Jista’ l-Ministru jispjega jekk għadux jeżisti s-Surveillance Team fi ħdan l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi uffiċjali tal-Pulizija li hemm fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga jagħmlu x-xogħol ta’ surveillance skont l-esiġenzi u n-neċċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn minn ħin għal ħin fl-istess skwadra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-ebda Chairperson ta’ Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma jitħallsu spejjeż ta’ safar, mowbajl u fjuwil.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dixxiplinarji interni bejn uffiċjali tal-aġenzija tal-Gvern Local Enforcement System Agency (LESA) f’dan l-aħħar xahar u f’liem reġjun saru? X’natura ta’ offiża qiegħda tiġi allegata? X’passi se jittieħdu u/jew ittieħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Aġenzija preżentament irċiviet żewġ ilmenti minn ħaddiema tal-aġenzija, fejn dawn l-ilmenti allegatament seħħew fis-sezzjoni (reġjun) tax-Xlokk. Iż-żewġ każijiet qegħdin jigu mistħarrġa, u wara tittieħed kull deciżjoni li hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irtiraw pulizija bis-servizz mill-2021 sal-lum u f'liema rank kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ pulizija li spiċċaw mill-Korp wara ħamsa u għoxrin sena servizz jew aktar jew mal-età tal-irtirar, fis-sena 2021 u sal-24 ta’ Mejju 2022 kien ta’ mitejn u għoxrin, kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Rank
2021
2022
Total
Deputat Kummissarju
2
-
2
Assistent Kummissarju
2
1
3
Supretendent
7
3
10
Spettur
4
1
5
Maggur
8
-
8
Surgent
38
7
45
Kuntistabbli
124
23
147
185
35
220
Qrati — - Xhieda minn Spettur tal-Korp tal-Pulizija dwar persuna li ħarab minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa jew beħsiebu jieħu dwar dak li ħareġ minn xhieda mogħtija fil-Qorti minn Spettur tal-Korp tal-Pulizija quddiem il-Maġistrat, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, nhar l-Erbgħa 11 ta' Mejju, 2022 u ċjoè li l-Pulizija baqgħu m'għamlu xejn għal numru ta' snin minkejja li kienu ilhom jafu mis-sena 2017 li l-individwu li ħarab minn Malta fis-sena 2014, li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament, kien qiegħed jgħix fl-Ingilterra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi it-tagħrif li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, qed jiġi mistħarreġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 577 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti lista ta’ min huma l-membri tal-Independent Police Complaints Board?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-membri tal-Independent Police Complaints Board u li t-terminu tagħhom jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022 huma dawn:
Independent Police Complaints Board formerly Police Board (Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija)
l-Imħallef Emeritus Franco Depasquale KCSG, BA, LL.D.
Chairperson
Il-Kaptan Reuben Lanfranco BA (Crim), M. Jur (Int. Law), LL M (IMLI)
Membru
Is-Sur Michael Cassar
Membru
Is-Sur John Spiteri M. Ed. Admin. & Man.
Segretarju
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184, infurmat li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 13-il ħaddiem bħala position of trust u 8 bħala persons of trust. Minn dawn 8 jinsabu fis-Segretarjat Parlamentari.
Korp tal-Pulizija – International Relations Unit – talbiet għall-ħruġ- ta’ Interpol Notice
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba saret mill-International Relations Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija bħala n-National Central Bureau (NCB) lill-Interpol għall-ħruġ ta' "Interpol Notice"? Jista' jgħid kemm minn dawn l-Interpol Notices kienu għall-ħruġ ta' "Red Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Yellow Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Blue Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Black Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Green Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Orange Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Purple Notice" u kemm kienu għall-ħruġ ta' "Interpol-UN Security Council Special Notice"?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ talbiet li saru min-National Central Bureau (NCB) tal-Interpol f’Malta għall-ħruġ ta' Interpol Notice kif deskritti mill-Onor. Interpellant, bejn is-sena 2013 u t-30 ta’ April 2022, kien ta’ mija u għoxrin (120). L-ammonti kienu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Sena
Red
Notice
Black
Notice
Green
Notice
Yellow
Notice
Blue
Notice
Orange
Notice
Purple
Notice
Int/UN Security Notice
2013
4
0
0
1
2
0
0
0
2014
0
0
0
4
1
0
0
0
2015
9
0
1
3
9
0
1
0
2016
9
0
0
0
0
0
0
0
2017
13
1
0
1
5
0
0
0
2018
2
0
0
0
3
0
0
0
2019
0
0
0
1
0
0
0
0
2020
0
0
0
3
4
0
1
0
2021
7
0
4
0
5
0
1
0
2022 sa April
7
0
0
3
1
0
0
0
Total
51
1
5
15
45
0
3
0
Assistent Kummissarju tal-Pulizija – proċeduri ta’ dixxiplina
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija, li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatment, dwar l-illegalitajiet abbużi u mġieba ħażina li wettaq matul iż-żmien li ilu jservi fil-Korp tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront ta’ l-Assistant Kummissarju li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ użu ħażin tal-kompjuter ġie rrapportat, xahar b’xahar, bejn Jannar 2019 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda? F’kull każ, x’kienet l-età tal-allegat vittma/i u l-età tal-allegat akkużat/i? Minn dawn jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm minnhom kienu każijiet ta’ cyber bullying jekk is-sistema elettronika tippermeti dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ April 2022, fis-sistema tal-pulizija, l-ammont ta’ rapporti rreġistrati xahar b’xahar dwar użu ħażin tal-kompjuter kienu kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Din tinkludi wkoll il-kategoriji tal-età tal-vittmi u suspettati. Fis-sistema ma teżistix kategorija speċifika ta’ cyber bullying. Infurmat illi wara aġġustament li sar fis-sistema din is-sena, taħt il-kategorija ta’ theddid u vjolenza privata, ir-reat ta’ fastidju online jiġi elenkat ukoll. Għaldaqstant l-ammonti ta’ tali reat bejn Jannar u April ta’ din is-sena huma indikati wkoll.
Year
Sub-category
Jan
Feb
Mar
Apr
May
Jun
Jul
Aug
Sep
Oct
Nov
Dec
Total
2019
PASSWORD DISCLOSURE
0
0
0
0
0
1
0
0
0
1
0
0
2
UNAUTHORISED ACCESS
14
9
14
13
17
9
13
7
12
7
15
11
141
UNAUTHORISED DISCLOSURE - DATA
1
1
0
0
0
1
0
0
0
0
0
0
3
USE OF OTHER PERSONS EMAIL
2
0
0
2
1
1
1
1
1
2
1
0
12
USE OF OTHER PERSONS PASSWORD
0
0
1
1
2
0
0
0
1
0
1
0
6
UNAUTHORISED POSSESSION DATA
1
1
0
1
3
0
1
0
0
1
0
0
8
UNAUTHORISED COPYING OF DATA
0
2
1
3
1
1
0
1
0
0
0
2
11
UNAUTHORISED DELETION OF DATA
0
2
0
0
0
0
0
0
0
1
0
1
4
2019 Total
18
15
16
20
24
13
15
9
14
12
17
14
187
2020
PASSWORD DISCLOSURE
0
0
0
4
0
0
1
1
0
0
0
1
7
UNAUTHORISED ACCESS
18
11
15
16
22
13
30
15
23
10
17
14
204
UNAUTHORISED DISCLOSURE - DATA
1
1
0
0
0
1
2
2
0
0
0
0
7
UNAUTHORISED INSTALLATION
0
0
0
0
0
0
0
0
0
0
0
2
2
USE OF OTHER PERSONS EMAIL
0
0
2
0
1
0
1
0
1
1
0
2
8
USE OF OTHER PERSONS PASSWORD
0
1
0
0
2
1
0
3
1
0
0
0
8
UNAUTHORISED POSSESSION DATA
1
0
0
0
0
2
3
0
0
1
1
3
11
UNAUTHORISED COPYING OF DATA
3
0
2
1
1
1
3
0
2
1
4
1
19
UNAUTHORISED DELETION OF DATA
1
1
0
1
0
0
0
1
0
0
0
0
4
2020 Total
24
14
19
22
26
18
40
22
27
13
22
23
270
2021
PASSWORD DISCLOSURE
0
2
1
0
1
0
0
0
3
1
0
0
8
UNAUTHORISED ACCESS
23
19
25
24
19
15
23
21
19
21
14
26
249
UNAUTHORISED DISCLOSURE - DATA
0
1
2
1
1
1
0
1
1
0
0
1
9
UNAUTHORISED INSTALLATION
0
0
0
0
1
0
0
0
0
0
0
0
1
USE OF OTHER PERSONS EMAIL
2
3
1
1
1
2
1
2
1
3
1
0
18
USE OF OTHER PERSONS PASSWORD
0
1
1
1
2
0
1
1
0
1
1
0
9
UNAUTHORISED POSSESSION DATA
2
0
2
1
0
1
1
1
2
1
0
0
11
UNAUTHORISED COPYING OF DATA
4
1
2
2
3
3
4
0
2
1
2
1
25
UNAUTHORISED DELETION OF DATA
0
1
0
2
0
2
0
0
1
0
1
0
7
2021 Total
31
28
34
32
28
24
30
26
29
28
19
28
337
2022
PASSWORD DISCLOSURE
2
0
0
1
0
0
0
0
0
0
0
0
3
UNAUTHORISED ACCESS
28
25
42
78
0
0
0
0
0
0
0
0
173
UNAUTHORISED DISCLOSURE - DATA
1
0
1
1
0
0
0
0
0
0
0
0
3
USE OF OTHER PERSONS EMAIL
2
0
0
2
0
0
0
0
0
0
0
0
4
USE OF OTHER PERSONS PASSWORD
0
1
0
2
0
0
0
0
0
0
0
0
3
UNAUTHORISED POSSESSION DATA
1
1
1
1
0
0
0
0
0
0
0
0
4
UNAUTHORISED COPYING OF DATA
0
4
1
2
0
0
0
0
0
0
0
0
7
UNAUTHORISED DELETION OF DATA
1
0
0
0
0
0
0
0
0
0
0
0
1
2022 Total
35
31
45
87
0
0
0
0
0
0
0
0
198
Total
108
88
114
161
78
55
85
57
70
53
58
65
992
Threats and Private Violence - Harassment (Online)
Year
Crime category
Sub-category
Jan
Feb
Mar
AprTotal
2022
THREATS AND PRIVATE VIOLENCE
HARASSMENT
10
3
2
116
Alleged victims of Computer misuse
AGE BRACKET
2019
2020
2021
2022
Total
18-59 years
158
229
262
175
824
60+ years
22
9
25
10
66
Under 18 years
10
30
29
16
85
Grand Total
190
268
316
201
975
Persons possibly related to Computer misuse (suspects)
AGE BRACKET
2019
2020
2021
2022
Total
18-59 years
18
27
39
14
98
60+ years
0
0
0
1
1
Under 18 years
2
2
0
1
5
Grand Total
20
29
39
16
104
Aġenzija tal-Infurzar Lokali — kunsilli lokali - għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kemm-il Kunsilli Lokali rċieva għajnuna mill-fondi tal-Aġenzija għall-Infurzar Lokali? Jista’ jindika x’tip ta’ proġetti saru b’din l-għajnuna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li
l-aġenzija sal-lum ikkommettiet ruħa diġà fuq 41 proġett b’valur totali ta’ € 2,316,028.56. Dawn il-proġetti jagħmlu parti mill-iskema maħruġa fl-2021, liema skema hija mqassma fuq tliet snin. F’din l-iskema l-aġenzija allokat mhux inqas minn tliet miljun ewro.
Mill-applikazzjonijiet tal-2021, u tal-2022, intgħażlu 38 Kunsill Lokali, 2 Kunsilli reġjonali, kif ukoll l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-proġetti jvarjaw, u jinkludu:
- żviluppi ta’ spazji pubbliċi miftuħa ġodda,
- titjib ta’ spazji pubbliċi miftuħa eżistenti,
- proġetti ta’ restawr ta’ wirt kulturali u nazzjonali,
- titjib u żvilupp ta’ ġonna, playing fields, outdoor gyms,
- żviluppi ta’ żoni pedonali,
- pavimentar ta’ sqaqien pedonali,
- xiri ta’ vetturi elettriċi u scooters għall-użu tal-komunità,
- proġetti ta’ sigurtà, u
- proġetti ta’ ndafa u ambjent bħal bini ta’ bring in sites taħt l-art.
Jista’ l-Ministru jispjega x-xogħol tal-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità? Kemm assistiet persuni fi żmien li ilha taħdem?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità ġiet imwaqqfa permezz tal-A.L. 418/2020 u bdiet topera f’Jannar tal-2021. L-iskop ewlieni tal-Aġenzija hu li taġixxi ta’ vuċi għall-vittmi tal-kriminalità, tgħinhom sabiex jegħlbu t-trawma li toriġina minn fastidju kriminali u toffri s-sapport kollu neċessarju sabiex l-istess vittma tikseb lura kwalità ta’ ħajja aħjar. L-aġenzija toffri wkoll servizz ta’ sapport emozzjonali, informazzjoni u gwida legali lil vittmi tal-kriminalità. Dan is-servizz huwa b’xejn u jingħata b’mod kunfidenzjali.
Din l-aġenzija tħaddan fiha membri mill-Korp tal-Pulizija mill-unità tas-support lill-vittmi, membri mid-dipartiment tal-probation & parole, professjonisti oħra fil-qasam tal-psikosoċjal u dawk legali, kif ukoll uffiċċjali pubbliċi fl-amministrazzjoni.
Dan l-aħħar, l-istess aġenzija estendiet is-servizz tagħha permezz tal-ftuħ ta’ ċentru reġjonali f’Għawdex u ieħor ġewwa l-lokalità ta’ Santa Luċija.. Permezz tal-ftehim li ntlaħaq ma’ dawn l-organizazzjoni, l-aġenzija għandha ukoll l-possibilità li tagħmel skambju ta’ tagħlim u taħriġ sabiex issaħħaħ l-għarfien fuq is-suġġett.
Sa mill-ftuħ tagħha, l-Aġenzija assistit ’il fuq minn elf u sitt mitt (1600) vittma tal-kriminalità.
Jista’ l-Ministru jispjega kemm hemm pulizija jaħdmu fit-timijiet tal-pulizija tal-komunità? Kemm hemm lokalitajiet li huma koperti u jekk hemmx pjan li jiżdiedu iktar lokalitajiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tnejn u tmenin uffiċjal tal-Pulizija li jaħdmu fit-taqsima tal-Komunità. Sal-lum il-lokalitajiet koperti huma l-erbatax (14)-il lokalita kollha ġewwa Għawdex u sebgħa u għoxrin (27) lokalita f’Malta. Hu previst illi sal-aħħar tas-sena, sbatax (17) il-lokalità oħra jkunu koperti.
Korp tal-Pulizija — każijiet ta' Vjolenza Domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm assistiet persuni t-Taqsima tal-Korp tal-Pulizija maħsuba biex taħdem fuq każi ta’ vjolenza domestika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Jekk l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-persuni li ġew assistiti mit-taqsima ta’ kontra r-reati ta’ vjolenza domestika fi ħdan il-Korp matul din is-sena u mhux ħaġa iktar ħolistika, infurmat li bejn Jannar 2022 u l-25 ta’ Mejju 2022 it-taqsima rċiviet sitt mija u dsatax-il rapport (619).
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — xiri ta' vetturi ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar investiment fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar tliet snin, b’mod partikolari f’dak li hu xiri ta’ vetturi ġodda li mhux biss joffru iktar sigurtà għas-soċjetà, iżda wkoll għodda aħjar għall-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi r-risposta għal mistoqsija parlamentari numru PQ758 hija li f’dan l-aħħar tliet snin sar dan l-investiment kif riprodotta fit-tabella hawn taħt:
Sena
Vettura
Numru Mixtri
2022
Grass Fire
2
2022
Heavy Rescue
1
2022
Hydraulic Platform 70m
1
2022
Road Rescue Vehicle
4
2022
Mini Bus
2
2022
Fast Hazmat Response
1
2022
Rhib 2.5
1
2021
Domestic Fire Engines
2
2021
Lighting Unit
1
2021
Industrial Fire Engine
1
2021
Hybrid SUV
3
2021
Light Fire Engines
5
2020
Rotating Telehandlers
2
2020
Pickups
2
2020
RHIB 10.5m
1
2020
Industrial Water Carriers
6
2019
Turn Table Ladder 32m
1
2019
Divers Van
2
2019
Van
2
2019
Drone Technical Van
1
2019
Hi-Up 28T
1
2019
Hi-Up 15T
1
2019
Flatbed Cargo Box
1
2019
Fork Lifter
2
2019
Hazmat Equipment
1
It-Total ta’ dan l-investiment f’dawn il-vetturi huwa €11,650,150.53 u din il-figura ma tinkludix VAT jew taxxi addizzjonali oħra
Indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-awtorità kompetenti għal finijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/784 tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi nbdew il-proċeduri legali neċessarji sabiex jiġi provdut illi l-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti tal-Ġudikatura Kriminali kif ukoll il-Pulizija, jkunu nnominati l-awtoritajiet kompetenti għal finijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/784 tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet għal e-scooters matul din is-sena u fit-tliet snin li għaddew, u jistgħux jiġu indikati separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi skont is-sistema elettronika li fiha jiġu rreġistrati ċ-ċitazzjonijiet, in-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu għal e-scooters mill-pulizija u l-uffiċċjali tal-Agenzija LESA, minn meta bdew joħorġu fis-sena 2020 u sas-27 ta’ Mejju ta’ din is-sena, huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. L-ammont li hemm ma jippermettix li dawn jiġu indikati separatament. Peress li għadha qed tiġi kkonvertita s-sistema ta’ ticketing minn dik manwali għal dik elettronika, jista’ jkun illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa mill-pulizija f’dawn l-aħħar ġimgħat, jkunu għadhom mhux inklużi f’dan it-total.
Sena
Nru ta’ kontravenzjonijiet
2020
5
2021
4,702
2022 (sa 27/5)
118
Total
4,825