Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħolijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Ħaż Żabbar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġuzepp, Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq ix-Xgħajra, Triq il-Fikus, Triq il-Ġizimina, Triq il-Luq, Triq Salvu Darmanin, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, Triq il-Madaffa, Triq ¯abrella, Triq il-Figel, Triq Renato Agius Muscat, Triq il-Qaqoċċ, Triq Corrado, Triq il-Baħrija, Triq id-Dliela, Triq il-Wer¿ieq, Triq iz-Zarzarell, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq Santa Klara, Triq il-Bajada, Triq in-Nissieġ u Triq is-Santwarju. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fil-Bypass l-antika li twassal għall-Wied il-Għajn, Triq Strickland, Trejqa San Ġorġ Preca, Triq l-Iskola, Triq il-Karmnu, Triq Santa Tereza, Triq San Felice, Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq San Leonardu u Triq iċ-Ċimiterju, waqt li diġà hemm ippjanati biex fi¿-¿mien li ġej jibda x-xogħol f’Misraħ San Ġakbu, Misraħ is-Sliem, Sqaq Nru 1 fi Triq ix-Xgħajra, Triq Spadaro, Triq Bormla, Triq Kapuċċini, Triq A Caligari, Triq il-Labour, Triq Ta’ Lanza u Triq il-Kunsill tal-Ewropa.

Rabat – Triq Borg Olivier – zebra crossing jew traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir zebra crossing jew traffic lights fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-triq imsemmija hemm approvazzjoni għall-zebra crossing ġdida, li l-informazzjoni dwarha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residents’ Parking Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-kunsill/i lokali li minn Jannar, 2021 sa April, 2022 urew interess sabiex jintroduċu Residents’ Parking Scheme fil-lokalità rispettiva tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 153.

Mrieħel – proġett fiż-żona tal-bypass

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan dwar il-proġett li kien imsemmi fil-leġiżlatura li għaddiet fiż-żona tal-bypass tal-Imrieħel fil-periferija ta’ Ħal Qormi, liema żvilupp kien se jeqred bosta raba’ saqwi fiż-żona u jipperikola l-futur tad-delizzju tal-logħob tan-nar f'Ħal Qormi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Kif kelli l-opportunità li nispjega fil-jiem li għaddew, dan il-proġett għadu fi stadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni u ebda deċizoni finali għadha ma ttieħdet dwaru. Però rrid infakkar lill-Onorevoli interpellant li l-ħtieġa ta’ proġett għal aktar sigurtà fil-Bypass tal-Imrieħel jinsab speċifikat fil-Pjan Nazzjonali għat-Trasport ta’ Malta tal-2025. Fil-fatt, it-titjib tal-Bypass tal-Imrieħel hu mnizzel bħala t-tmien l-aktar proġett importanti li Malta teħtieġ twettaq fix-xibka tat-toroq ewlenin li jiffurmaw parti min-network Ewropea, magħrufa bħala TEN-T (Trans-European Transport Network), hekk kif stipulat fil-liġi Ewropea (EU) 1315/2013. Il-bzonn ta’ titjib tas-sigurtà ta’ din it-triq huwa wkoll speċifikat b’mod ċar bħala diffikultà inkwetanti fil-Pjan Lokali taċ-Ċentru ta’ Malta mfassal fl-2006. Dan il-pjan jidentifika t-titjib fis-sigurtà tal-Bypass tal-Imrieħel bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin. Kien intqal li: “Il-MEPA tappoġġja u tħeġġeġ lill-ADT u lil entitajiet oħrajn biex iwettqu xogħlijiet u mizuri biex jikkontrollaw il-parkeġġ, ineħħu l-perikli u jirregolaw il-movimenti fil-Bypass tal-Imrieħel.” Għan importanti ieħor ta’ dan il-proġett propost hu l-introduzzjoni ta’ faċilitajiet ġodda għal modi alternattivi għall-ivvjaġġar, fosthom passaġġi għar-roti u l-mixi bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi. Kien fl-aħħar tal-2021 li Infrastructure Malta ħabbret li bdiet il-proċess ta’ ppjanar u konsultazzjoni għal proġett ta’ titjib fil-junction bejn il-Bypass tal-Imrieħel (Vjal ir-Royal Malta Artillery) u Triq in-Negozju, kisra perikoluza li ilha biex titneħħa snin twal peress li fiha seħħew ħafna ħabtiet koroh, b’uħud iwasslu għal imwiet.

Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-ġnien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed jikkawża d-dewmien fil-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta hu mistenni li jitlesta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 262 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-Ġnien — Ħitan

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm tibdil fl-għoli tal-ħitan mis-simulazzjoni diġitali li kienet intweriet fit-tnedija tal-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari 263 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct orders lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52463 għall-ammont ta’ €10,010.77 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli li dak li qed jirreferi għalih f’din il-mistoqsija parlamentari u mistoqsijiet parlamentari 123, 124, 125, 126 u 127 kienu parti mis-servizzi meħtieġa fuq perjodu ta’ ħmistax -il ġurnata fejn kienu prezentanti l-istudji b’rabta mal-proposta tal-metro għall-pajjizna. Dak li kien qed jittella fi Pjazza Tritoni zaruh eluf ta’ persuni li mhux biss setgħu jaraw ir-rizultati tal-istudji, izda setgħu jipparteċipaw ukoll f’sessjonijiet virtwali li bihom wieħed seta’ jifhem aħjar dak li qed ikun propost qabel imbagħad ikun f’pozizzjoni li jagħti l-opinjoni tiegħu. L-avviz li qed jirreferi għalih l-onorevoli interpellant fil-gazzetta tal-gvern kien ikopri s-servizzi li ntalbu skont iċ-ċirkostanzi partikolari li kienu meħtieġa għal dan il-kaz. Fost is-servizzi offruti kien hemm dawk ta’ tinda kbira li fiha saret l-esebizzjoni għal ħmistax -il jum sħaħ u t-tnedija tal-proposta fost oħrajn li għaliha kienu anke mistiedna diversi stakeholders. Kienet tinkludi wkoll l-għamara meħtieġa għal din it-tinda, diversi screens ta’ tipi u għal skop differenti, strutturi, sistemi ta’ arja kundizzjonata, generators, dwal u sistemi ta’ audio, printjar ta’ materjal informattiv, tindif, trasport, tapiti u zona ta’ esebizzjoni. Transport Malta kkummisjonat dawn ix-xogħlijiet skont l-esiġenza u ċ-ċirkostanzi partikolari li kienu meħtieġa għal dan il-kaz.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52464 għall-ammont ta’ €20,027.11 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52465 għall-ammont ta’ €20,286.72 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52466 għall-ammont ta’ €7,510.17 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52467 għall-ammont ta’ €30,226.98 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52468 għall-ammont ta’ €17,393.92 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.

Kalkara – Triq il-Missjoni Taljana — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ix-xogħol fi Triq il-Missjoni Taljana, il-Kalkara, ilu wieqaf għal dawn l-aħħar sentejn? Jista’ jispjega wkoll għaliex saru tliet points tal-ilma ġodda tul it-triq, li mill-20 ta’ Mejju, 2020 s’issa, jidher li m’huma konnessi ma mkien u x’inhu l-iskop li għalih saru?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari 152, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Skema ta’ Parkeġġ Residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-iskema ta’ parkeġġ residenzjali li ilha ffriżata biex tiġi evalwata mill-2012? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm hemm Kunsilli Lokali li minn dakinhar ‘l hawn applikaw għal din l-iskema u għadhom bl-applikazzjoni tagħhom pendenti u liema huma?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li, b’rabta mal-iskema msemmija, fl-aħħar snin Transport Malta rċeviet applikazzjonijiet mingħand il-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Mosta, Tas-Sliema, l-Iklin, San Pawl il-Baħar, il-Gudja, Ħal Għaxaq u Ħaz-Zebbuġ, qegħdin isiru t-taħditiet neċessarji dwar it-triq ’il quddiem.

Proġett ta’ Tal-Barrani — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jitkompla x-xogħol fuq il-proġett f’Tal-Barrani, fejn kienu ngħalqu ħafna junctions b’Infrastructure Malta tinforma lill-Kunsilli f’Jannar, 2021 li dan kien temporanju? Meta huwa ppjanat li ssir pereżempju l-hairpin loop li kellha ssir f’Tal-Barrani kantuniera ma’ Triq il-Belt Valletta, Għaxaq li kellha tieħu post ħafna mill-junctions li jinsabu magħluqin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-proġett ta’ titjib fi Triq Tal-Barrani se jibda hekk kif jintemmu x-xogħlijiet ta’ Luqa Junction Project u Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport, sabiex jonqsu kemm jista’ jkun id-diffikultajiet tax-xogħlijiet għal dawk li juzaw dawn ir-rotot minn u lejn in-nofsinhar ta’ Malta.

Santa Luċija – Xogħlijiet ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol fuq it-toroq f’Santa Luċija, speċjalment dawk ta’ quddiem il-knisja li qed joħolqu inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale huma lesti, bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħlijiet tat-tieni fażi f’Dawret it-Torri li għandha titlesta sa tmiem dan ix-xahar. F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta għaddiet minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra. Fejn kien meħtieġ, issaħħew ukoll il-pedamenti tat-toroq u nbnew bankini ġodda, qabel ma sarilhom wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Saret ukoll mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u se jsiru xogħlijiet ta’ tisbiħ ieħor fl-istess inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli wara li fl-2020, l-aġenzija kienet diġà ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ din iż-żona.

Kalkara — xogħol

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar ix-xogħol li għaddej fuq ix-Xatt tal-Kalkara?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol miexi kif ppjanat. Tlesta x-xogħol fuq il-bini ta’ ċesspit ġdida u kbira li ser taqdi l-esiġenzi tal-lokalitajiet kollha fil-madwar. Barra minn hekk servizzi ġodda relatati tlestew ukoll u miexi sewwa x-xogħol relatat mal-promenade u t-triq il-ġdida man-naħa tax-xatt. Huwa ppjanat li din il-parti tal-proġett ser tkun tista' tinfetaħ għal użu tal-pubbliku qabel jibda l-istaġun tas-sajf.

Kalkara – xogħol fuq il-moll

Question

Billi s-sidien li għandhom id-dgħajjes poppa l-art fil-Kalkara fejn kienu se jsiru ħoloq mal-moll biex ikun organizzati aħjar, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan ix-xogħol u meta se jitwaħħlu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex jitwaħħlu l-ħoloq mal-moll tal-Kalkara wara l-intervent strutturali li sar fuqu bħala parti mill-proġett tal-Kalkara, miexi u dawk se jkunu qed jitwaħħlu fi ftit ġimgħat oħra. Il-ħoloq in-kwistjoni se jkunu mwaħħlin skond struzzjonijiet ta' Transport Malta li se tkun l-entita’ li ser tkun qed tamministra dawn il-faċilitajiet.

Proġett tad-daħla tal-Isla – xogħol fuq it-tieni fażi

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra bix-xogħol illi għaddej fuq it-tieni fażi tal-proġett tad-daħla tal-Isla?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni fazi tal-proġett tad-daħla tal-Isla, dik tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza Giorgio Mitrovich u l-parti ta’ fuq, ħdejn l-iskola primarja, issa qabad ritmu. Dan wara li kemm taħt il-pjazza kif fiż-żona ta’ fuq, malli sar l-iskavar feġġew bosta strutturi li kienu mirdumin. Dawn l-istrutturi kellhom jiġu studjati qabel ġie deċiz kif setgħu jiġu ppriservati qabel jitkompla x-xogħol. Is-servizzi l-ġodda taħt il-parti l-kbira tal-pjazza tlestew ukoll. Ser jibda x-xogħol fuq l-aħħar żona tal-pjazza biex wara jkun jista’ jitkompla x-xogħol u jimxi għal fażi tal-pavimentar. Fl-istess waqt jitkompla x-xogħol fil-parti ta fuq (ħdejn l-iskola).

Fgura — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru fil-Fgura?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Fgura diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Tumas, Triq San Pietru, Triq Liedna, Triq ¯abbar, Triq Hompesch, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Triq l-Għollieq, Triq il-Falkunier u Triq Rgħajja. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili, Triq San Ġorġ Preca, Triq Pace u Grasso u Triq il-Kitba, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol Triq il-Kampanella, Triq Għajn Dwieli u Triq il-Velleran.