Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħwienet tat-tattoos

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn ħwienet f'pajjiżna li huma awtorizzati biex joffru servizz ta' tattooing bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena b'mod separat u f'liema lokalità kienu jinsabu dawn il-ħwienet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar għal matul din is-sena; a) kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei; b) x’tip t’operazzjonijiet saru matul il-perjodu msemmi; ċ) kemm minn dawn l-operazzjonijiet saru (i) bejn is-sitta ta’ filgħodu u s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar; (ii) bejn is-sagħtejn ta’ wara nofsinhar u l-għaxra ta’ bil-lejl; u (iii) bejn l-għaxra ta’ bil-lejl u s-sitta ta’ filgħodu; u d) kemm-il operazzjoni saret fi sptarijiet privati li għalihom se jħallas il-Gvern u x’tip t’operazzjonijiet kienu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Boffa — xogħol fuq il-bunker

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bunker il-ġdid tal-Isptar Boffa? Jista' jgħid kemm sewa s'issa x-xogħol fuq dan il-bunker?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kumpless tal-bunker il-ġdid, li jinkludi mhux biss il-bunker imma wkoll numru ta’ faċilitajiet oħra ġodda għal-pazjenti li jużaw is-servizz ta’ radjuterapija ġewwa l-Isptar Boffa, huwa lest. Dawn il-faċilitajiet diġa bdew jitħaddmu u kif diġa ġie rrapportat fil-media, pazjenti li jeħtieġu trattament ta’ radjoterapija diġa’ qedin jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet ġodda; u minn linear accelerator ġdid. Il-kumpless tal-bunker ġdid ġie jiswa €1.17 miljun. Nieħu din l-opportunita’ sabiex infakkar lill-Onor. Interpellant li l- linear accelerator flimkien mal-apparat kollu li ġie stallat ġewwa l-kumpless tal- bunker il-ġdid - inkluz apparat ta’ inġinerija; u tagħmir elettriku u elettroniku - ser eventwalment jittieħed kollhu ġewwa ċ-ċentru ġdid tal-onkoloġija tal-Isptar Mater Dei meta dan tal-aħħar jitlesta.

Ftuħ ta' bereġ ġoda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu bereġ ġodda f'Malta u f'Għawdex u fejn saru xogħlijiet ta' titjib f'Ċentri tas-Saħħa u bereġ madwar Malta u Għawdex?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-bereġ ġodda li nfetħu f’dawn l-aħħar snin f’Malta huma: · Tal-Birgu · Tal-Kalkara · Ta’ Pembroke · Tal-Iklin · Taż-Zurrieq Bereġ u Ċentri tas-Saħħa f’Malta fejn saru xogħolijiet ta' titjib jinkludu: · Il-Berġa ta’ B’Buġia · Il-Berġa ta’ Haż-Żebbuġ (Malta) · Il-Berġa ta’ Ħaż-Żabbar · Il-Berġa ta’ Ħal-Kirkop · Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid · Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara · Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta · Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana · Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla

Għodda elettroniċi fis-servizzi tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-għodda elettronċi ġodda li ddaħħlu fis-servizzi tas-saħħa fl-2011? Jista' jgħid jekk iddaħħlux servizzi kliniċi elettorniċi ġodda għat-tobba biex ikollhom aċċess aħjar għall-istejjer mediċi biex il-pazjent jingħata kura aħjar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Monte Karmeli — supportive housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati flats lill-Isptar Monte Karmeli taħt l-iskema supportive housing tal-Awtorità tad-Djar? Kemm pazjenti tal-Isptar Monte Karmeli marru f'dawn il-flats?

Response (CASSAR, JOSEPH)

B’riżultat ta’ ftehim milħuq bejn is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità u l-Awtorita' tad-Djar, l-Isptar Monte Carmeli ngħata 3 appartamenti mill-Awtorita' tad-Djar taħt l-iskema tas-supportive housing. S’issa ibbenefikaw 4 pazjenti minn din l-iskema filwaqt li 5 pazjenti oħra għandhom jibdew jibbenefikaw minn din l-iskema minn Novembru ta’ din is-sena.

Każijiet ta' AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' AIDS rapportati f'residenti Maltin matul is-snin 2008, 2009 u 2010 sena b'sena? Kemm kienu reġistrati mwiet mill-AIDS matul l-istess snin, sena b'sena? B'liema mod kienet trasmessa l-AIDS f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ AIDS bejn 2008 u 2010 rapportati f’residenti Maltin, kif ukoll il-mod ta’ trasmissjoni u n-numru ta’ mwiet reġistrati, huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. Sena Numru ta’ Każijiet f’Residenti Maltin Hetero Homo IVDU Haem Mwiet 2008 8 7 1 - - 1 2009 2 2 - - - - 2010 2 2 - - - - NB. It-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard biddel id-definizzjoni ta’ min jidħol taħt il-kategorija ta’ residenti Malti fl-2010.

Young People's Unit fl-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2005 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Young People's Unit — Residenti trasferiti f'swali oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ residenti li mill-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli ġew trasferiti f’waħda mis-swali ta’ dan l-istess sptar mill-1 ta' Jannar, 2005 sal-lum? X’kienu r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pazjenti fuq stretcher waqt li qegħdin rikoverati fl-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed isir studju biex jara jekk pazjenti li jdumu ħin twil rikoverati ġewwa swali transitorji tal-emerġenza fuq stretcher għal sigħat sħaħ humiex jikkawżaw iktar bed sores jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mhux qiegħed isir studju formali dwar jekk pazjenti li jkunu fi swali transitorji fid-Dipartiment tal-Emerġenza hux qed ikollhom iktar bed sores. Infurmat wkoll li nxtraw saqqijiet speċjali magħmulin apposta biex jevitaw li pazjent jiżviluppa pressure sores.

pazjenti li daħlu fl-emergenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet ta' pazjenti li daħlu fl-emergenza u li dawn faċilment setgħu jiddewwew f'xi ċentru tas-saħħa matul il-perjodu ta' Jannar u Ġunju 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont l- Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System, bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-30 ta’ Ġunju 2011, in-numru ta’ attendenzi fid-dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei li ġew minn rajhom mingħajr ma kienu ġew irreferuti minn tabib, u li kienu ikklassifikati bħala priority 3 (l-iktar priorita’ baxxa) kienu 6,108. Ta’ min jinnota li l-istess persuna tista’ tattendi d-dipartiment tal-Emerġenza iktar minn darba fl-istess perjodu. L-istatistika għal Ġunju ma ngħatatx peress li x-xahar għadu ma spiċċax u għalhekk l-istatistika ta’ dan ix-xahar għadha qed tinġabar.

persuni fuq stretcher fl-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet biex il-mod kif qed jiġu trattati pazjenti li jkollhom bżonn li jidħlu l-Isptar Mater Dei u jispiċċaw għal ħin twil jistennew fuq stretcher, tinbidel is-sitwazzjoni u dawn il-pazjenti jibdew jingħataw iktar dinjità milli fil-fatt qegħdin jingħataw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjenti li jiddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kollha jiġu ttrattati b’mod dinjituż u dejjem jingħataw sodda irrispettivament miċ-cirkostanzi.

Sptar Mater De — Interventi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fin-numru ta' operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei matul il-perjodu ta' Jannar u Ġunju 2011 meta komparat mal-istess perjodu tas-snin ta' qabel u allura permezz t'hekk iż-żmien ta' stennija se jonqos minħabba li qed jiżdied iktar in-numru ta' interventi? Jista' jgħid f'liema oqsma qed jiżdiedu l-interventi, liema oqsma baqgħu bl-istess figuri u f'liema oqsma naqas in-numru ta' interventi matul dan l-istess perjodu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riforma fl-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għar-riforma fis-servizz tal-emerġenza biex pazjenti ma jdumux ħin twil jistennew qabel ma jiddeċiedu jekk humiex sejrin jinżammu l-isptar jew jekk humiex sejrin jintbagħtu d-dar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li qiegħed isir studju biex jiġu identifikati riżorsi u sistemi biex ikun jista’ jitnaqqas dan id-dewmien. Il-fattur kritiku jibqa’ dejjem skont kemm ikunu daħlu każijiet ta’ emerġenza tal-ewwel prijorita’ matul xi ħin partikolari fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Dawn ir-riżorsi jinkludu aktar konsulenti biex ikopru 24 siegħa kuljum, kif wkoll metodi ġodda ta’ kif issir il-klassifika tal-prijoritajiet, skont studju li qed nagħmlu bħalissa.

effetti ta' telefonati ċellulari

Question

Jista' l-Ministru jgħid, wara rapporti ta' studju li dehru f'ġurnali lokali dwar l-effetti tat-telefonati ċellulari x'inhu l-parir li jagħti d-Dipartimet tas-Saħħa f'Malta dwar l-użu ta' dan is-servizz u r-riskju li persuna tkun qed tagħmel meta tagħmel użu minnu u jekk tkunx iktar esposta għall-mard tal-cancer minħabba r-raġġi li tirċievi minn ġewwa t-telefonija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa x-xahar li għadda ħarġet stqarrija għall-istampa li ġġib in-numru 208 fejn ikklassifikat ir-riskju mill-użu tat-telefon ċellulari bħala ‘possibly carcinogenic’ għall-bniedem. Dan hu bbażat fuq żieda ta’ riskju għal ‘glioma’ li huwa tip ta’ kanċer tal-moħħ malinn. Fl-istess stqarrija jingħad li din il-kunklużjoni tfisser li jista’ jkun hemm xi riskju u għalhekk għandu jkun hemm aktar solveljanza dwar ir-rabta’ bejn l-użu tat-telefon ċellulari u r-riskju tal-kanċer. Matul l-aħħar ftit snin, kien hemm tħassib dwar il-possibbiltà ta' effetti fuq is-saħħa li jirriżultaw minn espożizzjoni għall- radiofrequency electromagnetic fields , bħal dawk emessi minn apparat ta’ komunikazzjoni wireless . Grupp iffurmat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Aġenzija Internazzjonali għal Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) ikkonkludew li jista’ jkun hemm xi riskju iżda dan s’issa għadhu mhux pruvat. Dawn l-organizazzjionijiet qed isegwu mill-qrib għal konnessjoni bejn mowbajls u riskju tal-kanċer.

informazzjoni dwar oqbra

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma l-applikazzjoni għall-qabar, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn tinstab fil-waiting list billi ilha pendenti dan iż-żmien kollu? Jista' jikkonferma li l-proġett imħabbar ftit qabel l-elezzjoni 2008 fejn kellhom jibnew 2782 qabar ġdid li minnhom 2500 kienu se jiġu allokati lill-pubbliku għadux tal-istess daqs?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru tal-applikazzjoni għall-qabar kif referut fil-mistoqsija ma jeżistix. Il-format huwa DH 39, is-sena tal-applikazzjoni u n-numru tal-applikazzjoni f’dik is-sena eżempju: (DH 39/sena/numru). Rigward l-estensjoni taċ-Ċimiterju nikkonferma li dan għadu tal-istess daqs jiġifieri ta’ 2972 il-qabar ġdid.

Residenza San Vinċenż de Paule — persuni fi stat veġitattiv jew f'koma

Question

Jista' l-Ministru jgħid fir-Residenza San Vinċenż de Paule, kemm-il persuna tinsab fi stat veġitattiv u f'koma separatament? Fiż-żewġ kundizzjonijiet kemm-il jum ilu dokumentat kull każ? Kemm jirriżultalu li mietu anzjani fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena li kien dokumentat li kienu f'kull waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonjiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm 3 pazjenti li huma li stat veġetattiv. Dawn kienu mdaħħla fit-18 ta’ Lulju 2007, fis-16 ta’ Mejju 2009, u fis-26 ta’ Novembru 2009 rispettivament. L-ebda resident ma jinsab f’koma. Ma kienx hemm residenti li kienu dokumentat li kienu f’xi waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li mietu matul il-perjodu indikat.

Direttorat — inspections fuq kiosks

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk humiex isiru inspections mid-direttorat imsemmi fir-rigward ta' kiosks armati fil-bajjiet, mnejn jinbiegħu prodotti tal-ikel u saħansitra jsir tisjir tal-ikel u fejn jiġi storjat ukoll apparat bħal umbrellel, beach beds u deck chairs fl-istess kiosk, u kif dawn m'għandhomx faċilitajiet sanitarji adekwati? Jista' jipprovdi elenku tal-ispezzjonijiet u l-azzjonijiet li ttieħdu mid-direttorat, lokal b'lokal u dan mis-sena 2008 sa 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27363 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Home help

Question

Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' mara, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha oħtha b'diżabilità u applikat għal home help u li għadha qed tistenna risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat għas-servizz tal-Home Help fis-27 ta’ Ġunju 2011 u fl-istess data l-file tagħha intbgħat lis-sezzjoni tas-Social Work biex issir viżta u rapport mis-Social Worker. Meta dan jitlesta’ u jintbgħat lis-sezzjoni tal-Home Help, il-Bord tal-Allokazzjoni jkun jista’ jikkonsidra l-każ.