Estensjoni tas-servizz offrut mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-lokalitajiet li fihom kien estiż is-servizz offrut mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali f’dawn l-aħħar xhur? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn is-servizzi jkomplu jkunu estiżi għal aktar lokalitajiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) toffri s-servizzi tagħha lil kull min jeħtieg sew mid-diversi ċentri tagħha, madwar Malta u Għawdex, kif ukoll permezz ta’ żjarat fil-familji.
Matul dawn l-aħħar xhur ġew estiżi s-servizzi segwenti fil-lokalitajiet imsemmija kif indikat hawn taħt :
Lokalità / Servizz
Tip ta’ Servizz
Faċilità Korretiva ta’ Kordin
Servizzi varji: LEAP, APPOGG, sedqa kif u meta meħtieġ. Il-Fondazzjoni assenjat persuna fuq bazi 40 siegħa fil-gimgħa sabiex jassisti fl-integrazzjoni ta’ persuni li joħorgu mill-Ħabs.
Ħal-Għargħur
Home Based Therapeutic Service
(HBTS), Tqassim tal-FEAD/SFFD.
Ħal-Kirkop
Ċentru LEAP. Tqassim tal-FEAD/SFFD.
Kottonera
Ċentru LEAP. Tqassim tal-FEAD/SFFD, Servizz tal-HBTS.
Marsascala
Ċentru LEAP. Tqassim tal-FEAD/SFFD. Servizz residenzjali tal-Appogg.
Mosta
Ċentru LEAP. Tqassim tal-FEAD/SFFD, ħwejjeg u ħtigijiet oħra.
Msida
Ċentru LEAP. Tqassim tal-FEAD/SFFD.
Servizz għaż-żghażagh tal-Aġenzija Appoġġ
Qawra
Ċentru LEAP. Tqassim tal-
ikel (Fund for the European Aid to the Most Deprived
) – FEAD /State Funded Food Distribution (SFFD)
Ħal-Qormi
Ċentru LEAP. Tqassim tal-FEAD/SFFD.
Valletta
Ċentru LEAP. Tqassim tal-FEAD/SFFD.
Ix-Xewkija (Għawdex)
Ċentru LEAP. Tqassim tal-FEAD/SFFD.
Għajnsielem
Servizz tal-Fostering Agenzija Appogg.
Iż-Żurrieq
Ċentru LEAP.
Ir-Rabat
Servizz residenzjali tal-Aġenzija Appoġġ
Santa Venera
Iċ-
Children’s House
li tlestiet bi tħejjija għal meta tibda topera l-liġi l-ġdida taċ-Child Protection u skont l-impenji li ħadet Maltabħala pajjiż firmatarju tal-Konvenzjoni ta’ Lanzarote biex proċeduri legali jsiru f’ ambjent li huwa
child friendly
.
Ix-Xagħjra
Servizz residenzjali tal-Aġenzija Appoġġ.
F’dawn l-aħħar ftit xhur ġiet ukoll estiża l-ħidma f’Għawdex fejn ġew assenjati numru ta’ ħaddiema fil-qasam soċjali sabiex jilħqu l-ħtiġijiet ta’ dan ir-reġjun. Ġiet estiża wkoll il-ħidma fil-lokalità tal-Mosta permezz ta’ ċentru fejn qed jitqassmu ħtiġijiet varji għal familji fil-bżonn.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, qed ikun ippjanat li s-Servizzi tal-Fondazzjoni jkunu mifruxa aktar fil-kommunità bil-għan li nrendu s-servizzi aktar aċċessibli. Għal dan il-għan il-Fondazzjoni iffirmat ftehim mal-Kunsilli Lokali tal-Fgura u l-Msida li jwaswsal biex il-Fondazzjoni tibda tikri sular sħiħ fil-binjiet ta’ dawn il-kunsilli lokali rispettivi, minn fejn ikunu jistgħu jingħataw s-servizzi tagħha fil-qalba tal-kommunità.
Fuq kollox, biex tintlaħaq il-mira strateġika tal-Fondazzjoni li jkollha preżenza aktar effettiva u aktar effikaċi fil-kommunità, il-management tal-Fondazzjoni se jkun qed iwettaq pjan li jintegra flimkien is-servizzi fil-kommunità tal-Aġenzija Appoġġ u s-servizzi taċ-Ċentri LEAP f’servizz wieħed magħruf bħala SERVIZZ KOMMUNITAJIET biex b’hekk il-ħidma soċjali tkun ikkordinata aħjar u aktar iffukata biex tilħaq aktar nies bil-bżonn. Il-mira hi li fuq medda ta’ ħames snin ikollna din it-tip ta’ presenza almenu fil-lokalitajiet b’ popolazzjoni ta’ 10,000 u aktar.
Jista’ l-Ministru jispjega kif jaħdem il-Kalkulatur għall-Pensjoni tal-Irtirar? Jista’ l-Ministru jinforma kemm kienu dawk li s’issa għamlu użu minn dan is-servizz offrut onlajn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Kalkulatur għall-Pensjoni tal-Irtirar jaħdem b`mod faċli ħafna, fejn persuna mwielda fl-1 ta’ Jannar tal-1952 jew wara, u li taspira li tirtira, tista` iddaħħal sett minimu ta` informazzjoni mandatorja bħala bażi għal stima kemm jista` jkun preċiża tal-pensjoni tal-intitolament ladarba persuna tirtira.
In-numru ta’ persuni li għamlu użu minn dan is-servizz offrut online, minn Lulju 2017 sa issa kien ta’ 6133.
Persuni li jaħdmu għal rashom li bbenefikaw mill-Benefiċċju tal-Maternità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li jaħdmu għal rashom li s’issa bbenefikaw mill-Benefiċċju tal-Maternità? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża s’issa minn kemm ilha li ġiet introdotta din il-miżura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u li bbenefikaw minn rata ogħla ta’ Benefiċċju għall-Maternità mis-sena 2015 ’l hawn jammonta għal 408 bi spiża ta’ €959,330.12.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, ma ingħata l-ebda xogħol u/jew kuntratti lid-ditta legali u l-individwu li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Jista' l-Ministru jindika meta mistenni jibda x-xogħol fuq il-proġett li suppost kien intenzjonat għall-persuni b'diżabilità madwar tliet snin ilu fin-Naxxar, preċiżament fiż-żona fejn kien jopera qabel iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjanti ta' dan il-proġett li ġew sottomessi quddiem il-MEPA u awtoritajiet oħra konċernati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet sottomessa applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u l-applikazzjoni qiegħda tiġi evalwata. Għalhekk, il-pjanti għadhom m'humiex finalizzati. La darba l-pjanti jkunu fi stadju avvanzat ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – applikazzjonijiet pendenti għar-residenzi għall-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' persuni li applikaw sabiex jidħlu f'waħda mir-residenzi għall-anzjani li jinsabu fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, ma jitlobx informazzjoni dwar il-preferenza tal-applikanti għal dħul fi djar tal-anzjani. Għalhekk d-Dipartiment m’għandux informazzjoni dwar kemm applikaw persuni sabiex jidħlu fir-residenzi għall-anzjani li jinsabu fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar.
Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma boarded-out?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ persuni boarded out li jirċievu Pensjoni għall-Invalidità mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, skont l-aħħar pagament li sar f’Settembru li għadda, jammonta għal 3,679.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-kirjiet mill-housing qed jirċevuhom mil-Lands? Meta raħsu l-kirjiet għal dawk li kienet għolitilhom il-kera, dawn raħsu għall-kulħadd?
Response (FALZON, MICHAEL)
In kwantu għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 1011.
In kwantu għat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-kirjiet raħsu għal dawk l-inkwlini kollha li jgħixu fi proprjeta’ mikrija mill-Gvern u mill-Awtorita’ tad-Djar li kellhom żieda fil-kera b’mod awtomatiku skont lanqas kera stabbilita bil-liġi mill-2013 ‘l hawn u għalhekk intlaqtu mill-mi¿ura li ġiet imħabbra fl-aħħar Baġit.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ċekkijiet maħruġa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cheque jew titolu simili ta’ flus u l-valur globali tagħhom inħareġ minn xi entità li taqa’ taħtu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant ġentilment jispeċifika u jkun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu?
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — sponsorship
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 88, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ingħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u d-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu, ma tawx sponsorships bejn l-1 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li mit-2 ta' Mejju 2017 il-Gvern kien qal li ta l-flus lura tal-kera li għoliet? Jista’ jgħid jekk hux kulħadd li ser jieħu dawn il-flus lura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.
Minħabba li kien hemm min irċieva l-kont għall-kera ta' postijiet tal-gvern mid-Dipartiment tal-Lands, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kera hux se tibqa' tintbagħat mill-Housing Department?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ma kien hemm l-ebda tibdil fuq kif joħorġu l-kontijiet tal-kera, jiġifieri propjetajiet tal-Gvern se jibqgħu jirċievu l-kont tal-kera mingħand l-Awtorità tal-Artijiet, filwaqt li propjetajiet tal-Awtorità tad-Djar ser jibqgħu jirċievu l-kont tal-kera mingħand l-Awtorità tad-Djar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.