Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2014, 2015, 2016 (sena b’sena) sabu impieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impieg fis-settur pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid f’liema qasam?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus u People & Standards Division, Research and Personnel Systems Directorate fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, in-numru ta’ nisa li sabu impjieg (li jinkludu dawk ġodda u tibdil fl-impjieg) full time u part time, fis-settur pubbliku u privat fl-2014, 2015 u 2016, huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Nisa li sabu impjieg
Settur Pubbliku
Settur Privat
Full Time
Part Time
Total
Full time
Part Time
Total
2014
1,539
1,796
3,335
13,405
11,700
25,105
2015
1,829
2,625
4,454
23,433
19531
42,964
2016
2,318
3,297
5,615
32,278
25993
58,271
It-tabella ta’ hawn taħt turi f’liema oqsma kienu qed jaħdmu dawk in-nisa li daħlu jaħdmu fis-settur pubbliku.
[A] Agriculture, Forestry & Fishing
[C] Manufacturing
[D] Electricity, Gas, Steam & Air Conditioning Supply
[E] Water Supply; Sewerage, Waste Management & Remediation Activities
[F] Construction
[G] Wholesale & Retail Trade; Repair of Motor Vehicles & Motorcycles
[H] Transportation & Storage
[J] Information & Communication
[K] Financial & Insurance Activities
[L] Real Estate Activities
[M] Professional, Scientific & Technical Activities
[N] Administrative & Support Service Activities
[O] Public Administration & Defense; Compulsory Social Security
[P] Education
[Q] Human Health & Social Work Activities
[R] Arts, Entertainment & Recreation
[S] Other Service Activities
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — position of Trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 143.
Ġenituri akkużati li naqqsu li jibagħtu lill-uliedhom l-iskola
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm kien hemm ġenituri li ġew akkużati li naqqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kif ukoll jgħarraf lill-Kamra x’passi qed jittieħdu biex l-assentejiżmu mill-iskejjel jonqos?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ġenituri li ġew akkużati li naqsu li jibagħtu lill-uliedhom l-iskola fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kienu kif ġej:
Sena Skolastika 2013 - 2014
Kulleġġi
Kontravenzjonijiet
Gozo College
19
Maria Regina College
186
St. Benedict College
90
St. Clare College
129
St. Gorg Preca College
498
St. Ignatius College
170
St. Margaret College
223
St. Nicholas College
40
St. Theresa College
130
St. Thomas More College
111
St Patrick Salesians
3
Total
1599
Sena Skolastika 2014 - 2015
Kulleġġi
Kontravenzjonijiet
Gozo College
13
Maria Regina College
217
St. Benedict College
64
St. Clare College
87
St. Gorg Preca College
268
St. Ignatius College
214
St. Margaret College
132
St. Nicholas College
33
St. Theresa College
109
St. Thomas More College
153
St Patrick Salesians
4
Total
1294
Sena Skolastika 2015 - 2016
Kulleġġi
Kontravenzjonijiet
ALP
38
Gozo College
24
Maria Regina College
177
St. Benedict College
42
St. Clare College
143
St. Gorg Preca College
187
St. Ignatius College
124
St. Margaret College
128
St. Nicholas College
39
St. Theresa College
58
St. Thomas More College
177
St Patrick Salesians
7
National Sports School
2
Total
1146
Dawn huma l-passi li qed jittieħdu biex l-assentejiżmu mill-iskejjel tal-Istat jonqos:
1. Monitoraġġ regolari tal-attendenza permezz tal-
E1 platform
mill-ħaddiema soċjali.
2. Interventi bikrija mill-iskola ma’ studenti li ma jattendux l-iskola regolari.
3. Moniteraġġ kull xahar mill-
Principal Social Worker
u s-
Senior Social Worker
tal-interventi li jsiru mill-ħaddiema soċjali ma’ dawn l-istudenti u l-familji tagħhom.
4. Komunikazzjoni kontinwa bejn id-Direttur tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport Għall-Iskejjel u l-
Principal Social Worker
dwar il-ħidma tal-ħaddiema soċjali kif ukoll evalwazzjoni tad-data maħruġa mis-SIS kull term tal-attendenza tal-istudenti kollha.
5. Introduzzjoni tal-
Medical Certificate Record Card
għal kull student minn Novembru 2014 u monitoraġġ regolari ta’ ċertifikati mediċi.
6. Involviment tal-
Learning Zones
mat-tfal li huma f’riskju li jfallu.
7. L-
Alternative Learning Programme
li jiġi provdut għal studenti li huma fil-Form 5 li huma batuti akkademikament u anke ma jattendux l-iskola regolari jew xejn.
8. L-introduzzjoni tal-Miżura tal-Baġit 88 li permezz tagħha sal-aħħar tas-sena 2017 ser titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ 700 student b’diffikultajiet. Dan is-servizz ser jibda billi jingħata lil tfal bejn it-3 u l-10 snin. Is-servizz ser itejjeb l-esperjenza edukattiva ta’ dawn l-istudenti u ser ikun wieħed personalizzat fejn il-bżonnijiet tal-istudent partikolari jibdew jiġu indirizzati b’mod iffukat, speċifiku u ħolistiku.
9. Disseminazzjoni kontinwa fil-Kulleġġi mal-ġenituri, l-istudenti u mal-istaff fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali dwar il-Politika Nazzjonali,
Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza.
10. Kollaborazzjoni bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali biex tissaħħaħ il-ħidma ħolistika ma’ dawn l-istudenti u l-familji tagħhom.
11. Miżuri legali:
a. Tinżamm komunikazzjoni regolari mal-Kummissarju tat-Tribunali Reġjonali li tippresiedi l-kawżi dwar l-assentejiżmu. Il-ħaddiema soċjali jattendu għal kull seduta tat-tribunal u jipprovdu informazzjoni dwar l-istudent/a lill-Kummissarju.
b. Involviment tal-Korp tal-Pulizija biex jassistu lill-ħaddiema soċjali biex jintlaħqu ġenituri li mhux qed jikkollaboraw.
ċ. Ġew preżentati emendi fil-liġi dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 327 biex jintlaħqu studenti li l-ġenituri tagħhom ma jikkollaborawx mal-iskola u l-professjonisti.
Ma’ dawn il-miżuri msemmija baqgħu jingħataw is-servizzi tal-professjonisti kollha fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali lil dawn l-istudenti flimkien mal-ħaddiema soċjali skont in-natura tal-każ.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm studenti li qegħdin jattendu l-Johann Strauss School of Music? Xi pjani hemm għal din l-iskola fil-futur u hemmx ħsieb li t-tagħlim tagħha jinfirex madwar Malta possibilment bl-użu tal-iskejjel wara l-ħin tal-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li qegħdin jattendu l-Johann Strauss School of Music hu ta' 794.
L-iskola qed timmira li twassal lil kull student fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss għall-ogħla livell f’daqq profiċjenti, eżekuzzjoni, kreattività, u musicianship, permezz ta’ numru ta’ programmi mużikali stimulanti, effettivi u individwali, kif ukoll permezz ta’ opportunitajiet distintivi.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2 jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-istudenti li qed jattendu għal-lezzjonijiet tal-etika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kors, jew Programm tal-Etika jiġi offrut lill-istudenti fl-edukazzjoni formali obbligatorja f’numru ta’ Skejjel Primarji u Sekondarji. F’dawk l-iskejjel fejn il-Programm tal-Etika mhux qed ikun offrut, l-obbligi leġislattivi ħierġa mill-Qafas għall-Kurrikulu Nazzjonali (National Curriculum Framework - NCF) qed jintlaħqu permezz tal-Programm tar-Reliġjon.
Sal-lum, b’għażla mixtarra u meħuda b’mod kollettiv mill-Iskejjel tal-Knisja, il-Programm tal-Etika mhux qed jiġi offrut f’dan is-settur, għaldaqstant ma hemm l-ebda student, mit-total ta’ 15,240 (7,803 fil-Livell Primarju u 7,437 fil-Livell Sekondarju) li jattendu l-Iskejjel tal-Knisja, li qed jieħu l-Programm tal-Etika.
Min-naħa l-oħra, it-total ta’ studenti fi Skejjel Indipendenti li jieħdu l-Programm tal-Etika jilħaq 1,235, b’mod aktar speċifiku 334 student fil-livell Primarju u 901 student fil-livell Sekondarju. Dan ifisser li minn total ta’ 3,569 student fi Skejjel Primarji Indipendenti, 9.4% qed jieħdu l-Programm tal-Etika, filwaqt li minn total ta’ 2,365 student fi Skejjel Sekondarji Indipendenti, 38.1% jieħdu l-Programm tal-Etika. Dan jissarraf f’perċentwal globali għas-settur Indipendenti ta’ 20.8% mit-total ta’ 5,934 student fil-Primarji u Sekondarji Indipendenti.
Fuq livell nazzjonali (Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti), attwalment it-total ta’ numru ta’ studenti li jattendu l-edukazzjoni obbligatorja huwa ta’ 46,975 student (26,173 fil-Livell Primarju, u 20,802 fil-Livell Sekondarju). Għaldaqstant, it-total ta’ 2,459 student li jieħu l-Programm tal-Etika fl-Edukazzjoni Obbligatorja fuq livell Nazzjonali (1,224-Skejjel tal-Istat; 0-Skejjel tal-Knisja; 1,235-Skejjel Indipendenti), huwa 5.2% tat-total ta’ studenti fil-Livell Primarju u Sekondarju.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ingħataw jew ser jingħataw art il-Valletta FC biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom? Jista’ jgħid x’daqs fiha l-art (f’metri kwadri) u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tas-sit u l-kuntratt tat-titlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art kienet ġiet mgħoddija lill-Valletta FC fl-2011 tinsab f’Ħal Farruġ, limiti ta’ Ħal-Luqa u għandha kejl ta’ madwar 22,317 metru kwadru. Il-kuntratt flimkien mal-pjanta tas-sit diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-leġiżlatura li għaddiet fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29510. Dan Il-Gvern għandu mandat li "bħala parti mir-rijabilitazzjoni tal-landfill l-antika f'Ħal Luqa, il-proġett ikun jinkludi ukoll il-bini ta' ground tal-futbol li jingħata b'titolu legali lil klabb tal-futbol Valletta City FC". Il-proċess legali tat-trasferiment irid isegwi l-proċeduri hekk kif stabbiliti tal-Att dwar l-Isport (KAP 455) wara li l-art tiġi mgħoddija mill-Awtorità tal-Artijiet skont L-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet. Ġaladarba l-partijiet jaqblu, Valletta City FC trodd lura l-art li kienet ingħatatielha fl-2011 u li fil-31 ta’ Jannar 2013 il-MEPA ma rrakkomandatx li jsir żvilupp fuqha minħabba l-valur strateġiku tas-sit fejn kwalunke żvilupp urban mhux suġġerit.
Hawnhekk nagħmel referenza għal PQ 32469 li tgħid ‘Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta’ Jannar 2013 il-MEPA ma rrakkomandatx li jsir żvilupp fuq is-sit mgħoddi lill-Valletta FC fl-2011. Se nikkwota mill-iscreening letter mibgħuta mill-MEPA lill-Malta Football Association li applikat f’isem il-Valletta FC: ‘Policy SMCO 10 of the South Malta Local Plan – The area within which the site is located is designated as a Strategic Open Gap where the element of an urban type of development IS NOT RECOMMENDED.’ Jirriżulta li din il-Policy kienet ippublikata f’Lulju ta’ l-2006 u għaldaqstant meta l-Gvern ta’ dak iż-żmien kien għadda l-art lil Valletta FC kien jaf li din l-art qatt ma setgħet tkun żviluppata għal għanijiet li kellhom il-Valletta FC. Għaldaqstant dan il-Gvern għamel dak li ma kienx kapaċi jagħmel il-Gvern ta’ dak iż-żmien u informa lill-Valletta FC li din l-art qatt ma setgħet tkun żviluppata f’faċilitajiet sportivi u wiegħed, kif ser jagħmel, li jgħaddi lill-Klabb sit alternattiv, liema sit seta’ biss jinstab b’għaqal u mingħajr ingann għad-dannu ta’ Valletta FC.”
Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li dan il-Gvern mhux fi ħsiebu li jerġa’ jimxi bl-istess mod mal-Valletta FC fejn il-Gvern ta' qabel l-2013 għaddielhom art li kien jaf li ma setax tiġi żviluppata għal għanijiet li kellhom huma.
Illum il-ġurnata sit ieħor ġie identifikat u qiegħed fil-proċess li jgħaddi għand l-Awtorità tal-Artijiet mingħand il-Malta Industrial Parks (u wara lil SportMalta). Din l-art hija mmarkata bl-aħdar fil-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hija ta’ kejl approssimattiv tmien tumoli. Biċċa art oħra qed tiġi nnegozzjata biex ukoll tgħaddi lura għand l-Awtorità tal-Artijiet ta’ kejl approssimattiv ta' erba' tumoli, (indikata fil-parti mmarkata shaded ħadra). Din ukoll se tkun qed tgħaddi għand l-istess klabb meta l-art tirriverti lura għand l-Awtorità tal-Artijiet u sussegwentement tingħata b’titolu lil SportMalta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ skemi jeżistu mill-Jobsplus biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex isibu impieg? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Jobsplus għandhomx xi skema ta’ work exposure għal dawn il-persuni u kif taħdem din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern nieda diversi skemi biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex isibu impjieg. Il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF), ġiet imwaqqfa bejn l-Jobsplus u min iħaddem. Il-missjoni ta’ din il-Fondazzjoni hija li tgħin kemm lil min iħaddem kif ukoll lill-persuni b'diżabbiltà biex it-tnejn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn suq tax-xogħol aktar aċċessibbli u aktar divers bl-għajnuna tal- job coaches.Il-Fondazzjoni għandha l-għan li ssib modi biex bihom tneħħi l-barrieri u tkabbar l-opportunitajiet ta' xogħol għal persuni b'diżabbiltà. Il-Fondazzjoni tipprovdi servizz ippersonalizzat bi pjan t’azzjoni skont il-ħtieġa tal-persuni b'diżabbiltà.
Min-naħa l-oħra Jobsplus tgħin b’diversi modi biex persuni b’diżabbiltà jitħarrġu u jsibu impjieg, inkluż diversi skemi u programmi ta’ għajnuna mill-Fond Nazzjonali u oħrajn iffinanzjati parzjalment mill-Unjoni Ewropea.
Il-Programm Sheltered Employment Training jipprovdi taħrig assistit għal persuni b’diżabiltajiet aktar severi bl-għan li jtejjbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi job coaches huma assenjati jissapportjaw lill-persuni li jattendu tul is-sena programm ta’ taħrig li jinkludi perjodu f’ambjent tax-xogħol.
Job Bridge Training and Development Centre, huwa centru li jiffoka fuq taħrig speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta' impjegabbilità u soċjali kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti fost l-oħrajn.
L-iskema Bridging the Gap (BTG) toffri opportunità ta’ prova fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b’diżabilità għal numru ta’ ġimgħat (skont il-bżonn). Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw allowance fil-gimgħa minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali. Jekk il-persuna ddum aktar minn tnax-il ġimgħa f’din l-iskema, hi trid iċċedi l-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tagħha. Min-naħa l-oħra min jimpjega ma jkunx obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-paga u benefiċċji oħra bħas-sick leave.
L-iskema Access to Employment (A2E), kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Gvern Malti, tipprovdi sussidju ta €125 fil-ġimgħa għal kull persuna b'diżabbiltà ġdida f’impjieg full-time għal 156 ġimgħa. Fil-każ ta’impjieg part-time jingħata sussidju pro-rata ta’ jew 20, 25 jew 30 siegħa fil-ġimgħa.
Barra minn hekk, kumpaniji (mhux governattivi) jistgħu jitolbu biex:
- jiġu
e
ż
entati mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
għall-impjegati rreġistrati b’diżabilità;
- jirċievu
inċentiv fiskali
ta’ 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b’dizabilità diġà impjegata sa massimu ta’ € 4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bolla tinqatax mill-istipendju tal-istudenti tal-Università jew jingħatawx xi credits għall-fini tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-miżura tal-baġit rigward credits tas-sigurtà soċjali ġiet implimentata mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Għalhekk, ġentilment nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Rigward bolla għandu jiġi nnotat illi ma ssir ebda deduzzjoni mill-ammont ta’ stipendju dovut lill-istudenti għajr għal tnaqqis ta’ assentiżmu, fejn applikabbli. L-istipendju, inkluż l-istipendju supplimentari, mhuwiex taxxabbli.
Università ta’ Malta – studenti fil-kors ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-Università ta’ Malta li qegħdin jagħmlu l-kors ta’ għalliema sena b’sena (l-ewwel sena, it-tieni sena eċċ)? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan in-numru huwiex biżżejjed għall-esiġenzi futuri tal-iskejjel tal-gvern, kif ukoll dawk privati? X’tibdiliet ser isiru dwar lawriji li jistgħu jinkisbu mill-Università ta’ Malta sabiex wieħed ikun jista’ jsir għalliem/a?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ studenti li fis-sena akkademika 2016/7 qed isegwu kors li jwassal għall-professjoni ta’ għalliem huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Fakultà/Istitut
Kors
Sena
Total
Fakultà tal-Edukazzjoni
Bachelor of Education (Honours)
2
79
3
81
4
126
Master in Teaching and Learning
1
48
Fakultà Total:
334
Total
334
Il-fatt li, kif qed jiġri fl-Ewropa kollha, diġà qed nesperjenzaw nuqqas ta’ għalliema f’numru ta’ suġġetti u anke l-fatt li n-numru ta’ studenti li qed isegwu l-kors biex isiru għalliema qiegħed jonqos jurina li n-numru mhux se jkun biżżejjed għall-esiġenzi futuri tal-iskejjel. Minħabba li l-Ministeru huwa konxju minn dan, twaqqaf working group – Evaluation of the Teaching Profession - biex jindirizza din is-sitwazzjoni. Dan il-working group jinkludi rappreżentanti mid-Direttorati, mill-Università, mill-MCAST u mill-MUT.
Il-Fakultà tal-Edukazzjoni wettqet riforma li bdiet isseħħ minn Otturbru 2016, fejn il-korsijiet BEd(Hons) u PGCE m'għadhomx jiġu offruti, u flokhom hemm kors postgraduate li jwassal għall-grad ta’ Master in Teaching & Learning (MTL). Din ir-riforma saret wara diskussjonijiet li bdew fl-2013 u bl-appoġġ tal-istituzzjonijiet edukattivi lokali, fosthom il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm child care centres f’Wied il-Għajn peress li f’din il-lokalità joqogħdu ammont kbir ta’ ommijiet xebbiet u persuni separati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ childcare centres fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn.
Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm huwa n-numru ta’ familji li qed jibbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm 7,361 il-ġenitur/kustodju legali li qed jibbenefika mis-servizz b’xejn ta’ childcare, taħt l-iskema ta’ Childcare bla Ħlas li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ April 2014.
Child Care Centres – rapporti ta’ maltrattament tat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti ta’ maltrattament tat-tfal li jattendu ċ-Child Care Centres minn min jieħu ħsiebhom jew mill-ġenituri tat-tfal stess? Kemm-il darba saret spezzjonif’kull Ċentru f’dawn l-aħħar tliet snin?’
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li minn mindu r-responsabbiltà taċ-Childcare Centres imxiet mid-DSWS għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’Lulju tal-2016, id-Direttorat tal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) irċieva 60 rapport (23.06.2017) li l-ebda wieħed minnhom ma kien relatat ma’ maltrattament mill-ġenituri tat-tfal stess. Ta’ min wieħed isemmi li f’każijiet ta’ allegat abbuż mill-ġenituri, hija prassi standard li dan jiġi riferut lill-awtorità konċernata (Appoġġ) u għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità dawn mhux dejjem jaslu għand id-DKSE.
Madwar 25% tar-rapporti li rċieva d-DKSE kienu relatati mar-ratio tal-carers mat-tfal skont l-istandards stabbiliti fl-2006 u li jistgħu jinstabu http://education.gov.mt/en/childcareservices/Pages/Standards-for-Child-Day-Care.aspx ) u/jew relatati man-numru massimu ta’ tfal li ċ-ċentru għandu permess li jżomm f’mument wieħed partikolari, filwaqt li 17% kienu rapporti li jallegaw negliġenza mill-carers. Il-bqija tar-rapporti kienu jvarjaw fuq aspetti differenti bħal indafa fiċ-ċentri (madwar 17%) u, kif wieħed jistenna f’din l-età tenera, kien hemm rapporti ta’ inċidenti varji bejn it-tfal stess (madwar 22%).
Kull rapport li daħal ġie investigat u ttieħdu passi skont il-każ filwaqt li min għamel ir-rapport ġie infurmat bil-passi li ttieħdu filwaqt li jinżamm kuntatt kemm maċ-ċentru kif ukoll ma’ min għamel ir-rapport sabiex ikun segwit il-progress. Dan kollu jsir bl-għan prinċipali biex inkomplu naħdmu flimkien ma’, u fl-istess ħin nedukaw lil ġenituri u kif ukoll lil kull min jaħdem f’dan is-settur li għadu pjuttost ġdid għal pajjiżna.
S’issa d-DKSE spezzjona kull ċentru u fejn kien meħtieġ saret aktar minn spezzjoni waħda u/jew laqgħat mal-Legally Responsible Person u s-Centre Manager sabiex inkomplu nsaħħu l-proċess ta’ titjib fil-kwalità tas-servizz. Bħalissa qegħdin fil-proċess biex terġa’ ssir spezzjoni oħra f’kull ċentru (madwar 107) sa Novembru li ġej.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — sponsorships
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif fuq in-numru ta' boroż ta' studju li ngħataw mill-2011 sal-lum u l-ammont ta' investiment li ntefaq? X'hemm ipproġettat għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Attachments:PQ 506 - Boroż ta' studju mogħtija.pdf
Studenti li gawdew minn stipendju u għotjiet relatati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti li gawdew minn stipendju u għotjiet relatati, mill-2011 sa din is-sena skolastika? Jista’ wkoll jipprovdi dettalji dwar it-total ta' għotjiet għal kull sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' studenti li gawdew minn stipendju u għotjiet relatati baqa' jiżdied kull sena minn 16,927 fl-2011 għal kważi 19,000 fis-sena akkademika li għaddiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant.
Attachments:PQ 507 - Studenti li gawdew minn stipendju u ghotjiet relatati.pdf
Twessiegħ ta’ parametri tal-għotjiet tal-istudenti u żidiet relatati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif twessgħu l-parametri tal-għotjiet tal-istudenti u żidiet relatati kif ukoll liema studenti gawdew minnhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar snin ġew introdotti diversi inċentivi. L-iskop ewlieni ta’ din l-istrateġija kien li jitħaffu l-proċessi u l-istrutturi billi jiġu applikati l-istess proċeduri komuni għal kull student li japplika għall-imsemmija Għotjiet ta’ Manteniment. L-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment għamel investiment qawwi f’dan il-qasam u issa ninsabu f’pożizzjoni tajba ħafna biex inlaħħqu mad-domanda dejjem tikber ta’ applikazzjonijiet u naturalment mal-aspettattiva tal-istudent f’dan ir-rigward. In-numru ta’ studenti li qed ikomplu jistudjaw, kemm fil-livell post-sekondarju kif ukoll fil-livell terzjarju qiegħed kulma jmur dejjem jiżdied.
In-numru ta’ studenti li applikaw fis-sistema onlajn din is-sena akkademika 2016/2017 taqbeż id-19,000 student.
Miżuri li ġew introdotti f’dawn l-aħħar erba’ snin huma:
Fis-sena akkademika 2013/2014 beda jingħata għall-ewwel darba stipendju lil studenti li jirrepetu sena fil-kors tagħhom u l-istipendju beda jiġi rivedut kull sena b’rata proporzjonali tal-cola; iz-żieda tal-għoli tal-ħajja. Din is-sena akkademika tneħħiet is-sistema tal-ismart card u l-għotjiet lill-istudenti bdew jingħataw direttament fil-kont tal-bank tagħhom.
Minn din is-sena akkademika studenti li jistudjaw għal Doctor in Veterinary Medicine bdew jircievu rata ta’ stipendju ogħla u klassifikata bhal High Priority. Ir-rata ta’ stipendju kienet dik ta’ €300 kull erba’ gimgħat. Fl-2013 kien hemm 6 studenti ġodda li bdew dan il-kors u 27 student ieħor li kienu għaddejjin b’dan il-kors.
Fis-sena 2015/16 diversi korsijiet ġodda żdiedu mal-lista ta’ dawk eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti, inkluż il-Postgraduate Diploma fin-Nutrition u Dietetics li beda jitqies ukoll eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti.
Fis-sena akkademika 2015/2016 il-proġett edukattiv Gem 16+ u cioe’ Guze’ Ellul Mercer 16+ laqa’ 69 student li kollha tqiesu eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti u ħafna minnhom applikaw ukoll għall-għotja supplimentari. Id-dipartiment irċieva wkoll 108 applikazzjoni mill-Agenzija Żgħażagħ (Youth Inc.) b’aktar minn 48 minnhom japplikaw għall-għotja supplimentari. Din is-sena akkademika hemm 90 student fil-programm Gem 16+ filwaqt li l-Agenzija Żgħażagħ laqgħet 143 student.
Kien hemm diversi inċentivi oħra mnedija fis-sena akkademika 2015/2016, fosthom il-ħlas tal-għotja ta’ darba lill-istudenti tat-tieni sena li jkunu qed jagħmlu kors bl-apprentistat fl-MCAST. Din l-għotja tfisser li issa l-istudenti tal-apprentistat fl-MCAST u li qegħdin fit-tieni sena tal-kors tagħhom ser jibdew jirċievu l-għotja inizjali fil-bidu tas-sena akkademika. Fil-fatt 362 student ircieva l-għotja f’Marzu u dan ammonta għal investiment ta’ €42,479.58.
Fi Frar 2016 l-istipendji u stipendji supplimentari reġgħu ġew riveduti b’ammont proporzjonali taż-żjieda tal-għoli tal-ħajja (cola) u għaldaqstant l-istipendji u stipendji supplimentari ġew aġġustati b’żjieda ta’ 0.93%. Dan sarraf f’investiment akbar ta’ circa €161,405 għas-sena akkademika 2015/6.
Inċentivi oħra kienu jinkludu l-klassifikazzjoni ta’ korsijiet li ġew meqjusa bħala eliġibbli għal stipendju ogħla fosthom B.Sc Pharmaceutical Technology li ġie iklassifikat bħala kors preskritt għal fini ta’ stipendju biex hekk dawn l-istudenti bdew jieħdu għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti ħafna ogħla.
L-istudenti maturi bdew jitqiesu wkoll awtomatikament eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti minn Jannar 2016 u għaldaqstant ma baqax jintalab rendikont tad-dħul ta’ dawk residenti fl-istess household biex tiġi determinata l-eliġibbilità ta’ studenti li jiġu aċċettati għall-kors taħt il-klawsola tal-maturità.
Tajjeb jintqal ukoll illi fl-2015 id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u x-Xoghol investa biex id-Dipartiment għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jkollha sistema onlajn biex l-istudenti japplikaw kollha f’applikazzjoni waħda li minnha jiġu ġġenerati l-ħlasijiet wara li tiddaħħal l-attendenza fejn applikabbli.
Għall-ewwel darba studenti fl-apprentistat fl-MCAST bdew jirċievu stipendju speċjali fix-xhur tas-Sajf u cioe’ tliet pagamenti konsekuttivi ta’ €233.
Is-sena akkademika 2016/7 nediet diversi miżuri oħra fosthom:
Minn din is-sena akkademika, studenti li jagħlqu 16-il sena u jkomplu jistudjaw u jitħarrġu fil-Programm ta’ Tagħlim Alternattiv f’Raħal Ġdid fil-Livell 3 tal-Qafas tal-Kwalifiki Malti fil-Hospitality and Customer Care u fil-Welding and Fabrication bdew jitqiesu eliġibbli biex jingħataw stipendju wkoll. 26 student ibbenefikaw minn din il-miżura.
Fi Frar 2017, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol approva r-rakomandazzjoni tal-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti biex il-korsijiet fl-Aeronaturics u Aerospace Engineering jitqiesu bħala High Priority Course u fil-fatt dawn l-istudenti bdew jirċievu l-ammont ta’ €307.68 kull erba’ ġimgħat minn Jannar 2017. Għaldaqstant dawn l-istudenti bdew jirċievu wkoll rata ta’ għotja ogħla.
Studenti li jagħmlu sena waħda addizzjonali fil-kors tagħhom bdew jingħataw stipendju wkoll għas-sena addizzjonali u jitqiesu bħala studenti li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom.
Ġiet ikkonfermata mill-MFIN ir-rata ta' 0.91% bħala r-rata ta' reviżjoni għall-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti u l-istipendju u l-istipendju supplimentari ġew riveduti b’din ir-rata;
Ġew riveduti t-thresholds tal-qligħ b’rabta mal-eliġibbilità għall-għotja supplimentari;
Studenti b’diżabbilità u studenti li joqogħdu fi djar tal-Knisja u konservatorji, fost l-oħrajn, bdew jitqiesu awtomatikament eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment, inkluż l-għotja supplimentari;
Studenti li għal xi raġuni ma jtemmux kors b’suċċess u jiddeċiedu li jmorru għal kors ta’ studju li jwassal għal kwalifiki tal-istess livell jew aktar baxxi bdew għall-ewwel darba jieħdu l-istipendju u
Bdiet tingħata wkoll għotja addizzjonali lil ġenituri waħedhom li jkomplu jistudjaw fuq livell post- sekondarju, terzjarju u / jew vokazzjonali.
Minn din is-sena wkoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol approva wkoll ħlas għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti lil dawk li segwew korsijiet post sekondarji taħt il-United World Colleges u istituzzjonijiet oħra post sekondarji.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol ta' manutenzjoni li se jsir f'postijiet edukattivi matul dan is-sajf u x'inhi n-nefqa pproġettata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rendikont tax-xogħol ta' manutenzjoni li se jsir f'postijiet edukattivi, mill-ħaddiema li jaħdmu fl-iskejjel u d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, matul dan is-sajf qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. In-nefqa pproġettata hija dik ta’ €440,000.
Attachments:PQ 509 - Xoghol ta' Manutenzjoni f'postijiet edukattivi matul is-sajf 2017.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ħidma biex jonqos l-assentejiżmu fl-iskejjel u x'tip ta' xogħol sar matul din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena skolastika saret dan il-ħidma biex jonqos l-assentejiżmu fl-iskejjel tal-istat:
a) Mill-bidu tas-sena sar l-moniteraġġ tal-attendenza tat-tfal kollha fuq is-sistema elettronika mill-ħaddiema soċjali.
b) Fil-bidu tas-sena sar kuntatt mal-uffiċċju tad-Direttur Ġenerali, Servizzi Edukattivi (DG DES) biex tissejjaħ laqgħa mal-imsieħba kkonċernati sabiex tibda l-ħidma fuq SOPs mal-Pulizija ta’ Malta u mal-FSWS. L-SOPs ġew iffirmati f'Mejju u saru aktar laqgħat mal-imsieħba biex titjieb il-kollaborazzjoni.
c) Matul is-sena skolastika inżammet komunikazzjoni kontinwa bejn id-Direttur tan-National School Support Services, il-Principal Social Worker, l-iskejjel u l-imsieħba soċjali bil-għan li tingħata l-aħjar għajnuna lill-istudenti li jfallu.
d) Inġabret mis-SIS l-istatistika ta’ kull term tas-sena skolastika 2016-2017 biex issir analiżi tad-data li tintuża biex tiġi riveduta l-għajnuna li qed tingħata lil dawn l-istudenti u l-familji tagħhom biex tkun aktar iffukata u effettiva
e) F’April ġie preżentat dokument lis-Segretarju Permanenti fil-MEDE u lid-DG DES bi proposti ta' linji gwida dwar studenti barranin kemm dawk mill-pajjiżi tal-EU u dawk barra mill-EU li ma jkunux qed jattendu għal iżjed minn 25 ġurnata mingħajr awtorizzazzjoni.
f) Saru wkoll diversi laqgħat mal-Prinċipali tal-Kulleġġi u anke kapijiet ta’ Skola. Diġà saru laqgħat fejn ġew diskussi fid-dettall il-miri u l-azzjonijiet tal-KPI dwar it-Tnaqqis fl-Assentejiżmu b'referenza għal kull skola fi ħdan il-Kulleġġ.
g) Intbagħtet ċirkolari bħala reminder lill-iskejjel dwar l-importanza li jsegwu l-Addressing Attendance in Schools Procedures.
h) Matul din is-sena ġew segwiti 604 studenti li fallew l-iskola b'mod regolari u mingħajr awtorizzazzjoni skont il-pjan ta' azzjoni mfassal. Ġie mfassal pjan ta' azzjoni għal kull wieħed minn dawn l-istudenti. Sar moniteraġġ dwar l-azzjonijiet imfassla waqt is-sessjoni ta' superviżjoni li ssir kull xahar ma' kull ħaddiem soċjali fejn jiġu riveduti u diskussi l-pjanijiet ta' azzjoni tal-istudenti li jsegwu u tintalab informazzjoni dwar il-ħidma mwettqa
i) Matul it-tieni term ġew identifikati l-istudenti li jistgħu jibbenefikaw mill-programm tal-ALP għas-sena skolastika 2017-2018. Sar kuntatt ma' studenti li ma jattendux l-iskola permezz ta' viżti fid-djar. Il-Career Guidance practitioners għenu lill-istudenti biex jidentifikaw il-preferenza vokazzjonali tagħhom waqt sessjonijiet individwali.
j) Saret il-laqgħa mal-project leader tal-miżura tal-baġit 88 fejn ġiet mogħtija d-data tal-istudenti li ser jibbenifikaw minn din il-miżura. Saret analiżi tal-attendenza ta' dawn l-istudenti u l-professjonisti psiko-soċjali fi ħdan il-Kulleġġi rispettivi intalbu jagħtu rendikont tal-ħidma li saret ma dawn l-istudenti
k) Sar ukoll kuntatt mal-istudenti li temmew il-Form 5 biex jiġu gwidati fil-qasam tax-xogħol jew isegwu programm edukattiv jew jipparteċipaw f'diversi skemi bħal Youth Guarantee u Get Into.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment tal-Gvern f'LSAs, inkluż dawk mhux tal-istat, mill-2011 'l hawn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni dwar l-għadd ta' LSAs li ġew ingaġġati u promossi mill-2011 'l hawn.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li saru ħlasijiet lill-iskejjel indipendenti skont il-ftehim li għandu l-Gvern mal-istess skejjel għall-pagi u benefiċċji tal-LSAs. Dawn il-ħlasijiet saru kif se nsemmi:
Sena
Spiża
2011
€305,656.00
2012
€585,882.00
2013
€1,293,390.00
2014
€1,834,330.00
2015
€2,481,681.00
2016
€2,711,579.00
2017 (sa 03/07)
€1,442,686.00
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.