Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru – spiża fuq servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8650 u jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li għas-sena 2022 l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rrikora spiża ta' €9,250 għal servizz ta' fotografija.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari – spiża fuq servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li s-Segretarjat Parlamentari kkonċernat nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari ma ingaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien is-Segretarjat Parlamentari jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti żgħira minn dawn jinkludu l-fotografija. Għal dawn it-tip ta’ servizzi, l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta' €2,190.Ix-xogħol kien marbut mal-MCESD u l-Premju Ħaddiem tas-Sena.

Entitajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8699 u jipprovdi lista ta’ kull entità tal-Gvern li b'xi mod tirċievi subvenzjoni finanzjarja mill-Gvern? Jista’ għal kull entità jgħid: a. min hu l-Ministeru responsabbli; b. l-istatus tagħha, jekk hijiex awtorità jew aġenzija jew xi definizzjoni oħra; ċ. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom tal-Kap Eżekuttiv kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu; u d. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom taċ-Chairperson kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Vetturi tal-Gvern li għandhom polza ta' assikurazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8286, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5347, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il vettura li hi proprjetà tal-Gvern hija koperta b'polza ta' assikurazzjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Deklassifikazzjoni tas-sit tax-Chalet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7930, jista’ l-Prim Ministru jispjega kif inħarġet sejħa biex ikunu ppreżentati proposti għas-sit tax-Chalet (Tas-Sliema) li jwasslu għall-iffirmar ta’ ftehim dwar konċessjoni qabel ma kien iffinalizzat il-proċess ta' deklassifikazzjoni ta’ dan l-istess sit fil-Parlament?

Response (ABELA, ROBERT)

Iż-żewġ proċessi huma separati, tant li jistgħu jimxu b’mod parallel.

Ċirkolari OPM No. 5/2023 – Modern Work Practices — konsultazzjonijiet

Question

B’referenza għall-policy li ħarġet għall-ħaddiema taċ-Ċivil dwar Modern Work Practices biċ-ċirkulari OPM No. 5/2023, jista’ l-Prim Ministru jipprovdi l-konsultazzjoni li qal li saret mas-Segretarji Permanenti, Headship positions u recognised Union u jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninfurma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li l-laqgħat tal-konsultazzjonijiet kollha li saru mill-Uffiċċju tal-Kap taċ-Ċivil u minn People & Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma kif ġejjin: Laqgħat mas-Segretarji Permanenti: 31 ta’ Ottubru 2022 21 ta’ Novembru 2022 23 ta’ Novembru 2022 25 ta’ Novembru 2022 30 ta’ Marzu 2023 Laqqħat mad-Diretturi Ġenerali u Diretturi: 21 ta’ Novembru 2022 23 ta’ Novembru 2022 25 ta’ Novembru 2022 21 ta’ Diċembru 2022 12 ta’ Jannar 2023 16 ta’ Jannar 2023 1 ta’ Frar 2023 2 ta’ Frar 2023 Laqgħat maċ-Chief Information Officers: 18 ta’ Jannar 2023 Laqgħat ma’ Diretturi Servizzi Korporattivi u Riżorsi Umani 17 ta’ Frar 2023 Laqgħat mat-tim tar-Relazzjonijiet Industrijali 12 ta’ Marzu 2023 29 ta’ Marzu 2023 Laqgħat mal-Unions: 1 ta’ Marzu 2023 - UĦM, Union tal-Protezzjoni Ċivili, UPISP 2 ta’ Marzu 2023 – MAM u Malta Chambers of Psychologists 3 ta’ Marzu 2023 – MUT 6 ta’ Marzu 2023 – MUMN, Police Union, GWU

Ċirkolari OPM No. 5/2023 – Modern Work Practices – Persuni li applikaw

Question

B’referenza għall-policy li ħarġet għall-ħaddiema taċ-Ċivil dwar Modern Work Practices biċ-ċirkulari OPM No. 5/2023, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna applikat sabiex tieħu extended remote working, u kemm minn dawn ġew approvati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li bħalissa ninsabu f'perjodu ta’ tranżizzjoni u għalhekk dan it-tagħrif ikun jista’ jingħata iktar 'il quddiem.

Entitajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista ta’ kull entità tal-Gvern li b'xi mod tirċievi subvenzjoni finanzjarja mill-Gvern? Jista’ għal kull entità jgħid: a. min hu l-Ministeru responsabbli; b. l-istatus tagħha, jekk hijiex awtorità jew aġenzija jew xi definizzjoni oħra; ċ. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom tal-Kap Eżekuttiv kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu; u d. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom taċ-Chairperson kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Database tal-entitajiet governattivi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2482, jista’ l-Prim Ministru jispjega “l-kunsiderazzjonijiet varji fosthom dawk legali”, li ma jippermettux li informazzjoni li jagħti klijent awtomatikament tgħaddi għand kull dipartiment jew entità tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern isegwi l-obbligi li joħorġu mil-liġijiet għall-protezzjoni tad-data.

Ingaġġ ta’ persuni għal servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Belt Valletta – sejħa għall-manutenzjoni ta’ Evans Building

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li wasslu biex is-sejħa MSPP/02/2022, - Concession for the regeneration and design, management, operation, maintenance and transfer back of the Evans building (Valletta) site as a superior quality tourism accommodation establishment - li kellha tagħlaq fil-21 ta' April 2023, ftit jiem qabel din is-sejħa kellha tagħlaq ġiet estiża u issa se tagħlaq fit-28 ta' April 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-komunikazzjoni relevanti.

Steward Global Healthcare — Pagamenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pagamenti, bid-dati, l-ammont u r-raġuni, li saru lil Steward Global Healthcare matul l-2022 u l-2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċelebrazzjonijiet tad-19-il sena minn meta Malta ngħaqdet mal-Komunità Ewropea

Question

Fid-dawl li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru stieden lill-Membri Parlamentarti kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tad-19-il sena minn meta Malta ngħaqdet mal-Komunità Ewropea, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex numru ta’ Deputati ma tħallewx jipparkjaw il-vetturi tagħhom fil-parkeġġ riservat tagħhom quddiem il-Bank Ċentrali filwaqt li numru oħrajn tħallew?

Response (ABELA, ROBERT)

Nemmen li l-parkeġġ riservat għad-deputati għandu jkun disponibbli f'kull okkażjoni, kif qed jgħid l-Onor. Interpellant.

Manual on Work-Life Balance Measures għall-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8069, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-manwal imsemmi ma japplikax għall-ħaddiema li jaħdmu f’aġenziji jew entitatijiet oħra tal-Gvern (fis-Settur Pubbliku) imma japplika BISS għal dawk fis-Servizz Pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-Manual on Work Life Balance Measures japplika għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku. Aġenziji u entitajiet huma liberi li jużaw partijiet minnu jew jużawh fit-totalità tiegħu skont l-esiġenzi partikolari tagħhom.

Uffiċjali tal-FIAU li attendew laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali li fis-17 ta' April 2023 iltaqgħu fil-Berġa ta' Kastilja bit-tema tkun l-appell tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali fir-rigward tal-istess FIAU? Min mexxa din il-laqgħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Dwar l-għan tal-laqgħa nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 8109.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati ġodda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6785 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' impjegati minn kull lokalità msemmija fit-tweġiba?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Environment Protection Unit — ħaddiema f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Environment Protection Unit (EPU) hijiex qed topera ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm uffiċjali jservu f' dan it-territorju?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Amministrazzjoni Pubblika – ħaddiema fl-iskali 10 sa 14

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8288 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7890, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hawn ħaddiema fl-‘Amministrazzjoni Pubblika’ ġewwa Malta u Għawdex fl-iskali 10 sa 14, esklużi l-pulizija, l-għalliema, it-tobba, l-infermiera u l-qwiebel?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li preżentament hemm 8,842 ħaddiem fl-Amministrazzjoni Pubblika ġewwa Malta u Għawdex fl-iskali 10 sa 14. Fl-istess perjodu fl-2022, dawn kienu jammontaw għal 8,848.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li hemm 101 First Aider fid-dekasteru u l-entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Land reclamation

Question

B’referenza għad-diskors tal-Prim Ministru dwar pjanijiet relatati ma’ land reclamation, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern dwar il-land reclamation u jagħti iżjed informazzjoni dwar xi pjanijiet hemm maħsuba għas-siti ġaladarba ssir land reclamation?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-ħsieb tal-Gvern jirrifletti dak miktub fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Iktar pjanijiet dettaljati jitħabbru fil-mument opportun.