Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni Lino Spiteri hijiex partnership bejn Jobsplus u l-Empower? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-irwol ta’ dawn iż-żewġ entitajiet fi ħdan din il-Fondazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-fundaturi tal-Fondazzjoni Lino Spiteri huma Jobsplus u l-‘Empower Cooperative Ltd’. Il-Fondazzjoni titmexxa taħt il-governanza tal-Bord fejn i¿-¿ewġ entitajiet imsemmija huma rappreżentati fil-Bord tal-Amministraturi.
L-irwol ta’ ‘Empower Cooperative Ltd’ huwa li jipprovdu l-kompetenza esperta tagħhom waqt il-laqgħat tal-bord, fejn ‘Empower Cooperative Ltd’ ilha timplementa l-impjieg b’assistenza (supported employment) għal numru ta’ snin.
Minbarra li tipprovdi kompetenza u għarfien fil-qasam tax-xogħol, inkluż fis-settur tad-diżabilità, Jobsplus tipprovdi fondi kif ukoll taqsam mal-Fondazzjoni Lino Spiteri informazzjoni bħal listi ta’ persuni b’diżabilità li qegħdin fuq ir-reġistru tal-qgħad; listi ta’ kumpaniji li m’humiex konformi mal-kwota tal-impjieg ta’ 2%; u tagħrif dwar korsijiet u skemi amministrati minn Jobsplus biex ikunu jistgħu jirreferu klijenti b’diżabilità li qed ifittxu xogħol.
Fid-dawl tal-kuntratt li hemm bejn il-LESA u s-soċjetà li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, għal kiri ta' 24 vettura bil-valur ta' 108,405 Euro, u wara li s-CEO tal-LESA pubblikament stqarr illi l-LESA qiegħda tfittex parir legali, jista' l-Ministru jgħid xi rriżulta mill-parir legali, x'passi ttieħdu, u x'ser jiġri minn dan il-kuntratt?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din il-mistoqsija parlamentari hija kelma b’kelma l-istess bħal mistoqsija parlamentari 20514. Nirreferik għall-istess risposta.
Jista' l-Ministru jgħid x'nefqa kapitali saret fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jipprovdi wkoll il-valur u fuqiex saret din in-nefqa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa kapitali tal-Aġenzija għas-Servizzi korrettivi ammontat għal total ta' €6.1 miljun għas-snin 2021-2023. Dawn il-fondi ntefqu fuq diversi proġetti fosthom il-bini ta' klinika ġdida, l-estensjoni tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin, xogħol fuq il-gym, xogħol fuq il-Kappella, ix-xiri ta’ scanners, vetturi tas-sigurta’, il-bini ta’ żona ddedikata għat-taħriġ tal-klieb, uffiċini ġodda għall-professjonisti tal-ħabs, titjib fid-diviżjoni forensika u titjib fil-faċilità taż-żgħażagħ. Fl-implimentazzjoni ta’ diversi proġetti kienu involuti wkoll persuni li qed jiskontaw sentenza fl-istess faċilità li ħadmu fuq dawn il-proġetti.
Jista' l-Ministru jipprovdi organigramma tat-tmexxija tal-ħabs ta' Kordin, bil-karigi u l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw tali karigi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tidher fit-tabella hawn taħt:
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Struttura
Position
Name
Chief Executive Officer
Christopher Siegersma
Chief Operations Officer
Col (retd) Etienne Scicluna
Head of Finance
Ayrton Mizzi
Head Security and Intelligence
Robert Edmondson
Head Care, Reintegration & Education
Mariella Camilleri
Deputy Head Administration
Silvio Farrugia
Deputy Head Payroll
Pierre Sciberras
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-istand tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol fl-Expo 2024 ġiet tiswa €51,180.
F'din l-istand kien hemm attivitajiet varji, fosthom it-tiġdid tal-karti tal-identità, informazzjoni mill-entitajiet Victim Support Agency u l-JobsPlus, il-provvista ta’ informazzjoni relatata mal-LESA bil-possibilità li tapplika biex ikollok aċċess għall-portal tal-istess Aġenzija.
Il-forzi dixxiplinati li kienu preżenti huma l-Aġenzija Għas-Servizzi Korrettivi (CSA), il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD), kif ukoll il-Pulizija.
Dawn id-dipartimenti/entita’ taw dimostrazzjonijiet bi strumenti varji tipikament dawk relatati mal-forensika u l-ballistika u mas-salvataġġ tal-ħajja kif ukoll dimostrazzjonijiet mill-klieb tas-sezzjoni tal-K9, tas-CPD u mit-tim mediku tal-armata.
Infurmat li L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema "Ħiliet". L-istess attività mhux biss serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità, iżda tat ukoll opportunità lil dawk preżenti jagħmlu użu minn numru ta’ servizz b’kumdità.
Direttiva (UE) 2024/1203 dwar il-protezzjoni tal-ambjent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva (EU) 2024/1203 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/K?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ta’ ċittadinanza barranija nħarġitlu Visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta fl-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi ġew dawn l-istudenti u għal liema EQF Level ġew jistudjaw Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Karozzi bla liċenzja, bla insurance u bla number plates
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema entità, dipartiment jew istituzzjoni hija responsabbli li tneħħi mit-toroq, karozzi bla liċenzja, bla insurance u bla number plates?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal Leġislazzjoni Sussidjarja 65.13, li għal kull buon fini qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’impjieg sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
i. Kemm minnhom huma Maltin?
ii. Kemm minnhom huma barranin?
iii. X’tip ta’ impjieg jinsabu fih, maqsuma f’full-time, reduced full-time u part-time?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ nisa jaħdmu full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom, sal-aħħar t`April 2024 kien ta’ 130,983. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi t-tip ta’ impjieg li kienu jinsabu fih, maqsuma f`Maltin u barranin u f`full-time, full-time reduced hours u part-time, bħala x-xogħol ewlieni tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nisa self-employed? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ nisa self-employed full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom, sal-aħħar t`April 2024 huwa ta` 13,158, li minnhom 9,859 huma Maltin u 3,299 huma barranin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Jobsplus ġabitx fondi addizzjonali għal taħriġ fis-settur tax-xogħol għal persuni b’diżabilità? Jekk iva, it-taħriġ ser ikun estiż għal dawk li hemm fix-sheltered employment u jekk iva, għal kemm jammontaw dawn il-fondi? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-fondi hux ser jintużaw biex persuni b’diżabilità mingħajr ħiliet ta’ xogħol jiġu mħarrġa biex huma wkoll isibu posthom fid-dinja tax-xogħol? Kif ser isir dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kmieni din is-sena Jobsplus issottomettiet applikazzjoni ta’ proġett taħt ESF+ (2021-2027) imsejjaħ VASTE II. Dan il-proġett jinkludi diversi inizjattivi biex jiġu mħarrġa u mgħejuna persuni vulnerabbli fosthom nies b’diżabilità biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Jobsplus għad trid tirċievi l-approvazzjoni mill-Awtorità responsabbli mill-Fondi Ewropej biex tibda timplimenta dan il-proġett.
Il-Belt Valletta — Triq Melita - Vettura vjola bla number plate
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu fir-rigward ta’ vettura ta’ lewn vjola bla number plate li tidher li ġiet abbandunata u ilha pparkjata għal diversi xhur fit-tarf ta’ Triq Melita, il-Belt Valletta (fuq in-naħa ta’ Marsamxett)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Membru u li kienet fit-tarf ta’ Triq Melita, il-Belt Valletta, tneħħiet mill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas għal studenti Ukreni fl-aħħar 12-il xahar u f'liema istituzzjoni qed jistudjaw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2023 u t-30 ta’ Settembru 2024 inħarġu total ta’ ħames viżi.
L-istituzzjonijiet inkwistjoni kienu:
1. Gateway School of English
2. EC Malta English School
3. STC Higher Education
4. University of Malta
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda tintuża s-sistema tal-electronic tagging?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fl-aħħar xhur ingħalaq il-proċess ta’ ‘procurement’, li t-tender kien aġġudikat u kien anke ffirmat il-kuntratt. Bdiet ukoll l-installazzjoni tas-sistema u saru wkoll żjarat barra l-pajjiż biex ikun hemm għarfien dwar it-tħaddim ta’ sistema simili. Għaldaqstant qed isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex immedjatament kif dan il-Parlament japprova l-liġi jkun introdott dan is-servizz għall-ewwel darba f'pajjiżna, wara perjodu ta' prova mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li qed jaħdmu fil-units tal-vjolenza domestika u fejn huma dawn il-units?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li hemm tmienja u sittin (68) uffiċjal tal-pulizija li qed jaħdmu fil-units tal-gender based and domestic violence fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u fil-hub tal-istess taqsima ġewwa Santa Luċija li beda jopera għall-ewwel darba fl-aħħar xhur. Magħhom jingħaqdu diversi professjonisti oħra mill-Aġenzija Appoġġ.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li dawn il-units ma kinux jeżisti qabel din l-amministrazzjoni ħadmet flimkien mal-Korp tal-Pulizija favur it-twaqqif tal-istess unit fis-sena 2020. Minn dakinhar il-unit baqgħet dejjem tissaħħaħ u hemm impenn li tibqa tissaħħaħ anke bi ftuħ ta' hub ieħor fl-Imtarfa.
Ħatra tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar Kuntratti Pubbliċi — Passi tal-Pulizija
Question
Peress illi fi kwotazzjoni diretta mis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li “qiegħda żżomm f’moħħha hawnhekk ukoll illi xilja ta’ kunflitt ta’ interess fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għandha tiġi mistħarrġa b’reqqa liema bħalha, peress li huwa magħruf li l-qasam tal-akkwist pubbliku huwa meqjus bħala waħda mill-aktar attivitajiet ta’ Gvern, li huma l-aktar vulnerabbli għall-ħela, għall-abbuż, għall-frodi u għall-korruzzjoni.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija ħaditx passi jew inkella hux għadha qed tevalwa x’passi se tieħu relatati mal-ħatra tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar Kuntratti Pubbliċi li l-Qorti sabet li xi individwi fuq il-Bord kellhom kunflitt ta’ interess, u bid-deċiżjoni tagħha annullat tender tal-Gvern b’valur ta’ €600 miljun għall-inċineratur tal-iskart?
LESA — Kontravenzjonijiet għall-campers u caravans ipparkjati illegalment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontravenzjonijiet mil-LESA għall-campers u caravans li kienu pparkjati illegalment f'Malta u f'Għawdex mill-1 ta' Lulju sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Settembru ta’din is-sena, ma nħarġu l-ebda kontravenzjonijiet mill-Aġenzija LESA fuq Caravans, u dan għaliex infurmat li fejn twaħħlu ordnijiet ta' twissija dawn ġew osservati mis-sidien. Din l-informazzjoni hija biss dwar taħrikiet tal-Aġenzija LESA.
B'referenza għar-ruling li ngħata fis-seduta numru 259 u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20668, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt il-ġdid (jew li għadu kif ġie mġedded) tal-Kummissarju tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-tiġdid tat-terminu tal-Kummissarju tal-Pulizija ma kienx jeħtieġ kuntratt ta’ impjieg ġdid, iżda ittra ta’ ħatra li diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Anke jekk mhux mitlub fil-mistoqsija parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar il-kundizzjonijiet tal-ogħla karigi fil-Korp tal-Pulizija.