Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dekasteru tiegħu wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 22282.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza inxtraw żewġ macbooks għall-użu ta' staff fis-segretarjat tiegħi. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xoghloijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l- MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-trasferiment ta’ vetturi b’kontravenzjonijiet pendenti jistgħux jitwettqu mingħajr ma titħallas il-kontravenzjoni msemmija? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ verifiki jsiru mal-LESA sabiex jiġi kkonfermat li dawn il-kontravenzjonijiet ġew imħallsa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
CT3180/2014 — Supply, Delivery, Installation, Commissioning and Maintenance of an Adaptive Traffic Light Solution
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23895 u jgħid min iċċertifika x-xogħol relatat ma' tender CT3180/2014, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-commissioning tas-sistema implimentata grazzi għal dan it-tender?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili — Pjan ta' Azzjoni
Question
Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23779 u 23975 u ċjoè: Peress li l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili, ippubblikata f'Jannar 2023, tgħid fir-raba' parti li l-Ministeru ma' entitajiet oħra se jistabbilixxi set ta' miżuri li se jiġu formulati fi Pjan ta' Azzjoni li kellu jkun pubblikat sal-aħħar ta' Diċembru 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex pubblikat dan il-Pjan ta' Azzjoni u fejn wieħed jista' jsibu, u jekk ma ġiex pubblikat jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u meta jaħseb li dan se jiġri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Port tal-Imġarr — Żieda ta’ pontuni - Fondi allokati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24009 u jagħti l-ammont ta’ fondi allokati mill-Unjoni Ewropea biex jiżdiedu l-pontuni fil-Port tal-Imġarr u jekk dan kienx speċifikament għall-użu tas-sajjieda full-time u part-time? Jista’ jgħid ukoll:
a. Kemm ġew miżjuda postijiet ta’ pontuni ġodda?
b. Jelenka l-lista ta’ pontuni addizzjonali li qed jintużaw f’dawn il-postijiet?
ċ. Jekk dawn il-pontuni hux qed jintużaw biss minn sajjieda full-time u part-time?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Port ta’ l-Imġarr ra fost l-oħrajn it-tibdil ta’ l-erba’ pontuni antiki u dilapidati għall-pontuni godda. Kif ukoll il-bini mill-ġdid u rinfurzar tal-mollijiet u taħmil tal-port. Dan il-proġett kellu l-potenzjal li l-irmiġġi mal-pontuni jizdiedu b’59 irmiġġ minn 170 post ghall-229. Kif ukoll tul il-moll kien hemm zieda ta’ madwar 36 post fejn minn 42 post tlajna għall-78 post. It-tabella t’hawn taħt turi s-sitwazzjoni ta’ qabel 2018 u wara li tlesta l-proġett. Tajjeb ninnutaw li n-numru ta’ postijiet jista’ jinbidel minħabba l-qies ta’ dgħajjes li jorbtu fiż-żona.
Żona fil-Port ta’ l-Imġarr
Qabel ma’ beda l-proġett fl-2018
Wara li tlesta l-proġett
Pontuni
170 post ta’ irmiġġ
229 post ta’ irmiġġ
Mollijiet
42 post ta’ irmiġġ
78 post ta’ irmiġġ
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi rreġistrati f’Malta bħalissa maqsuma skont il-kategoriji?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-ammont ta’ vetturi liċenzjati sal-aħħar ta’ Ġunju f’Malta maqsum skont il-kategoriji.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Ħal Lija, il-Mosta u Ħ’Attard — Triq Pantar, Triq Durumblat u Triq Santa Katarina
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ħa jitlesta, u kemm ġej jiswa l-proġett ta' Triq Pantar f’Ħal Lija, Triq Durumblat fil-Mosta u Triq Santa Katarina f’Ħ'Attard?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fit-toroq imsemmija huma mistennija li jkunu konklużi sa nofs Jannar 2025. Dan il-proġett twettaq b’investiment ta’ kważi €4M li jinkludi sistema kompluta ta’ pajpijiet biex jinġabar l-ilma tax-xita li tinżel fl-akwata, bini ta’ roundabout ġdida bit-trinek tas-servizzi kollha meħtieġa għaliha, bini ta’ ħitan tas-sejjieħ f’partijiet mit-triq, servizzi ġodda li ġew proposti minn entitajiet differenti għat-toroq kollha imsemmija (ilma, drenaġġ, telekomunikazzjoni, elettriku), bankini ġodda, skavar tat-triq u bini mill-ġdid, u linji gwida.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninsab infurmat li hemm 22 persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fi skali varji fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi.
Ir-Rabat, Malta — Triq Borg Olivier - Miżuri tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu preżentement biex ma jinqabadx it-traffiku waqt ħinijiet tal-iskejjel fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħejjiet żewġ proposti differenti sabiex tiġi mtejjba l-effiċjenza ta’ Triq Borg Olivier. Dawn il-proposti qegħdin jiġu analizzati u evalwati bir-reqqa, kemm mill-perspettiva teknika kif ukoll mill-impatt tagħhom fuq il-fluss tat-traffiku u r-residenti. L-għan huwa li tiġi identifikata l-aħjar soluzzjoni li tissodisfa l-bżonnijiet ta’ din il-lokalità filwaqt li tippromwovi mobbilità aktar sostenibbli.
Fl-istess waqt, trid tiġi enfasizzata l-htieġa tad-diskussjonijiet u konsultazzjonijiet mal-Kunsill Lokali tar-Rabat huma essenzjali sabiex jiġu kkunsidrati l-fehmiet tal-komunità lokali u biex jiġi żgurat li l-proposta finali tirrifletti l-ħtiġijiet tar-residenti u l-viżjoni tal-lokalità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22641, jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar laqgħat mal-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward il-grawnd tal-futboll u x'ħareg minn din il-laqgħa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà rrispondejt f'mistoqsija parlamentari 22641, il-Ministeru qed jistenna riskontru mill-Klabb tal-Futbol ikkonċernat.
Ħ’Attard — Triq iż-Żraġen - Ipparkjar ta’ vetturi ta’ distribuzzjoni tal-ikel
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jittieħdu passi fuq ipparkjar bl-addoċċ minn vetturi ta’ kumpaniji privati ta’ distribuzzjoni tal-ikel fi Triq iż-Żraġen, f’Ħ’Attard?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f’Malta wettqet spezzjoni fiż-żona sabiex tieħu l-miżuri neċessarji. Madankollu, matul tali spezzjoni, il-vetturi kkonċernati ma kienux fuq il-post. Is-sezzjoni tal-Infurzar ser tibqa tissorvelja ż-żona sabiex tiżgura l-konformità mar-regolamenti u tieħu azzjoni kif meħtieġ
Raħal Ġdid — Triq it-Tempji Neolitiċi - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21702, jista’ l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu fir-rigward ta’ Triq it-Tempji Neolitiċi li tibda minn Raħal Ġdid sa Ħal Tarxien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta tikkonsulta mal-Kunsill Lokali rispettiv u tagħmel ix-xogħolijiet neċessarji fit-toroq fuq bażi ta’ prijorità stabbilita mill-istess Kunsill Lokali.
Wied il-Għajn — Ix-Xatt - Manutenzjoni u tibdil tal-pavimentar
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5953 u 8490, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux issir il-manutenzjoni neċessarja u t-tibdil tal-pavimentar fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru pjanijiet biex jibdew xogħlijiet ta’ rinfurzar ta’ ħitan li jżommu t-toroq tal-promenade, kif ukoll li jitranġa l-pavimentar skond il-ħtieġa.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Deputati tal-Gvern
Question
Peress li l-mistoqsija parlamentari 14848 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23435.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li ċittadin privat ipoġġi tabella ta' ‘no parking’ ma' barrier żgħira, jew ma' pole, jew ma' xi xorta ta' tagħmir ieħor, barra fit-triq anke quddiem il-garaxx tiegħu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi policy li tagħti permess għal xi miżura bħal din anke f'każi eċċezzjonali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istanzi msemmija mhumiex permessi mill-Awtorità u m’hemmx policy li tippermetti tali permessi. Il-limitazzjonijiet għall-parkeġġ quddiem garaxxijiet jiġu evalwati u approvati biss skont il-parametri stabbiliti fil-Liġi Sussidjarja 65.11.
Jista' l-Ministru jgħid x'policies hemm rigward l-użu ta' bollards fit-triq, jew jekk hemmx bollards li jsiru biex jikkontrollaw u/jew iżommu milli jsir parkeġġar illegali jew li jimblokka d-dħul jew ħruġ minn xi garaxx jew daħla oħra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bollards fit-toroq jiġu approvati skont Sezzjoni 4.2 tal-policy dwar “Vehicle / Pedestrian Protective Measures and Other Furniture” li hija pubblika u li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra u dan sabiex jiġi żgurat id-delinjazzjoni tal-korsiji.
Port tal-Imġarr — Żieda ta’ pontuni - Fondi allokati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ammont ta’ fondi allokati mill-Unjoni Ewropea biex jiżdiedu l-pontuni fil-Port tal-Imġarr u jekk dan kienx speċifikament għall-użu tas-sajjieda full-time u part-time? Jista’ jgħid ukoll:
a. Kemm ġew miżjuda postijiet ta’ pontuni ġodda?
b. Jelenka l-lista ta’ pontuni addizzjonali li qed jintużaw f’dawn il-postijiet?
ċ. Jekk dawn il-pontuni hux qed jintużaw biss minn sajjieda full-time u part-time?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.