Awtorità ta' Standards ta' Persuni Anzjani — Rapport Annwali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali tal-Awtorità ta' Standards ta' Persuni Anzjani (OPSA)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani ġiet imwaqqfa fl-2023. L-ewwel sena tal-operat tagħha kienet is-sena 2024 u għalhekk l-ewwel Rapport Annwali għall-istess sena għad irid jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skont kif provdut fl-istess Att.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex sal-20 ta’ Ottubru 2024, is-sit tal-Active Ageing dwar il-Kummissarju għall-Anzjani juri r-rapport annwali tal-2021 biss? Jista’ jgħid fejn jinstabu r-rapporti tal-2022 u l-2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellanta tirreferi għall-mistoqsija parliamentari 23098.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex sal-20 ta’ Ottubru 2024, il-paġna dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani (KNA) għandha informazzjoni limitata ħafna dwar ix-xogħol tal-Kunsill li ilu mwaqqaf minn Ottubru 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba ltaqa’ dan il-kunsill minn Ottubru 2023? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat ta’ dan il-Kunsill, kif ukoll l-ewwel rapport annwali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani, ilu mwaqqaf mill-1972, dejjem għamel il-laqgħat tiegħu kull l-ewwel Tnejn tax-Xahar, apparti laqgħat Straordinarji, meta jitlob il-bżonn. Il-Kunsill mhux dipartiment jew entità tal-Gvern imma magħmul mir-rappreżentanti ta’ tnejn u għoxrin (22) Għaqda/Assoċjazzjonijiet li huma Affiljati mall-KNA.
Hip replacements u knee replacements — Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal hip replacement u kemm hemm għal knee replacement? Jista’ jgħid ukoll kemm ilha l-aktar talba ta’ stennija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li jkun hemm iktar minn GU clinic waħda?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi tas-saħħa sesswali ġew deċentralizzati f’tliet community clinics immexxija minn GP (fil-Mellieħa, f’Marsaxlokk u f’Għawdex). Barra minn hekk il-GU Clinics fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptar Mater Dei huma mmexxija minn konsulent/a.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gender Clinic reġgħetx bdiet taħdem kif suppost? Jista’ jgħid ukoll jekk il-psikjatra ġiex ingaġġat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet ma’ partijiet interessati biex nidħlu f’kuntratt ma’ professjonisti privati għal dan is-servizz minħabba li ma kienx hemm ebda reklutaġġ mis-sejħiet pubbliċi li ħarġu għal din il-pożizzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18663 u jgħid jekk numru ta’ Spetturi tas-Saħħa hux se jkunu mitluba jmorru jaħdmu mal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali minħabba li hemm il-pjan li titwaqqaf awtorità tal-ikel u li dawn l-ispetturi jkunu jiffurmaw parti minnha?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18662 u jgħid jekk ix-xogħol relatat mas-sigurtà tal-ikel hux se jitneħħa minn taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u se jaqa’ taħt ir-reponsabbilità tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li kif tħabbar fil-budget ta’ din is-sena, f’ Ottubru li għadda, il-Gvern għaddej bi proċess sabiex titwaqqaf Awtoritá għas-Sigurta tal-Ikel fi ħdan il-Ministeru għal-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali. Dan il-proċess ser iwassal għal konsolidament tal-funzjonijiet u regolamenti marbuta mas-sigurta tal-ikel li bħal issa jinsabu mifruxa taħt diversi entitajiet u dipartimenti fi ħdan tlett Ministeri.
Fost dawn hemm ukoll ir-responsabbiltajiet tal-ikel li bħal issa jaqgħu taħt id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Professjonisiti f’dan il-qasam ser ikunu wkoll parti min din it-transizzjoni meta l-istruttura legai tkun fis-seħħ.
To ask the Minister how many patients were diagnosed with Creutzfeldt-Jacob disease in the past five years, divided year by year?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta’ pazjenti li daħlu l-isptar u kellhom dijanjosi ta’ Creutzfeldt-Jakob Disease (CJD) hu kif ġej: fl-2019 kien hemm 3; fl-2020 ma kien hemm ħadd; fl-2021 kien hemm pazjent wieħed; fl-2022 kien hemm 2 u fl-2023 kien hemm 3.
Sptar San Luqa — Tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22860, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-eżitu tal-ispezzjonijiet tax-xogħlijiet ta’ tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa tal-Isptar San Luqa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport relattiv?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25387 u jippubblika tabella li turi l-kawżi tal-imwiet f'Malta għas-snin 2023 u 2024, bl-istess format li ntuża fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16663? Jista’ bl-istess mod il-kawżi tal-mewt juru speċifikament dawk kawżati minn inċidenti tat-traffiku, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, omiċidji, suwiċidji, u kawżi oħra li jidhirlu li huma pertinenti, filwaqt li l-imwiet minn kawżi naturali juru kemm kienu dawk kawżati minn attakki tal-qalb, dijabete, kanċer, u mard jew kundizzjonijiet oħra li jidhirlu għandhom ikunu inklużi? Jista' wkoll jissepara din l-informazzjoni skont firxa ta' etajiet kif sar fil-mistoqsija indikata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24074 u 25225, u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.