Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8608 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni Sapport — Adult Training Centres - co-ordinators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm co-ordinators ta' Adult Training Centres mal-Fondazzjoni Sapport, kemm ilhom maħtura u jista' jgħid kemm minnhom kienu diġà impjegati tal-Fondazzjoni Sapport u x'kien l-impjieg preċedenti tagħhom mal-fondazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bħalissa hemm 10 coordinators tas-Sapport Day Centres. Dawn ġew maħtura ben Ġunju 2008 u Settembru 2008. Ninsab informat ukoll li kollha kemm huma kienu diġa mpjegati mad-Day Centres, u r-rwolijiet tagħhom kienu jvarjaw minn Support Workers , Transport Officer u Programmes Co-ordinator , Senior Care Workers, Care Workers , u Assistant Heads . Dan sar wara avviż intern ta’ reklutaġġ u wara għażla minn interview board . Dan il-proċess kien u huwa parti mir-ristrutturazzjoni li qed isseħħ f’dan is-servizz.
Leg 11 PQ #8609 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni Sapport — job vacanies

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'job vacancies għandha l-Fondazzjoni Sapport u x'sejħiet bi ħsiebhom isiru biex jimtlew dawn il-vakanzi?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-postijiet vakanti li għandha l-Aġenzija Sapport huma: - Manager : saret sejħa publika li tagħlaq fil-25 ta' Mejju, 2009, - Social Worker: saret sejħa publika li tagħlaq fil-25 ta Mejju 2009, - Numru ta’ Support Workers: saru l-interviews wara sejħa pubblika u qegħdin jiġu ingaġġati dawk magħżula.
Leg 11 PQ #8610 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centres — trasport effiċjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex it-trasport ta' l-Adult Training Centres isir iktar effiċjenti u cost effective?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-sistema tat-trasport qegħda tiġi studjata biex jiġu aċċertati x’miżuri jistaw jittieħdu biex titjieb is-sitwazzjoni fid-dawl tar-riżorsi fi ħdan iċ-ċentri għal-Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport.
Leg 11 PQ #8611 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centres — informazzjoni fuq ix-xuffiera

Question

Jista' l-Minitru jgħid kemm hemm xuffiera fl-Adult Training Centres, x' tip ta' liċenzja għandhom, u jekk hemmx persuni oħra li jagħmlu servizz ta' xuffiera u l-grad attwali tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li hemm 4 ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ xufiera. Il-grad attwali tagħhom u t-tipi ta’ liċenzji li għandhom huma hekk :- Grade License Driver B, B+E, C1, C1+E, D, D+E Skilled Labourer B, B+E, C1, C1+E, D1, D1+E, f Gardener B, B+E, C1, C1+E, D1, D1+E, f Health Att., Public Cleaner II B, B+E, C1, C1+E

Awtorità tad-Djar — skemi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitħabbru skemi ġodda mill-Awtorità tad-Djar? Liema huma?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tevaluta l-iskemi preżenti ħalli fejn hemm bżonn jiġu mmodifikati biex jirriflettu l-esiġenzi tal-lum u jindirizzaw lill-individwi li veru għandhom bżonn għajnuna. Meta jitlesta dan l-eżerċizzju, it-tibdil jiġu ikkomunikati lill- publiku in ġenerali.
Leg 11 PQ #8692 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Mobile phones u fixed lines

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-tagħrif mgħoddi lili, fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, ma jirriżultax li hemm xi persuna impjegata mal-Gvern, inkluż fis–Segretarjat tal-Ministeru, li għandha aktar minn mobile wieħed jew aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-Gvern. Għaldaqstant ma tħallas l-ebda ammont relatat ma’ dawn it-tipi ta’ servizzi tul l-2008 sa’ llum.
Leg 11 PQ #8737 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali Familja — Rwol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2658 u jgħid minn huma l-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja? X'inhu r-rwol tagħha? Jista' jgħid jekk fil-qosor tagħha hemmx: 1) li ssir riċerka fuq is-sitwazzjoni tal-familja Maltija llum? 2) jekk hux ser tistudja x'inhu jikkawża s-separazzjonijiet fil-familji tagħna? 3) jekk hux ser tistudja x'inhuma l-effetti tad-divorzju f'xi pajjiżi fejn daħal?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja (KNF) huma dawn :- Sandro Spiteri Chairperson Rev. Dr Charles Tabone O.P., Deputy Chairperson Dr Anton Grech Dr George Grech Dr Angela Abela Dr Godwin Grima Ms Helen Farrugia Randon Dr Anthony Rutter Giappone Ms Joyce Sciberras Ms Vicky Gauci Ms Gladys Vella Informat ukoll li r-rwol tal-KNF huwa li bħala grupp ta’ esperti mahtura mill-Ministru, tagħti pariri lilu u lill-Gvern dwar materji marbuta mal-familja. Bhalissa l-KNF qed tikkonkludi, fuq direzzjoni tal-Ministru, it-tielet abbozz ta’ Pjan Nazzjonali dwar il-Familja li se jitressaq dalwaqt ghall-konsiderazzjoni tieghu. Dan jolqot ħafna materji, inkluż dawk li semma’ l-Onor. Interpellant. Parti mill-ħidma tal-KNF bħala preparazzjoni għal dan il-Pjan kienu ghad ta’ progetti ta’ riċerka li wħud minnhom ġew konklużi u ppubblikati f’serji ta’ monografi. L-ewwel żewġ monografi huwa dwar il-Familja u l-Faqar, speċjalment kif dan jolqot it-tfal, u kif il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jinfluwixxu fuq il-liġi Maltija dwar il-familja. Saret ukoll riċerka dwar is-saħħa mentali u l-familja, u hemm maħsub riċerka dwar l-iżvilupp fil-qagħda tal-familja llum. Il-Pjan Nazzjonali se jindika t-triq għal iktar rikerċa u azzjoni b’risq il-familja Maltija.
Leg 11 PQ #8738 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti Għawdxin li ggradwaw mill-Università

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8536, jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ gradwati li sabu xogħol wara Novembru 2008 humiex jaħdmu full-time jew part-time bħala xogħol primarju?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ż-żewġ gradwati li sabu xogħol wara Novembru 2008 qegħdin jaħdmu full-time bħala xogħol primarju.
Leg 11 PQ #8740 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jwieġeb mistoqsija parlamentari 5684 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5356, a) jekk in-numru ta' impjegati f'kull poliklinika jinkludix ukoll dawk fil-bereġ li jaqgħu taħthom? b) liema huma l-bereġ li jaqgħu taħt kull poliklinika? ċ) kemm hu n-numru ta' impjegati u xi grad huma f'kull berġa? d) jekk in-numru ta' pazjenti li attendew kull poliklinika jinkludix ukoll il-pazjenti li attendew il-bereġ li jaqgħu taħthom u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawk li attendew f'kull berġa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta’ impjegati fil-poliklinici jinkludi wkoll dawk li jaħdmu fil-bereġ li jaqgħu taħthom. Il-bereġ li jaqgħu taħt il-poliklinici rispettivi jidhru fit-Tabella A li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-impjegati li jaħdmu fil-bereġ huma tabib (skala 6) u infermiera (tvarja bejn skala 9 u 13). Id-dettalji dwar il-pazjenti li attendew il-poliklinici ma jinkludux dawk li attendew il-bereġ. Dettalji tal-pazjenti li attendew il-bereġ jidhru fit-tabella A.
Leg 11 PQ #8741 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Infermiera — flus dovuti lilhom

Question

Jista' Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5785 u jieħu passi biex flus dovuti lil infermiera skond il-ftehim kollettiv mal-MUMN u wkoll ta' xiri li għamlu ta' tagħmir tal-informatika u l-komunikazzjoni jfittxu jitħallsu? Jista' jieħu passi biex ħlasijiet bħal dawn isiru b'mod regolari u mhux impjegati inkarigati minflok ma jipproċessaw it-talbiet li jsiru regolarment joqogħdu jigbruhom sakemm ilaħħqu ċerti ammonti? F'kull każ kemm hu n-numru ta' infermiera li għandhom jieħdu flus mid-Dipartiment tas-Saħħa, x'inhuma l-ammonti totali li jridu jitħallsu u għalxiex, u meta hemm il-ħsieb li tali flus jitħallsu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrf mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8760 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — studju dwar green jobs

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-istudju tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar il-green jobs li kien ikkummissjonat mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tali rapport diga kien ippubblikat. Wiehed jista jaccessa ghalih minn fuq is-sit elettroniku www.greenjobsmalta.info .
Leg 11 PQ #8763 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Raħal Ġdid — Spiżerija tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jara li tigi rranġata s-sistema diżastruża li teżisti fl-ispizerija tal-Gvern li tinsab ġewwa Raħal Ġdid fejn il-klijenti żgur li mhux jingħataw servizz kif jixraq? Jista' jgħid ukoll x’inhu jsir minn dawk konċernati ħalli l-azzjonijiet industrijali li ilhom għaddejjin jieqfu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8764 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Poliklinika ta' Raħal Ġdid — Testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-poliklinika tal-Gvern ta’ Raħal Ġdid isiru biss 20 test tad-demm kuljum u dan b’detriment għall-persuni oħra li jkollhom jagħmlu test tad-demm, xi drabi anke urġenti, u jkollhom imorru ġewwa l-isptar Mater Dei? Jaħsibx li dan ma jagħmilx sens meta pazjenti għandhom ifittxu li l-ewwel jinqdew minn poliklinika qabel imorru l-isptar Mater Dei imma f’dawn iċ-ċirkustanzi qed ikunu dawk responsabbli li jibgħatuhom ġewwa l-isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8780 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

mard respiratorju — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika fuq dawn l-aħħar 20 sena ta’ kemm żdied il-mard respiratorju u t-tipi ta' cancer fin-naħa ta' isfel ta' Malta b’riferenza speċifika għal Marsaxlokk, Birżebbugia, Żurrieq u Żejtun? Jista' jagħti din l-informazzjoni u informazzjoni oħra relevanti għal dawn il-każi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment ta' l-Emerġenza — Dewmien esaġerat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju li meta persuna tidħol l-emerġenzja fl-Isptar Mater Dei qed iddum sigħat twal sakemm tinqeda? Hemm xi studju għaddej li jelenka x'jikkawża dan id-dewmien? X'sejjer jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa ħalli din l-istennija tonqos?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Parkinsons Disease — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkulaw li hawn pazjenti li għandhom parkinsons disease f'Malta u Għawdex? Kemm hemm minn dawn il-pazjenti li għandhom 'il fuq minn 60 sena u kemm hemm pazjenti li għandhom taħt 60 sena? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minn dawn huma rġiel?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li minn informazzjoni li għandu l-gvern għad-dispoziżżjoni tiegħu, hawn madwar 1, 623 kartuna safra maħruga lill-pażjenti li jbatu minn Incapacitating Parkinson’s Disease. Minn dawn hawn: - 1, 479 il-fuq minn 60 sena li minnhom 709 huma nisa u 770 huma rġiel. - 144 taħt is-60 sena li minnhom 61 huma nisa u 83 huma rġiel.
Leg 11 PQ #8527 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kumpanniji — Ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

B’riferenza għall-mistoqsija numru 7144 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, jista’ l-Ministru ġentilment iwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsijau cioè: Jista' jgħid kemm hemm kumpanniji li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom? Kemm minnhom ma ħallsuhiex fl-2008? F’liema ammonti? Hemm minn ilu aktar minn sentejn u tliet snin? Meta jiġri dan, l-impjegati huma koperti jekk ikunu jridu jitolbu xi benefiċċju?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li minn Marzu 2008 sa nofs Mejju 2009, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impieg investiga 38 każ fejn ġie allegat li l-pagi tal-ħaddiema li kienu għadhom fl-impieg ma kienux tħallsu fid-data li suppost titħallas il-paga. Informat ukoll li minn dawn it-38 każ, wara l-investigazzjonijiet neċessarji, jirriżulta illi f’21 każ, wara l-intervent tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impieg, ittieħdet azzjoni mill-prinċipal biex in-tnaqqis relattiv ġie rranġat, f’każ minnhom irriżulta li ma kienx hemm xi tnaqqis fil-pagi minn-naħa tal-prinċipal, filwaqt illi 2 każi tressqu l-Qorti. Il-5 każi l-oħra qegħdin fil-proċess biex jintbagħtu l-Qorti.
Leg 11 PQ #8528 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — taħriġ lil industriji li ltaqgħu ma' diffikultajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-taħriġ li qed jingħata lil numru ta’ industriji li ltaqgħu ma’ diffikultajiet hux qed jingħata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8603 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Inċentivi fiskali — nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu nkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament, jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8604 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni Sapport — uffiċjali - kwalifiki u esperjenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u esperjenza fil-qasam soċjali u fil-qasam tal-persuni b'diżabiltà għandhom l-uffiċjali għolja tal-Fondazzjoni Sapport u l-uffiċjali li għandhom it-tmexxija tal-Adult Training Centres kollha, kull ċentru separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.