tfal.
Il-Korp tal-Pulizija adotta dawn il-miżuri wkoll, l-istess bħal entitajiet oħra tal-gvern. Il-fatt li, kif stqarr l-istess Kummissarju, il-Korp għandu 20% tal-membri tiegħu li huma nisa, juri li l-miżuri addottati mill-Korp qed iwwasslu biex in-nisa jibqgħu fl-impjieg tagħhom.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab Villa Messina Rabat u skont informazzjoni li ġabret qed tgħid li qed tieħu pensjoni nieqsa għax minflok €180 hija qed tieħu €109?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew persuna tal-fiduċja tagħha biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha jew iċċempel fuq in-numru 159 għal aktar informazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' omm separata b'erbat itfal, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat għall-post mill-2007 u nies li applikaw warajha ħadu post diġà? Qiegħed nagħmel din il-mistoqsija mhux biex niddiskrimina imma biex issir ġustizzja magħha.
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onorevoli Interpellant għandu jagħti parir lill-applikanta biex tersaq lejn l-Awtorità tad-Djar biex tara fejn waslet l-applikazzjoni tagħha.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tagħha, xahar b'xahar? Tista' tgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Tista' tgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex il-ħsieb li tibni appartamenti ġodda f'Burmarrad? Jekk iva, tista' tagħti tagħrif dwar kemm se jinbnew appartamenti? Fejn se jinbnew? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol neċessarju u meta hu mistenni li jitlesta dan l-istess xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dan il-mument l-awtorità m'għandha l-ebda pjan li tibni fil-lokalità ta’ Burmarrad.
Tista' l-Ministru tgħid jekk xi wieħed mill-gradi ta’ B.A.Hons. European Studies, BA Internationa Relations jew M.A. Diplomatic Studies hux ekwivalenti għal xi waħda mill-kwalifikazjonijiet terzjarji fil- Business Administration, Management jew Commerce?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il–B.A Hons. European Studies, il-B.A. International Relations kif ukoll l-M.A Diplomatic Studies ma jistgħux jitqiesu ekwivalenti għal xi waħda mill-kwalifikazzjonijiet terzjarji fil-Business Administration, Management jew Commerce għal fatt li l-kwalifiki msemmija huma differenti u distinti minn xulxin tant li jaqgħu taħt fakultajiet differenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23332, tista’ l-Ministru jekk jogħġobha tgħid kemm mill-ħaddiema ngaġġati taħt il-Employment Aid Programme kienu għadhom fl-iskema fl-aħħar ta’ Jannar 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Iskema tal-Employment Aid Programme bdiet fi Frar 2009.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fil-qasam tal-bunkering f'Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tal-2008, tal-2009 u tal-2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ nies jaħdmu fil-qasam tal-
bunkering
(Storage and Warehousing) f’Malta u f’Għawdex separatament, full u part time fl-aħħar tal-2008, tal-2009 u Settembru 2010 kien kif ġej:-
Sena
Malta
Għawdex
Diċembru 2008
157
3
Diċembru 2009
165
3
Settembru 2010
134
2
Tista' l-Ministru tgħid x'se jsir mill-Ground Pace Grasso f'Raħal Ġdid? Meta se jibda x-xogħol u x'użu se jsir mill-iskola sekondarja Guże Damato, Raħal Ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 23242 tas-Seduta 311.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23232, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar b'liema mod jaslu l-iskola u jitwasslu lura t-tfal l-oħra (id-differenza bejn 370 li jużaw it-trasport u l-madwar 800 student/studenta) li jattendu din l-iskola primarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal li ma jużawx it-trasport tal-gvern jitwasslu l-iskola u jittieħdu lura d-dar mill-ġenituri. Xi tfal oħra jużaw trasport privat li minnhom hemm sitt vannijiet li iwasslu, 84 tifel u tifla.
Servizzi tal-Librerija fl-Iskejjel — proċess ta' kotba
Question
Tista' tgħid kemm ġew proċessati kotba u riżorsi oħra għas-sistema kompjuterizzata tal-libreriji tal-iskejjel mis-Servizz tal-Librerija fl-Iskejjel mill-2005 sal-2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol fuq is-sistema komputerizzata tal-libreriji tal-iskejjel beda f’Diċembru 2004. Il-figuri li jidhru hawn taħt juru t-total ta’ riżorsi, (jiġifieri il-kopji kollha) fis-sistema f’Diċembru ta’ kull sena. In-numru huwa kumulattiv.
Diċembru
To
tal ta’ riżorsi
2005
15306
2006
41916
2007
54687
2008
78250
2009
106644
2010
132121
Is-sistema bħalissa fiha 24 librerija. In-numru tal-libreriji jiżdiedu kull sena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22959, tista' l-Ministru tgħid sa meta qed tipprevedi li jkunu konklużi n-negozjati dwar il-White Rocks u min qed imexxi n-negozjati min-naħa tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21644.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23085, tista' l-Ministru tgħid x'kienu l-interessi li ddikjara ċ-Chief Executive Officer tal-Public Broadcasting Services qabel ma ġie impjegat mal-kumpanija Public Broadcasting Services?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minħabba li l-interessi ddikjarati huma ta’ natura kummerċjali, dawn marbuta b’kunfidenzjalità. Madanakollu, qabel l-ingaġġ tas-CEO mill-Public Broadcasting Service ittieħdu pariri legali minn żewġ konsulenti indipendenti dwar dawn l-interessi u r-rakkomandazzjoni tagħhom kienet li l-interessi ma jikkostituwix kunflitt ta’ interess max-xogħol ta’ CEO.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti data definittiva meta dawk is-sidien ta' proprjetà fil kuntrada ta' Kirċeppu s-Siġġiewi li ħadu plots jew djar tal-gvern li ħallsu l-prezz tagħha kif ukoll fdew iċ-ċens relattiv se jkunu jistu jingħataw titolu għall-proprjetà tagħhom? Ħafna minnhom qed isibuha diffiċli jagħmlu trasferimenti tal-proprjetà minħabba problemi mal Banek? Jekk hemm xi problema legali li qed iżomm dan il-proċess tista' tispjega x'inhi din il-problema biex b'hekk tkun tista' tiġi identifikata xi soluzzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi Ekonomija u Investiment.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi regolamenti eżistenti jew kontemplati biex lifts f’postijiet pubbliċi jkollhom spazju adegwat għall-wheelchairs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ dokumenti, linji gwida Access for All Design Guidelines u ieħor li jemenda l-linji gwida paġna 45-47 dwar il-lifts. Dawn il-linji gwida qegħdin ippublikati fuq www.knpd.org.