Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3501 u jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Ħal Tarxien ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella aktar 'l isfel: Lokalita' Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 TARXIEN 151 € 87,800.72

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena bejn is-snin 2012 u 2022: a. kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika; b. x’kien is-sess ta’ dawn il-vittmi u l-età tagħhom; ċ. x’passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti; u d. kemm minn dawn ir-rapporti ġew riferuti lill-Pulizija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw maqtula? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw imweġġgħa, abbużati u/jew feruti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jingħataw benefiċċji soċjali bħala single parents, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, separatament għal kull lokalità? Jista' jgħid kemm hu t-total ta' persuni li jingħataw tali benefiċċju bħala single parents?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Servizzi ta’ terapija għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema servizzi ta' terapija jistgħu jibbenefikaw minnhom persuni b'diżabilità? Jista’ jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li effettivament qegħdin jibbenefikaw minn kull wieħed minn dawn is-servizzi u kemm hi l-lista ta’ stennija għal kull servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Ħal Tarxien ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Santa Luċija – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Santa Luċija bbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Gudja – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti l-Gudja bbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Wied il-Għajn – persuni li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti Wied il-Għajn ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Wied il-Għajn 222 € 132,917.16

Ħal Għaxaq – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Ħal Għaxaq ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Ħal-Għaxaq 99 € 54,750.91

Raħal Ġdid – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Raħal Ġdid ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Raħal Ġdid 143 € 87,637.33

Żejtun – persuni resident li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm persuni residenti ż-Żejtun ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Żejtun 210 € 140,216.88

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3391.

Marsaxlokk – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Marsaxlokk ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Marsaxlokk 33 € 31,927.23

Korpi Dixxiplinarji ta’ Malta – ex ħaddiema tas-servizzi li għadhom ma laħqux l-età pensjonabbli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2207 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ eks ħaddiema tas-servizzi, ċjoè Korpi Dixxiplinarji ta' Malta li huma: il-Pulizija, il-Forzi Armati, il-Faċilità Korrettiva u l-Protezzjoni Ċivili, dwar in-numru ta’ persuni li għadhom ma laħqux l-età pensjonabbli, li jirċievu biss il-Pensjoni tat-Teżor u mhux f'impjieg għas-sena 2021?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’ eks ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinari li għadhom ma laħqux l-età pensjonabbli u li mhumiex f’impjieg u rċevew biss Pensjoni tas-Servizz jammonta għal 617.