Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2007 u 2008 s'issa, x'inizjattivi ħadu l-mużewijiet u s-siti storiċi biex jiġbdu lejhom il-famliji Maltin u Għawdxin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-2007 kienet karatteriżata minn żewġ wirjiet kbar li Heritage Malta irnexxilha ġġib lejn xtutna – il-wirja tas-suldati tat-terracotta miċ-Ċina li kienet għall-wiri fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arkejologija bejn Marzu u Lulju u l-wirja tal-pitturi tal-Caravaggio li kienet għall-wiri fl-istess mużew ta’ l-Arkejologija bejn Ottubru u Novembru 2008.
Marbuta ma’ dawn iż-żewġ wirjiet kien hemm diversi attivatijiet indirizzati lejn il-familji li kienu jinkludu dħul bi prezz ridott għal dawn l-attivitajiet.
Attivitajiet oħra kienu jinkludu:
5 Heritage Trails
4 attivitajiet magħrufa bħala l-Ħadd ma’
Heritage Malta
3
Historical re-enactments
fil-Mużew marittimu li matulhom in-nies kellha ċ-ċans issir taf aktar dwar il-ħajja tal-baħrin fuq ix-xwieni, x’ikel kien jittiekel etc. Dawn l-attivitajiet dejjem saru bi prezz imnaqqas.
Kien hemm ukoll 36 wirja a li għalihom id-dħul kien b’xejn.
Attivitajiet matul l-2008
5
Heritage Trails
matul l-2008. Dawn huma zjarat b’tema speċifika.
2 Ħdud ma’
Heritage Malta
li fihom jinfetħu postijiet li mhux dejjem ikunu miftuħa għall-pubbliku. F’din is-sena dawn iż-żewg attivitajiet saru f’Birżebbuġa u Marsaxlokk u r-Rabat u l-Mdina fejn fost il-postijiet li nfetħu (bi prezz imnaqqas) kien hemm mill-Katakombi tal-Lhud (Rabat) Tas-Silġ (M’Xlokk) u Borġ in-Nadur (B’Buġia).
F’Ġunju saret konferenza nazzjonali ffinanzjata minn proġett ta’ l-EU dwar il-ħajja marittima f’Malta. Din kienet miftuħa għall-pubbliku u l-parteċipazzjoni kienet mingħajr ħlas. L-attivita’ saret fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.
Heritage Malta
organizzat 28 wirja f’diversi siti li għalihom d-dħul kien b’xejn. Dawn saru primarjament fl-uffiċċju ċentrali ta’ l-aġenzija fil-belt Valletta, fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti u fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali fl-Imdina.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjani konkreti hemm biex fl-erba' snin li ġejjin ikollna:
a) mużew tal-arti lokali kontemporanju
b) mużew tal-arti moderna lokali
ċ) mużew tal-fotografija lokali
d) mużew tal-industrija lokali
e) mużew tal-emigrazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li Heritage Malta qiegħdha f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet konċernati sabiex jingħatalha post li jkun jista’ jintuża bħala mużew tal-arti moderna u kontemporanja. Sadanittant wirjiet ta’ arti ta’ din ix-xorta jsiru kull xahar fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti u f’mużewijiet oħra ta’ Heritage Malta.
Infurmata li aspetti mit-temi l-oħra msemmija huma interpretati f’mużewijiet oħra bħall-Mużew tal-Folklor, il-Mitħna ta’ Kola u l-Mużew Marittimu.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi sejħa pubblika biex il-privat jieħu sehem fl-iżvilupp tal-Kumpless Sportiv fl-inħawi tal-Qawra u San Pawl il-Baħar? Jekk le, meta hu mistenni li jinbeda dan il-proċess? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk id-development brief għal dan iċ-ċentru fil-fatt tlestiex, u ġiex ippubblikat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-preżent qed jiġi ffinalizzat it-technical u specification brief tal-Kumpless tat-Tramuntana. Sal-lum għada ma ħarġet l-ebda sejħa pubblika biex il-privat jieħu sehem fl-iżvilupp ta’ dan il-Kumpless Sportiv.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu l-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra maqsuma skond l-klassi li jattendu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' għalliema, assistant heads, heads li hemm f'kull skola primarja f'Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra? Kemm ilhom jgħallmu f'dawn l-istess skejjel kull għalliem/a?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li ilna nisimgħu dwar azzjoni li se tittieħed sabiex jitjiebu r-riżultati fl-iskola primarja ta' Bormla, u peress li fl-aħħar eżamijiet tal-Junior Lyceum ħadd mill-istudenti ta' din l-iskola ma għadda, tista' l-Ministru tgħid jekk dan il-fatt hux qed jinkwetaha u jekk fl-affermattiv x'se jsir sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħala parti mill-Pjan Strateġiku Edukattiv imsemmi fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 2057, il-Kulleġġ ilu minn Lulju jaħdem ma’ l-għalliema u t-tmexxija tal-iskola primarja ta’ Bormla biex issir reviżjoni profonda tal-programmi ta’ tagħlim ta’ din l-iskola u tal-mod kif l-iskola u l-kommunita’ jaħdmu flimkien. Fil-fatt l-ewwel laqgħa tal-kumitat ta’ azzjoni dwar dan , inżammet nhar l-Erbgħa, 29 t’Ottubru, 2008.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2439 u tgħid kemm tqassmu flus matul is-sena 2008 lill-għaqdiet sportivi? Kemm ħadet kull għaqda u għal liema skop ingħataw dawn il-fondi? Tista' tgħid jekk kienx hemm talbiet għall-għajnuna li ġew rifjutati? Tista' tgħid liema huma u r-raġunijiet wara dan ir-rifjut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Kindergarden Maltin u Għawdxin — programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista' l-Ministru tagħti l-lista ta' programmi tal-Unjoni Ewropea li jieħdu sehem fihom iċ-ċentri tal-kindergarten Maltin u Għawdxin? Liema ċentri qed jieħdu sehem f'dawn il-programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-programmi tal-Unjoni Ewropea li jieħdu sehem fihom iċ-ċentri tal-kindergarten Maltin u Għawdxin huma il-Comenius u l-Grundtvig. Ic-ċentri li qed jieħdu sehem f'dawn il-programmi huma:
Tumas Dingli Primary School - Attard (two projects)
Dun Alwig Camilleri Primary A -Zejtun
Theresa Nuzzo Primary-Marsa
St. Joseph Junior School- Sliema
Dun Guzepp Zerafa Primary –Fgura
St. Cecilia Kindergarten
Dun Karm Scerri Primary –Naxxar
Gozo College Nadur Primary School-Nadur
Little Angels School
St.Venera Primary C- St. Venera
Tista' l-Ministru tgħid liema huma ċ-ċentri ta' taħriġ fl-istudji tal-kompjuter u l-IT li għandhom liċenzja biex jgħallmu l-ICT f'pajjiżna? Il-bini tagħhom huwa aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid peress li mill-perijodu minn Ottubru 2008 sa Diċembru 2008, Channel 22 fadallu biss budget ta' €178, kif se jkun qed jitmexxa u kif se jkun jista' jaħdem b'budget ta €59 kull xahar, €2 kuljum? Tista' tgħid mnejn ġejjin il-flus għat-tmexxija ta' dan l-istazzjon sal-aħħar tas-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Management Committee b’koperazzjoni sħiħa mal-impjegati ta’ Education 22 u bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet pubbliċi u privati, nieda l-iskema ta’ Ottubru –Diċembru 2008 li fiha 18-il program ġdid u oħrajn kollha sponsorjati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm u x'inhuma l-korsijiet li qed isiru fl-MCAST f'Malta u f'Għawdex separatament? Kemm hemm studenti jattendu kull kors? Tista' tgħid x'suġġetti qed jittgħallmu fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji ta' Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lil Onor. Interpellant, għar-risposta li se tingħata mill-Ministru responsabbli.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-Università ta' pajjiżna dwar dħul ta' mature students f'korsijiet ta' degrees u diplomi, full-time u part-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-policy tal-Universita’ dwar dħul ta’ mature students hi dik kif imniżżla fir-regolamenti għad-dħul, jiġifieri li applikanti għal kwalunkwe’ kors f’livell tal-ewwel grad li jkollhom 23 sena jew aktar u ma jkollhomx il-kwalifiki kollha normalment rikjesti għad-dħul, jkunu ammessi jekk il-Fakolta’ konċernata, normalment wara li teżaminhom b’xi test bil-miktub jew b’interview, tkun sodisfatta li huma għandhom l-isfond akkademiku meħtieġ biex isegwu l-kors bi profitt. Il-Fakolta’ għaldaqstant teżamina kull kwalifiki u esperjenzi li huma jista’ jkollhom. Kull sena jidħlu numru konsiderevoli ta’ studenti bis-saħħa ta’ din il-klawsola fir-Regolamenti għad-dħul.
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm studenti barranin li qed jistudjaw fl-Università ta' Malta? Mil-liema pajjiżi ġejjin? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm studenti barranin li qed jistudjaw fl-MCAST? Mil-liema pajjiżi ġejjin? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ studenti barranin li qed jistudjaw fl-MCAST huwa ta’ 37 (22 irġiel u 15 nisa).
Huma ġejjin minn dawn il-pajjiżi:
Slovakkja 2
Litwanja 2
Ungerija 1
Ġermanja 3
Franza 1
Bulgarija 6
Ingilterra 15
Belġju 1
Turkija 3
Serbja 1
Russja 2
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2561 li dwarha sar progress, tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ għal CDAU għall-ġid tat-tifla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport ma jidħolx fl-operat ta’ CDAU.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnha l-pittura oriġinali li kien hemm fil-Mina ta' Santa Liena? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tirritorna fil-post oriġinali tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li din il-pittura kienet tneħħiet minn postha għal skopijiet ta' restawr u protezzjoni. Bħalissa il-pittura tinsab fil-pussess ta' Heritage Malta.
Wieħed għad irid jistudja bir-reqqa x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi jekk dan ix-xogħol artistiku jerġa’ jitpoġġa fil-post oriġinali tiegħu.