Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18226 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — ħaddiema/membri li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni fuq liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi żgurat li l-membri/ħaddiema fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni ta' liċenzja jew fuq jekk individwu hux fit and proper, ikollhomx kunflitt ta' interess? Jista' jassigura li dawn il-membri/ħaddiema tal-MFSA ma jkollhomx relazzjoni ma' kompetituri tal-kumpaniji li fuqhom tittieħed deċiżjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull impjegat ta’ l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta huwa obbligat li jiddikjara kull kunflitt ta’ interess li jista’ jkollu mid-data tal-impjieg, kif ukoll matul l-impjieg kollu tiegħu. Il-proċess tat-teħid tad-deċizjonijiet fi ħdan l-Awtorità tizgura l-governanza tajba u n-nuqqas ta' kunflitti ta' interess billi timplimenta diversi saffi għall-proċess tal-approvazzjoni. Deċizjonijiet fuq kanċellazzjoni ta' liċenzja jew fuq jekk individwu hux fit and proper , jittieħdu mill-Kumitat Ezekuttiv, li huwa kostitwit skont il-liġi. Kull membru għandu vot. Il-membri jiġu infurmati bid-dettalji sħaħ tal-kaz, qabel ma’ tittieħed deċizjoni. Għaldaqstant, l-istruttura tat-teħid tad-deċizjonijiet tal-Awtorità tizgura li l-ebda persuna waħedha ma tista' tinfluwenza d-deċizjoni u b’hekk jiġu evitati l-kunflitti ta' interess.
Leg 13 PQ #17916 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Chairpersons ta' Bordijiet - spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17460 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18203 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – tender jew direct order lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
Leg 13 PQ #18222 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

FIAU — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-direct orders, bl-ammont, data u lil min, li ngħataw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2017 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18223 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li fl-2018, 2019, 2020, kellhom il-poter li jikkanċellaw liċenzja jew li jiġġudikaw persuni bħala fit and proper? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jittieħdux minuti tal-laqgħat li jsiru f'dan ir-rigward u min jieħu u japprova tali minuti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2018 sa Marzu 2019 il-korp deċi¿jonali fi ħdan l Awtorita tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (l-Awtorita) li kellu l-poter li jikkanċella liċenzji ta entitajiet sorveljati mill-Awtorita jew li jiġġudika il-kontinwita tal- fitness and properness ta persuni li huma assoċjati ma dawn l-istess entitajiet kien il-Kunsill ta’ Sorveljanza. Il-Kunsill ta Sorveljanza kien stabbilit skond it-termini tal-Att dwar l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Kap. 330. Bis-saħħa ta ATT Nru VIII tal-2019 twaqqaf Il-Kumitat E¿ekuttiv. Bejn Marzu 2019 u 2020 kien dan il-Kumitat Ezekuttiv li ha deċizjonijiet ta infurzar. Artiklu 9 l-Att dwar l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta jagħti il-poter lil kumitat E¿ekuttiv li jagħzel uffiċjal tal-Awtorita’ sabiex jagħmilha ta’ Segretarju tal-Kumitat E¿ekuttiv għal dak il-perjodu u taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-Kumitat Ezekuttiv jidhirlu xierqa. Is- Segretarju tal-kumitat ghandu dmir li jzomm il-minuti ta dawn il-laqgħat. Tali minuti jiġu approvati mill-istess membri ta-Kumitat Ezekuttiv.
Leg 13 PQ #18224 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — CEO - kanċellazzjoni ta' liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) hux parti mill-grupp ta' persuni li jiddeċiedi dwar kanċellazzjoniet ta' liċenzji jew dwar jekk persuni jkunux fit and proper?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-deċizjonijiet dwar kanċellazzjoniet ta' liċenzji jew dwar jekk persuni jkunux fit and proper jittieħdu, finalment, mill-Kumitat Ezekuttiv tal-Awtorità wara li l-proċess ikun konkluz mid-dipartiment konċernat fi ħdan l-Awtorità. Il-Kap Ezekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta huwa parti minn dan il-Kumitat E¿ekuttiv, li bħalissa huwa kompost minn ħames membri votanti.
Leg 13 PQ #18225 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — diskriminazzjoni kontra kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi assigurat li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ma tiddiskriminax kontra kumpaniji jew individwi u tieħu l-istess passi fil-konfront ta' kumpaniji u individwi li jkunu wettqu l-istess allegati breaches?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (l-Awtorità) tezamina kull kaz b’rabta ma entitajiet li huma sorveljati mill-Awtorità jew individwi assoċjati ma’ dawn l-istess entitajiet skont il-merti u l-fatti li jikkonċernaw il-kaz innifsu. Fost iċ-ċirkostanzi li tqis l-Awtorità, u qabel ma tiddetermina t-tip u l-livell ta' azzjoni regolatorja, hemm ċertu fatturi bħall-grad ta' diliġenza u kooperazzjoni muri mill-kumpanija jew persuna responsabbli għall-ksur; is-serjetà tal-effetti tal-ksur; ir-ripetizzjoni, il-frekwenza jew it-tul tal-ksur mill-kumpanija jew persuna responsabbli għall-ksur kif ukoll il-livell ta’ kooperazzjoni tal-kumpanija jew persuna responsabbli għall-ksur. L-uzu effettiv u proporzjonat tas-setgħat ta’ infurzar għandu rwol kruċjali fit-twettieq tal-għanijiet tal-Awtorità. Parti min dawn l-objettivi huma li jizguraw li jkun hemm protezzjoni tal-konsumatur u wkoll li titjieb l-integrità tas-servizzi finanzjarji ġewwa pajjizna. Dan kollu għandu fi ħdanu il-protezzjoni tal-konsumaturi u isir bi trasparenza pubblika. B’mod partikulari dan iseħħ premezz tal-ippublikar ta’ deċizjonijiet ta’ infurzar b’għan li jitqajjem għarfien pubbliku dwar il-prinċipji regolatorji tal-Awtorità.
Leg 13 PQ #18254 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

HSBC — charges

Question

Rigward l-aħbar jew regolament il-ġdid tal-HSBC fejn pensjonanti qed jintalbu jiddepożitaw €1,200 fi tliet xhur jew inkella jkun hemm charges u l-għeluq tal-kont, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn jistgħux jagħmlu hekk? Il-Gvern aċċetta li jsir hekk?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi la l-Gvern, u lanqas l-MFSA u l-Bank Centrali m’għandhomx is-setgħa li japprovaw deċizjonijiet dwar tariffi. Madankollu l-MFSA u l-Bank Centrali ghaddejjin f’diskussjonijiet ma' l-HSBC rigward l-introduzzjoni ta’ din it-tariffa.

Numru ta’ tfal f’riskju ta’ faqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ tfal f’riskju ta’ faqar f’pajjiżna skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont statistika dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Ħajja (EU-SILC) ta’ l-2019, l-istima rigward in-numru ta persuni ta’ taħt it-tmintax il sena li huma f riskju ta’ faqar (ARP) hija ta’ 16,857.
Leg 13 PQ #17852 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17596 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min huma l-konsulenti tal-Air Malta? Kif inħatru? X’inhi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Air Malta hija entita kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, u għalhekk ma tistgħax tingħata.
Leg 13 PQ #17853 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern – professjoni legali, avukati – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17467 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm impjegati fil-professjonali legali, avukati, mad-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern u f’liema skala qegħdin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fid-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern hemm Junior Legal Officer wieħed (1), li qiegħed fi skala 9.
Leg 13 PQ #17892 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – statistika fuq Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar statistika ta' kull qasam li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu dwar Għawdex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-NSO jippubblika serje ta’ statistika reġjonali fuq diversi setturi f’Malta u Għawdex miġbura f’pubblikazzjoni annwali bit-titlu ‘Regional Statistics MALTA’. Din il-pubblikazzjoni tkopri statistika dwar il-popolazzjoni, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-ekonomija, it-trasport, it-turizmu, l-agrikoltura u s-sajd u r-rizorsi (ilma, skart u enerġija rinovabbli) dejjem fl-livell reġjonali. L-aktar pubblikazzjoni riċenti ġiet ippubblikata fis-27 ta’ Mejju 2020 bl-isem ‘ Regional Statistics MALTA: 2020 Edition’ . Apparti, l-NSO jippubblika numru ta’ News Releases b’kontenut reġjonali. F’dan ir-rigward, it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra qed tipprovdi l-ismijiet ta’ dawn in- News Releases . Dawn il-pubblikazzjonijiet huma kollha disponibbli minn fuq is-sit ta’ l-NSO.
Leg 13 PQ #18067 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MCCAA – rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni dwar tariffi tal-banek kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'kien l-eżitu tal-ittra li ddikjara li ser jikteb fis-27 ta' Ottubru 2015 lill-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur wara r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni dwar it-tariffi tal-banek kummerċjali tat-28 ta' Lulju 2015? Xi progress ġie reġistrat sabiex ikun hemm aktar trasparenza fit-tariffi tal-banek kummerċjali u imgħaxijiet fuq self ikunu aktar in linea mal-medja Ewropea? Jista’ jiddikjara jekk hux sodisfatt bil-progress li ġie reġistrat s'issa sabiex l-imgħaxijiet fuq is-self ikunu skont il-medja Ewropea u x'beħsiebu jagħmel sabiex dan il-għan jintlaħaq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’Seduta oħra.
Leg 13 PQ #18099 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

National Lotteries Good Causes Fund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16895 kollha kemm hi u jgħid kemm proġetti minn Għawdex ħadu għajnuna min-National Lotteries Good Causes Fund f'dawn l-aħħar tliet snin u fiex kien jikkonsisti kull progett? Jista' jgħid ukoll is-somma li ngħata kull proġett?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18100 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

NSO – pagi medja f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid skont l-aħħar stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kemm hija d-differenza fil-paga medja f'Għawdex minn dik f’Malta u kemm hija d-differenza fi dħul medju ta' familja f'Għawdex minn dik f’Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18216 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Taxxi – tnaqqis mid-dħul fl-2020

Question

Jista’ l-Ministru jagħti ċifra globali tal-estimi tat-telf fid-dħul għas-sena 2020, peress li kien hemm inqas dħul minn kull sorz ta taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma tistax tingħata tweġiba għalissa minħabba li d-dħul tal-2020 għadu mhux finalizzat.
Leg 13 PQ #17783 Sitting 415 2021-01-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – liċenzji approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm liċenzji approvati mill-MFSA fl-1 ta' Jannar 2018 u fl-1 ta' Diċembru 2020? Kemm kumpaniji, individwi jew SICAVs talbu li jirtiraw il-liċenzja tagħhom f'dan il-perjodu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qed tpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni rikjesta, mqassma skont is-settur u t-tipi differenti ta’ liċenzji maħruġa matul l-2018, 2019 u 2020, kif ukoll numru totali ta’ liċenzji attivi li ġew irtirati matul l-istess zmien.
Leg 13 PQ #17784 Sitting 415 2021-01-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – liċenzji dwar blockchain

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja ħarġet l-MFSA dwar blockchain? Kemm hawn impjiegi diretti fis-settur tal-blockchain?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta tixtieq tiċċara li hi ma toħroġx liċenzji lill-entitajiet li juzaw il-blockchain. L-Awtorità toħroġ liċenzji u tirregola biss dawk l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Att Dwar L-Attiv Finanzjarju Virtwali (Kap. 590 tal-liġijiet ta’ Malta. Il-figuri definittivi fuq l-impjieg f'dan ir-rigward ma tistax tingħata peress li l-NSO tu¿a l-klassifikazzjoni tal-attività ekonomika hekk imsejħa NACE biex ikunu kkalkulati l-livelli tal-impjiegi fl-intraprizi. Din il-klassifikazzjoni ma titrattax il- blockchain bħala settur separat, jiġifieri għalih innifsu.
Leg 13 PQ #17786 Sitting 415 2021-01-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

FIAU – flus miġbura minn multi amminidtrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’jiġri mill-flus li l-FIAU jiġbor minn multi amministrattivi li jimponi? Dawn jinżammu mill-FIAU u jkunu parti mill-budget tal-FIAU jew jgħaddu għand il-Gvern fil-Fond Konsolidat? F’każ li l-FIAU jżomm dawn il-flejjes, dawn jintużaw għall-operat tal-istess FIAU?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pagamenti tal-multi amministrattivi maħruġa mill-FIAU jiġu miġbura mill-FIAU u dawn jintuzaw għall-operat tal-FIAU. Ta' min isemmi li multi li jiġu appellati ma' jitħallsux sakemm ma' jkunx hemm deċi¿joni finali mill-Qorti favur l-FIAU. Kull tliet xhur, l-FIAU tibgħat lill-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol "Statement of Cashflow" fejn turi il-qagħda finanzjarja tal-Korp sa dak il-perjodu u estimi tal-qagħda finanzjarja sal-aħħar tas-sena. Il-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol, wara li jagħmel evalwazzjoni tal-informazzjoni mogħtija, jiddeċiedi jekk izommx xi fondi mis-'subvention' li tkun ġiet allokata sabiex jagħmel settlement bejn dak ivvutat lil-FIAU f’termini ta' baġit, u dak li jkun inġabar mill-multi maħruġa.
Leg 13 PQ #17787 Sitting 415 2021-01-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

FIAU – Ġbir ta’ flus minn multi amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar flus l-FIAU mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum minn multi amministrattivi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-FIAU irċieva Euro 1,364,928 minn multi amministrattivi fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2019 u l-14 ta' Diċembru 2020. Dan l-ammont ma jinkludix multi li għadhom taħt appell.