Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet mill-bord tal-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi numru ta’ applikazzjonijiet li ġew ipproċessati mill-Bord tal-Awtorita’ tal-Artijiet fl-2017 jammonta għal 1,317.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex biex parti minn Triq il-Knisja fl-istess lokal issir one way ma ġietx attwata minn Transport Malta u dan minkejja li din id-deċiżjoni ilha li ttieħdet? X’inhi l-pożizzjoni ta' Transport Malta fuq din id-deċiżjoni tal-Kunsill? Fiex wasal il-proċess biex parti minn din it-Triq il-Knisja ssir one way?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba mil-Kunsill Lokali tax-Xagħra sabiex parti min Triq il-Knisja ssir one way għadha ma ġietx approvata minn Transport Malta. Din it-talba għadha qed tiġi kkunsidrata in vista li għadhom għaddejjjin taħditiet bejn l-entitajiet konċernati biex inkunu ċerti li l-effett tagħha jkun milqugħ b’mod pożittiv minn kulħadd.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul is-snin kienx hemm applikazzjonijiet magħrufa bħala DNOs li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat nhar ta’ Sibt? Jekk iva, kemm kien hemm tali deċiżjonijiet fl-aħħar għaxar snin?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5229, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-istess Awtorità approvat sbatax-il DNO (17) nhar ta’ Sibt mill-2008 sal-2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm summary decisions, kif inhuma magħrufa issa kif ukoll kif kienu magħrufa qabel bħala delegated applications, li fuqhom ittieħdet deċiżjoni nhar ta’ Sibt mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5230, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-istess Awtorità approvat elf u tmenin applikazzjoni tal-ippjanar (1,080) tat-tip delegated / summary nhar ta’ Sibt. Infatti fis-sena 2017 il-medja ta’ impjegati li rraportaw għax-xogħol fil-jum tas-Sibt kien ta’ 45 impjegat, u matul din is-sena sa issa l-medja kienet ta’ 53. B’dan il-mod l-Awtorita’ tkun tista’ tagħmel l-almu kollu tagħha biex tlaħħaq mad-domanda li tiffaċċja.
Jista’ l-Ministru jgħid meta Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi (il-parti indikata fis-site plan li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament) se tiġi asfaltata? Dan hekk kif l-istat infrastrutturali tal-istess triq qed iwassal biex iż-żona tattira numru ta’ abbużi fosthom rimi ta’ skart abbużiv, ipparkjar ta' vetturi kummerċjali u karozzi skrapjati, xi ħaġa li ma tixraqx lir-residenti Qriema b’mod speċjali dawk li jgħixu fil-blokka tal-appartamenti biswit l-istess parti tat-triq.
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija, u toroq oħra bħalha li qatt qabel ma ġew mibnija u miksija bl-asfalt ser ikunu waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-aġenzija Infrastructure Malta, li ser titwaqqaf hekk kif il-liġijiet dwarha jiġu approvati mill-Parlament u jidħlu fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin. Infrastructure Malta ser ikollha l-fondi u r-riżorsi tekniċi meħtieġa sabiex tibni dawn it-toroq li qatt qabel ma ġew asfaltati.
Kunsill Lokali Ħal Qormi – talba għal devoluzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal devoluzzjoni li saret mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi liema talba għal devoluzzjoni se twassal biex il-Mitħna ta’ Ħal Qormi tiġi amministrata mill-Kunsill?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saret il-valutazzjoni tal-propjeta’ msemmijja. It-talba tinsab fil-proċess sabiex jiġi abbozzat il-kuntratt għad-devoluzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tinbidel il-bankina ta’ Triq il-Wied Ħal Qormi (il-parti ta’ quddiem il-Klabb tal-Boċċi) hekk kif ġiet imwiegħda lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi f’Mejju 2016?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' titjib fit-triq indikata qed jiġi ppjanat sabiex jitwettaq fiż-żmien li ġej.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4908 dwar meta se jsir l-asfaltar ta’ Triq il-Kanun (il-parti ta’ bejn Triq il-Valletta u Triq is-Sebħ), jista’ l-Ministru jispeċifika meta huwa ppjanat li jsir ix-xogħol hekk kif minn din l-istess triq jgħaddi ammont kbir ta’ traffiku kuljum hekk kif tispara għal ġo triq arterjali u l-kundizzjoni attwali hija ħażina ħafna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jneħħi bus stop li hemm fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan li jinsab bla shelter peress li hemm bus stop bix-shelter Spinola u bus stop ieħor bix-shelter Pender li lanqas hemm 85 metru bogħod?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment.
Żurrieq – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4223, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu/kumpanija li għamel/għamlet ix-xogħol f'kull triq u jgħid jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ġew kuntrattati permezz tal-proċedura tat-tenders taħt il-framework agreement:
Street & Locality
Contractor
Sqaq fi Triq Giovanni Batta Riccio, Zurrieq
SM Contractor
Ħal Safi – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4224, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu/kumpanija li għamel/għamlet ix-xogħol f'kull triq u jgħid jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ġew kuntrattati permezz tal-proċedura tat-tenders taħt il-framework agreement:
Street & Locality
Contractor
Sqaq ta' Gawhar, Safi
SM Contractors
Ħal Kirkop – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4225, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu/kumpanija li għamel/għamlet ix-xogħol f'kull triq u jgħid jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ġew kuntrattati permezz tal-proċedura tat-tenders taħt il-framework agreement:
Street & Locality
Contractor
Triq il-Gudja, Kirkop
Stephen Tonna
Birżebbuġa – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4226, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu/kumpanija li għamel/għamlet ix-xogħol f'kull triq u jgħid jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ġew kuntrattati permezz tal-proċedura tat-tenders taħt il-framework agreement:
Triq
Kuntrattur
Sqaq Has Saptan, Birzebbugia
Northwind Investments Ltd
Sqaq ta' B'Xejn, l/o Birzebbuga
C & S Services
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4229, jista’ l-Ministru jgħid abbażi ta' xiex se tkunu mfassla l-lista ta' prijoritajiet biex toroq bħal Triq Ħal Far, li miż-Żurrieq tagħti għal Birżebbuġa, isirilha wiċċ ġdid tat-tarmak?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx ħsieb li l-prijoritajiet eżistenti li jiddeterminaw meta u kif isiru x-xogħlijiet fit-toroq jiġu mfassla mill-ġdid. Dan hekk kif dawn il-prijoritajiet, li jinkludu primarjament l-istat tat-toroq, l-età tal-infrastruttura u r-riżorsi tagħhom, u t-tip u l-frekwenza tal-użu tagħhom, huma prinċipji universali bbażati fuq is-sens komun.
Fl-istess waqt, nista' nikkonferma li, anke permezz tal-aġenzija l-ġdida tat-toroq li ser titwaqqaf dalwaqt, il-Gvern qed jikkommetti li jżid konsiderevolment l-investiment fit-titjib, manutenzjoni u l-bini mill-ġdid tat-toroq fil-lokalitajiet kollha tal-pajjiż, sabiex fl-iqsar żmien possibli nagħmlu qabża 'l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq, hekk kif jixraq lil pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min se jkun iffurmat il-bord li se jmexxi l-Aġenzija li se tissorvelja n-nefqa ta' €700 miljun ta' toroq fis-seba' snin li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hu ser ikun hemm l-ebda aġenzija li 'tissorvelja' l-investiment imsemmi. Madankollu, fiż-żmien li ġej ser inressaq għad-diskussjoni abbozzi ta' liġijiet li permezz tagħhom ser inwaqqfu aġenzija li ser tfassal, tidderieġi u twettaq il-ħidmiet kollha ippjanati bħala parti minn dan l-investiment ta' €700 miljun fit-titjib u l-bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq ta' pajjiżna.
Il-Bord li ser jidderieġi din l-aġenzija jiġi appuntat wara li l-abbozzi tal-liġijiet relatati mal-istess entità jkunu ġew diskussi u approvati fil-Parlament.
Jista’ l-Ministru jara li l-periklu li qed jinħoloq minħabba siti ta’ kostruzzjoni faċċata tal-Knisja tax-Xemxija jiġi rimedjat mill-aktar fis u qabel iseħħu inċidenti u dan peress li l-parti tat-triq indikata spiċċat bla bankina, kif ukoll it-traffic lights biswit spiċċaw ġew mgħottija mill-ħajt li ttella’ fuq is-sit inkwistjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rappreżentanti ta’ Transport Malta u tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini qegħdin f’kuntatt dwar is-suġġeriment imsemmi fir-rigward ta’ ħolqien ta’ bankina, in vista tal-fatt li l-ewwel jeħtieġ li jkun assigurat li jkun hemm spazju bizzejjed biex jgħaddu nġenji ta’ ċertu kobor. Sadanittant, il-materja dwar it-traffic lights qed tiġi indirizzata wkoll.
Jista’ l-Ministru jara li l-ħofor li hemm tul it-triq u l-bankina mal-promenade tal-Għadira fil-Mellieħa jsirilhom il-manutenzjoni meħtieġa jew addirittura tingħata wiċċ ġdid tul l-istess triq u possibbilment isiru bankini ġodda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirrżultaw.
Il-Mellieħa – Triq il-Kbira, kantuniera ma’ Triq is-Salib — bankina
Question
B’referenza għall-iżvilupp li għaddej fi Triq il-Kbira, kantuniera ma’ Triq is-Salib, fil-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li tkun imħarsa s-sigurtà tan-nies wara li ttieħdet għal kollox il-bankina bil-bini ta’ retaining wall u dan għaliex bil-mod ta’ kif inbena dan il-ħajt, qed tkun ipperikolata l-ħajja kemm tal-pedestrians kif ukoll tas-sewwieqa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar it-Tlieta, 3 t’April saret spezzjoni fuq il-post minn rappreżentant tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini flimkien mas-Sindku tal-Mellieħa. Sar qbil li l-parti tar-retaining wall fuq Triq il-Kbira kien qed joħloq periklu kbir. L-għada, l-maniġer tas-sit ingħata struzzjoni sabiex ineħħih fi żmien jumejn. L-immsemmi ħajt ġie mħott il-Ġimgha 6 t’April.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4199, jista’ l-Ministru jġib l-informazzjoni neċessarja u jgħid x’nefqa totali kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku, sena b'sena, tul l-2015, l-2016 u l-2017? Peress li din il-kumpanija qiegħda titħallas madwar €30 miljun f'sussidji kull sena mit-taxxi tal-poplu, ma jaħsibx il-Ministru li din l-informazzjoni hi ta' interess pubbliku? Din l-informazzjoni l-Ministru talabha lill-kumpanija tat-Trasport Pubbliku? Jekk fl-affermattiv però l-informazzjoni mitluba ma nagħtatlux, u peress informazzjoni relatata mal-kumpanija kienet disponibbli għall-Ministru ta' qablu, x'inhi r-raġuni li hu mhux jingħata l-informazzjoni mitluba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-ligi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services. Minn naħa tagħha il-Malta Financial Sevices tippubblika tali nformazzjoni fuq is-sit elettroniku tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4200, jista’ l-Ministru jġib l-informazzjoni neċessarja u jgħid x'nefqa kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku f'pagi sena b'sena, tul l-2015, l-2016 u l-2017? Peress li din il-kumpanija qiegħda titħallas madwar €30 miljun f'sussidji kull sena mit-taxxi tal-poplu, ma jaħsibx il-Ministru li din l-informazzjoni hi ta' interess pubbliku? Din l-informazzjoni l-Ministru talabha lill-kumpanija tat-Trasport Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, imma l-informazzjoni mitluba ma nagħtatlux, u peress informazzjoni relatata mal-kumpanija kienet disponibbli għall-Ministru ta' qablu, x'inhi r-raġuni li hu mhux jingħata l-informazzjoni mitluba?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4711 tal-istess seduta.