Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23222 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali

fondi lill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus mill-I.A.S.C.S f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena? Kemm minn dawn il-flus inġabru lura għaliex instab li kienu saru xi żbalji? X’tip ta’ żbalji saru u jista' jikkonferma li wħud minn dawn l-iżbalji saru għaliex il-bdiewa ma ingħatawx tagħrif tajjeb ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Emergency Slaugherhouse

Question

Il-Ministru jaf li erba' passi 'l bogħod minn fejn qed jiddaħlu l-kaxxi tal-pitkalija hemm l-emergency slaughterhouse fejn jinqatlu l-annimali għall- konsum uman? Jaf il-Ministru li l-biċċerija nazzjonli fejn jinqatlu l-bhejjem għall-kosum hija ftit metri l-bogħod?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-emergency slaughter house li qed jirreferi għaliha hija f'binja kompletament separata mill-post fejn jinħaslu l-kaxxi. Fil-fatt anke d-dħul għaż-żewġ binjiet huwa differenti.

Ħaddiema għall-manutenzjoni tal-apparat tal-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jinforma bis-setup tat-team tal-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-apparat li hemm fil-biċċerija? Jista' jinforma min hu jew huma s-sub contractors biex jagħmel dan ix-xogħol? Kemm qed jitħallas fil-ġimgħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s-setup tat-team tal-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-apparat li hemm fil-biċċerija hu kompost kif indikat hawn taħt: 1 Manager (Maintenance Operations) 1 Technical Officer 2 Assistant Works Technical Officer 3 Senior Tradesman 1 IPSL (Mechanical Fitter) 1 General Hand Ma hemm l-ebda sub contractor imqabbad biex jagħmel il-manutenzjoni fuq bażi regolari. F’ċirkostanzi speċjali biss fejn jkun hemm bżonn ta’ xogħol ta’ natura specjalizzata, jistgħu jitqabbdu kuntratturi privati. Dawn m'humiex każijiet komuni.

Konsulenti fuq kif tinbena l-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jinforma min kien jew kienu l-konsulenti li taw parir kif tinbena l-biċċerija t'Għawdex? Kemm swiet? Kemm fil-fatt tħallsu dawn il-konsulenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li dan hu proġett tal-Ministeru għal Għawdex nissuġerixxi l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Biċċerija — deboning section

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk id-deboning section tal-biċċerija hijiex approvata mill-Ministeru stess jew aħjar mir-regolaturi skont l-istandards tal-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-faċilità imsemmija tiġi approvata mill-awtorità kompetenti, li huwa d-Dipartiment tas-Servizz Veterinarji

Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet rurali — food entitlement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ebda ħaddiem fil-Ministeru tiegħi m'għandu food entitlement.

Trasferiment taċ-Chargeman tal-biċċerija

Question

Jista' l-Ministeru jinforma, bir-raġunijiet, u min ħa d-deċiżjoni sabiex jiġi trasferit iċ-chargeman ta' fuq il-linja tal-biċċerija u l-maintance section? Kemm fil-fatt kien ilu jservi ħidma ta' manutenzjoni fil-biċċerija dan l-individwu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ebda Chargeman ma ġie trasferit mis-sezzjoni indikata mill-Onor Interpellant.

Fondi Ewropej li tħallsu għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22492 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena mill-2004 ‘l hawn taħt: i EAGGF Guarantee ii Agricultural Fund for Rural Development iii ARGO Funds

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rigward il-fondi EAGGF u EAFRD. Dwar l-ARGO funds nerġa' ntenni li dan mhux fond amministrat mill-Ministeru tiegħi.

Impjant ta' Sant' Antnin — terms of reference, responsabilitajiet u l-poteri tal-monitoring board

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22001 u jgħid minn min se jkun kompost il-monitoring board dwar il-kwalità tal-arja ta' madwar l-impjant ta' Sant' Antnin? Jista' jgħid x'se jkunu t-terms of reference , ir-responsabbilitajiet, u l-poteri li se jkollu dan il-board? Jista' jgħid għal liema parameters, jiġifieri liema gassijiet, liema elementi kimiċi, liema daqs ta' particulate matter, u liema karatteristici oħra tal-kwalità tal-arja se jkunu mistennija li jsir monitoring dwarhom? Min huwa l-kuntrattur li ġie mqabbad biex jissupplixxi l-apparat xjentifiku neċessarju biex isir dan it-tip ta' monitoring? Kif saret l-għażla ta' dan il-kuntrattur, b'sejħa għall-offerti, jew b'direct order? Kemm huwa stmat li se jqum dan l-apparat? Min se jħallas għalih, il-gvern, jew il-Wasteserv? Il-poplu se jkollu aċċess għar-riżultati in real time, jew hemm xi sistema oħra kif ir-riżultati tal-kwalità tal-arja jiġu mgħoddija lill-pubbliku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-WasteServ qabdet konsulenti indipendenti biex iħejju programm ta’ monitoraġġ li jinkludi ukoll studju dwar baseline readings fuq il-kwalità tal-arja ta’ l-impjant. Ir-rapport dwar ir-riżultati tal-baseline readings ġie mgħoddi lill-MEPA u fih saret proposta sabiex jitwaqqaf bord għall-moniterġġ. Fih saru suġġerimenti dwar liema huma dawk l-entitajiet li għandhom ikunu rappreżentati fuq dan il-bord. Hemm ukoll inkluż it-terms of reference, ir-responsabbilitajiet, u l-poteri li se jkollu il-bord hekk kif se jkun stabbilit mill-MEPA. Il-kuntrattur li huwa responsabbli mit-tħejjija tal-programm ta’ monitoraġġ li jinkludi anke il-baseline readings qed isir mill-kumpanija PT Matic. L-għazla tal-kuntrattur saret permezz ta sejħa għall-offerti li nħarget mill-WasteServ. Il-parametri kollha li se jkunu eaminati ser jiġu deċiżi tul mill-MEPA a bażi tal-Environmental Monitoring Programme għall-impjant ta’ Sant’Antnin li se jkun abbozzat mill-konsulent li tqabbad. Il-programm għall-monitoraġġ se jiġi mgħoddi lil-MEPA għall-approvazzjoni. Il-monitoring tal- baseline readings iqum €3,396, VAT mhux inkluż, għal kull punt ta’ moniteraġġ. B’kollox hemm 6 punti u għalhekk ġie jiswa b’kollox €20,376, VAT mhux inkluz, għal sessjoni waħda. Din l-ispiża ser titħallas mill-WasteServ. Il-kuntrattur li se jkun responsabbli mill-moniteraġġ se jkollu l-obbligu jiprovdi l-apparat meħtieġ għall-moniteraġġ. Ir-riżultati kollha ser jiġu irrapurtati lill-MEPA bħala parti mill-obbligi tal-permess ta’ l-operat tal-impjant.

Proġett ta' Għajn Rihana

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol se jkun qed jitkompla matul ix-xhur li ġejjin, fil-proġett li hu marbut mal-wied li minn Għajn Rihana jasal sas-Salina? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan ix-xogħol jinkludix xi xogħol ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ? Jekk iva, fejn se jinbnew dawn il-ħitan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fix-xhur li ġejjin x-xogħol li hu pjanat li jsir fl-area ta’ Burmarrad/Salini għandu x’jaqsam mat-tindif ta’ parti minn Wied il-Għasel minn ċamura u l-iskavar u bini ta’ reċinzjonijiet għall-ilma tax-xita. Dan il-proġett hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Kaxxi l-ħodor tal-pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-kaxxi l-ħodor tal-pitkalija qegħdin jiġu storjati ġo maħzen jew aħjar chiller li sa ftit ġimgħat ilu kienet tintuża biex jinżammu l-karkassi tal-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal mistoqsija parlamentari 23260.

Kaxxi tal-pitkalija — diżinfettar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-kaxxi tad-dugħ tal-pitkalija qed jiġu diżinfettati u maħsulin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-proċess adottat għal ħasil tal-kaxxi tad-dugħ huwa li l-ewwel jiġi mneħħi il-ħmieg żejjed li jkun fihom il-kaxxi u wara mgħoddija minn magna fejn jinħaslu bil-kimika u sapun neċessarju għall-proċess.

Kaxxi tal-pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jassigura li m'hemmx periklu ta' kontaminazzjoni meta l-kaxxi l-ħodor jiddaħħlu mhux sterilizzati fiċ-chiller fejn jinżammu l-karkassi tal-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post fejn jinħażnu l-kaxxi ilu 15-il sena ma jintuża bħala chiller għal-laħam tal-konsum.

ħasil tal-kaxxi l-ħodor fil-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif qed jippermetti li jiddaħħlu l-kaxxi l-ħodor mimlijin ħamrija u ħmieġ ieħor tal-anmimali ġol-biċċerija, peress li qed jikser kull prinċipju ta' iġene u qed jikkontamina kulma hemm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 23263.

Uffiċjali responsabbli mill-iġene tal-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali responsabbli mill-iġene tal-biċċerija u għaliex qed jippermetu li jidħlu t-trakkijiet li jġorru l-kaxxi tal-pitkalija maħmuġin u f'kundizzjoni iġenika fqira ħafna fil-biċċerija bla prekawzjonijiet serji meta fil-biċċerija ssir il-qatla tal-laħam frisk tal-majjal u taċ-ċanga?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 23263.

Kaxxi li jiddaħlu fil-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jippermeti li meta l-biċċerija trid tkun nadifa daqs sptar, qed iħalli li jiddaħlu kaxxi tal-pitkalija ġejjin maħmuġin mill-irżiezet, mir-raba' u mill-pitkalija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor Interpellant għandu informazzjoni żbaljata. Il-proċess tal-ħasil tal-kaxxi li hu approvat mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ssir f'post separat mill-binjiet fejn jiġi pproċessat il-laħam li jmur għall-konsum pubbliku.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Xogħlijiet fid-Dipartiment u uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22128 u jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22977.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Dipartiment/uffiċċji - lifts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22137 u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Reservoirs għall-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna reservoirs u kemm niġbru litri ta' ilma fihom li jinżel mix-xita? Kemm minn dan l-ilma li jinġabar jintuża għax-xorb u kemm minnu jintuża għal skop agrikolu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5157. Minn dakinhar qed jitkompla dan l-eżerċizzju.

Reservoir tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi għajnuna finanzjarja għal dawk li jkunu jridu jinvestu sabiex jibnu r-reservoir tal-ilma tagħhom? Jista' jgħid jekk din l-għajnuna tingħatax? Jekk tingħatax għal raġunijiet domestiċi, agrikoli jew industrijali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fil-Programm ta’ l-Iżvilupp Rurali 2007-2013, wieħed jista’ jsib miżura li tkopri għajnuna marbuta mal-bini ta’ ġwiebi (reservoirs) ta’ l-ilma għall-użu agrikolu. Il-benefiċjarji ta’ din il-miżura jistgħu jkunu bdiewa, raħħala jew intrapriżi nvoluti fil-qasam tal-produzzjoni agrikola.