Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm ingħataw direct orders u x’kien l-ammont totali tal-valur tagħhom matul l-2022, xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jiġi investigat għala fil-parti tal-ponta tal-Isla fejn hemm il-Każin tar-Regatta, hemm ilma li qiegħed kontinwament jiskula?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10683.
Jista’ l-Ministru jara li l-Mina De Rohan, f’Ħaż-Żebbuġ, tiġi kkurata aħjar billi l-paviment ta’ madwar huwa maqlugħ u d-dawl li kien hemm inqala’ u tkisser kompletament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ illi nħareg tender sabiex iż-żona ta’ madwar Bieb de Rohan tkun irranġata u bħalissa qegħdin nistennew permess mingħand il-PA sabiex isiru xi modifikazzjonijiet fil-pjanti sabiex ikun akkomodat meter tad-dawl li ser jissuplixxi l-istess Bieb bid-dawl fuq barra.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – interventi fis-soft areas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema interventi saru mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar fis-soft areas tal-lokalità matul l-aħħar sitt xhur? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-interventi? Kemm ġew jiswew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-maġġoranza tax-xogħlijiet relatati mas-‘soft areas’ li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma inklużi fit-Tender Ref: SPBT/04/2022, liema dokument qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-pagamenti inkwistjoni ġew iċċertifikati mill-Contracts Manager tal-Kunsill Lokali. Ninforma ulterjorment illi fil-Laqgħa Nru 64 tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, il-Kunsill approva ħlas ta’ €2,047.50 + VAT għal xogħol ta’ landscaping ġdid f’Burmarrad.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fi ħdan il-Ministeru li jien responsabbli minnu hemm 284 uffiċjal pubbliku li minnhom 283 huma ċittadini Maltin.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — kuntratt mogħtija
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-advisory cost limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - kuntratt mogħtija
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.
Kumitat Organizzattiv – Festival Kanzunetta Maltija — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9526, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Kumitat Organizzattiv – Festival Kanzunetta Maltija huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Kumitat Organizzattiv – Festival Kanzunetta Maltija?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.
Kottonera Foundation Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9524, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Kottonera Foundation Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Kottonera Foundation Board?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.
Intangible Cultural Heritage Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9523, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Intangible Cultural Heritage Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Intangible Cultural Heritage Board?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.
Heritage Malta Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9522, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Heritage Malta Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Heritage Malta Board?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.
Foundation for Maltese National Festivities — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9521, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Foundation for Maltese National Festivities huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Foundation for Maltese National Festivities?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.
Jista’ l-Ministru jipprovdi kopja tal-iskema bl-informazzjoni kollha dwar kif il-caravans jistgħu jingħataw permess joqogħdu f'ċertu siti u jispeċifika kif u meta din l-iskema daħlet fis-seħħ u l-kundizzjonijiet kollha marbuta magħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10627.
In oltre ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10627 huma dawk kontenuti fl-A.L 136 tal-2023.
Jista’ l-Ministru jara li r-roundabout li hemm kif toħroġ minn Triq il-Karmnu, fil-Fgura, int u sejjer lejn Ħal Tarxien, tiġi mnaddfa u mqiegħda lura għall-pożizzjoni li kienet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura illi r-roundabout imsemmija taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Infrastruttura Malta.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-Interpellanza tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti ta' importanza storika li jinsabu fil-limiti tal-Imġarr? Liema minn dawn is-siti huma miftuħin għall-pubbliku? Kif inhu possibbli li l-pubbliku jżur dawn is-siti? Għal kull sit separatament, x'kien l-investiment li sar mill-Gvern jew il-Kunsill Lokali mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr bl-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant kif ġej:
1) B’referenza għal Siti ta’ Importanza Storika u l-Aċċessibilità tal-pubbliku għalihom tinsab fit-tabelli segwenti:
Siti ta’ Importanza Storika
Aċċessibilità
Tempji ta’ Ħaġrat
Mifuħin għall-Pubbliku minn Heritage Malta
Tempji ta’ Skorba
Mifuħin għall-Pubbliku minn Heritage Malta
Raddi fil-blat (Triq Banjiet Rumani kantuniera ma Triq iż-Żebbiegħ);
Dan huwa spazju miftuħ
Silos ta’ Taħt l-Art f’ Tal-Palma
Miftuħin b’appuntament mill-Kunsill Lokali Mġarr.
Batterija ta’ Tal-Għasfura f’ Fomm ir-Riħ
Miftuħin b’appuntament mill-Kunsill Lokali Mġarr.
Banjiet Rumani lejn Għajn Tuffieħa
Mhumiex aċċessibbli għall-Pubbliku
2) Rigward investimenti li saru fuq dawn is-Siti ta’ Importanza storika mill-Kunsill Lokali sa mill-1 ta’ Jannar 2022 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti:
Investiment mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr fis-Siti ta’ Importanza Storika sa mill-1 ta’ Jannar 2022
Sit ta’ Importanza Storika
Deskrizzjoni tal-Intervent
Ammont tal-Investiment (€)
Tempji ta’ Ħaġrat
Sar ħajt divisorju, culvert għall-ilma tax-xita u ittranġar tal-madwar biex ma jiskulax ilma fit-Tempji ta’ Ta’ Ħaġrat
€17,000
Silos ta’ Taħt l-Art f’ Tal-Palma
Manutenzjoni fuq is-sistema tad-dawl fis-Silos, li għada mhux kompletata.
€1,500 (sal-lum, ammont li jista jikber sa ma jiġi konkluż il-proġett kollu)
Batterija ta’ Tal-Għasfura f’ Fomm ir-Riħ
Manutenzjoni fuq aperturi fil-Batterija
€3,500
Raddi fil-blat (Triq Banjiet Rumani kantuniera ma Triq iż-Żebbiegħ);
Il-Kunsill għandu talba quddiem l-Awtorita’ tal-Artijiet biex jagħmel proġett ta’ aċċessibilta’ u tisħbiħ tal-arja tar-raddi fil-blat.
Gran Totali tal-Investiment li sar mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr mill-1.1.2022 sal-lum fuq dawn is-Siti ta’ Importanza Storika:
€22,000
Birżebbuġa — Ġnien l-Indipendenza – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa peress li dan il-ġnien għandu bżonn ta' xogħol ta' manutenzjoni urġenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat.
Birżebbuġa – Ġnien ta’ wara l-Knisja parrokjali – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-ġnien ta' wara l-Knisja parrokkjali f'Birżebbuġa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa illi l-Kunsill qiegħed fil-proċess sabiex jassigura l-fondi neċessarji biex isir dan il-proġett.
European Film Awards Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9516, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-European Film Awards Committee huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-European Film Awards Committee?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.
Festivals Malta Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9517, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Festivals Malta Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Festivals Malta Board?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.
Film Review Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9518, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Film Review Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Film Review Board?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.