Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4858 u jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) ta lill-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament jew lill-Avukati tal-istess individwu u li permezz tagħha jingħad li l-imsemmi individwu mhux qed jiġi investigat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-natura tal-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba ma tistax tiġi pprovduta għaliex din hija ikklassifikata bħala kunfidenzjali ai termini tal-Artikolu 34 tal-Att Kontra Money Laundering, u l-Korp huwa pprojbit milli jiżvela din it-tip ta’ informazzjoni ai termini tal-istess Artikolu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5441, peress li qed nirreferi għal €1.2 biljun fi flus u jekk jistgħux ikunu rkuprati sa tmiem is-sena 2013, il-Gvern kellu arretrati fid-dħul tiegħu ta' xejn inqas minn €1.6 biljun u li minn dan id-dħul dovut lill-Gvern, għal raġunijiet diversi, għadu ma tħallasx xejn inqas minn €1.2 biljun, li qed jitqiesu bħala li ma jistgħux jiġu rkuprati, jista’ l-Ministru jgħid illum, kemm huwa l-ammont ta’ flus li huma dovuti lill-Gvern u għadhom ma tħallsux? X’inhuma r-raġunijiet li dawn il-flus għadhom ma nġabrux? Kemm huwa l-ammont ta’ flus li jistgħu jitqiesu bħala li ma jistgħux jiġu rkuprati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar ċifri awditjati mill-Awditur Ġenerali huma kif murija fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar il-kontijiet pubbliċi għall-2016.
Kif muri f’dan ir-rapport, matul l-2016, is-settur pubbliku ġabar madwar 192.3 miljun ewro f’arretrati. Is-sena 2016 ingħalqet b’madwar 1.2 biljun ewro f’arretrati.
L-arretrati fid-dħul tal-Gvern jinġemgħu għal diversi ragunijiet, fosthom dawk ta’ żmien li fihom jinġabru, legali u oħrajn.
Isiru sforzi regolari sabiex il-livell tal-arretrati jinżamm f’livell baxx kemm jista’ jkun.
Ministeru għall-Finanzi — production costs għal TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-inizjattiva li tħabbret fid-Diskors tal-Budget 2016, fejn ħaddiema jistgħu jibqgħu jaħdmu fis-settur privat minkejja li jkollhom biżżejjed bolol imħallsa biex jirtiraw bil-pensjoni u li jekk jibqgħu jaħdmu l-pensjoni tiżdied b'5% (62 yrs), 5.5% (63 yrs), 6% (64yrs) u 6.5% (65 yrs), jikkunsidrax il-Ministru li din l-inizjattiva tiġi estiża wkoll għall-ħaddiema fis-settur pubbliku? Għalkemm fiha nnifisha hija inizjattiva tajba, ma jaħsibx li għandha tiġi estiża wkoll għas-settur pubbliku, biex b'hekk titneħħa kull diskriminazzjoni fil-konfront tal-ħaddiema tas-settur pubbliku?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5173, għall-konferenza stampa li ngħatat fis-16 ta’ April 2018 u għall-intervista li l-Ministru għat-Turiżmu ta lill-ġurnalisti tal-Malta Today li dehret online fuq https://www.maltatoday.com.mt/news/national/86145/government_to_continue_repaying_police_officials_port_workers_for_past_injustices#.Wtn1v8i-l2U, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li l-ħaddiema tal-Ex Korpi għandhom dritt għal dak li ġie mċaħħad lilhom fis-sena 1978? Dan id-dritt ser jingħata lil dawn il-ħaddiema mill-Ministeru? Jiġifieri l-allokazzjoni tal-fondi neċessarji ser jingħataw mill-Ministeru tal-Politika Soċjali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Palazz u l-lukanda ta’ Selmun? Jista’ jinforma lill-Kamra meta saru l-aħħar assessjar tal-istruttura tal-Palazz u x’inhu l-istat ta’ dan il-Palazz? Jekk hemm xi rapporti f’dan ir-rigward, nitlob lill-Ministru sabiex ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qegħdin jitħejjew il-pjani li hemm bżonn sabiex il-Palazz u l-lukanda ta’ Selmun jinħarġu għall-bejgħ.
Il-proprjetà ndikata hija mgħassa kontinwament minn persuni tas-sigurtà. Isiru wkoll b’mod regolari spezzjonijiet tal-post minn persuni fil-Ministeru.
Se tiġi kkummissjonata evalwazzjoni teknika dwar l-istat strutturali tal-Palazz.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5290 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol u l-mistoqsija palamentari 5328 li saret lill-Ministeru għall-Famija, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-media lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta hu kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid illum, kemm huwa l-ammont ta’ flus li huma dovuti lill-Gvern u għadhom ma tħallsux? X’inhuma r-raġunijiet li dawn il-flus għadhom ma nġabrux? Kemm huwa l-ammont ta’ flus li jistgħu jitqiesu bħala ma jistgħux jiġu rkuprati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema flus u perjodu qiegħed jirriferi.
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura mill-Ministeru għall-Finanzi mill-elezzjoni sal-lum hija din:
35 membru fejn 15-il membru huma Ex-Officio jew nnominati minn Terzi.
Mill-20 membru li jiġu appuntati mill-Ministru, 7 minnhom huma nisa: 35%
Ministeru għall-Finanzi – billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma ntefqu l-ebda flus minn xi entità jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi matul iż-żmien imsemmi fil-mistoqsija.
Miżura tal-budget — intrapriża ta’ familja meta tiġi mgħoddija lill-wild
Question
B’referenza għall-miżura tal-budget meta intrapriża ta’ familja tiġi mgħoddija lill-wild, ser tibbenifika mit-tnaqqis ta’ transfer duties minn 5% għal 1.5%, liema miżura tagħlaq fit-30 ta’ Settembru 2018, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni ta’ dan il-limitu fi żmien? Dan iż-żmien ser jerġa’ jitwal f’budget li jmiss?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċju msemmi ngħata għall-perjodu ta' sena li iżda ġie estiż b'sitt xhur. M'hemmx ħsieb li dan il-perjodu jiġi estiż aktar.
Jista’ l-Ministru jgħid x'laqgħat kellu mal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti d-data u l-post għal kull waħda mil-laqgħat? Jista' jgħid x'kien is-suġġett ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat u min kienu l-persuni l-oħra preżenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jien qatt ma ltqajt mal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament.
Ministeru għall-Finanzi — Lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 4886.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4609 dwar bank investigat, għalkemm nifhem li l-Ministru jista’ jkollu żball għax l-entitajiet msemmija jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jekk ma jaqgħux taħt il-Minsiteru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid taħt liema Ministeru jaqgħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li l-entità msemmija fil-mistoqsija parlamentari 4609 ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Finanzi — PR u Media Events - nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu mill-miljuni li nġabru mill-eco tax? F’liema proġetti ntefqu? U kemm minn dawn il-flus intefqu fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Ministru konċernat biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B’referenza għall-iskemi ta’ kumpens li ngħataw fl-2017 mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni involuti f’kull grupp: Pulizija, Electricity Board, Dirgħajn il-Maltin, Pijunieri tax-Xatt u Sea Malta? Għal kull grupp jista’ l-Ministru jgħid ma’ min sar il-ftehim għall-kumpens ta’ kull grupp? Ma’ min ġie miftiehem kull ftehim li sar? Liema hi l-entità li aċċettat il-ftehim f’isem kull grupp? Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern wasal għall-ammont ta’ flus li ser jingħata lil kull individwu f’kull grupp?