Istitut tal-Istudji Turistiċi — studenti li gradwaw
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi gradwaw fil-livell 4 u 5 tal-Malta Qualifications Framework, kors kors, għal dawn l-aħħar 5 snin maqsumin irġiel u nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sal-aħħar ta' Decembru 2010 kienet tirċievi s-sussidju fuq id-dawl u l-ilma (voucher) u issa mhux qed tircevih? Tista' tingħata risposta dwar il-pożizzjoni tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew persuna tal-fiduċja tagħha biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha jew iċċempel fuq in-numru 159 għal aktar informazzjoni.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' ġuvni, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li huwa otist u l-bord tal-Aġenzija Sapport kien approva sitt sigħat fil-ġimgħa u huma jixtiequ li jkollu aktar sigħat u peress li l-helper tieghu qiegħed bil-light duty dan il-ġuvni spiċċa bla għajnuna? Barra minn hekk, hu għandu problema ta' trasport biex imur id-day centre ta' Kordin. Jista' jgħid jekk hijiex proċedura li d-dipartiment ma jippovdix trasport għal dan il-ġuvni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-
support worker
regolari mistenni jirritorna lura għall-ħidma tiegħu mal-imsemmi klijent fl-ewwel ta’ Marzu. Huwa pjanat ukoll li tiġi mħarrġa persuna oħra biex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili.
Tista’ l-Ministru tindika kif intnefqu l-fondi li ngħataw mill-gvern lill-Public Broadcasting Services bħala public service obligation għall-perjodu Ottubru 2009 - Ottubru 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-PBS tkun tista’ tissottometti d-dettalji mitluba ghas-sena Ottubru 2009 – Settembru 2010 meta jiġu awditjati.
CEO u t-top management tal-PBS — pakkett finanzjarju
Question
Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju li għandhom iċ-Chief Executive Officers tal-Public Broadcasting Services u t-top management tal-kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa — infiq mill-PBS
Question
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar l-infiq li sar s’issa min-naħa tal-Public Broadcasting Services biex itella’ l-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa? Tista’ tagħti breakdown tan-nefqa totali u tindika liema kuntratti ngħataw b’direct order jew wara sejħa għall-offerti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għall-ewwel darba, din is-sena il-festival ġie mtella’ b’mod kummerċjali u l-PBS għamlet net profit mill-organizazzjoni tal-festival u ma ntużawx l-ebda fondi pubbliċi.
Euro inc vat
Remarks
Lighting & lighting consoles
€25,519
Tender
Screens
€17,700
Tender
Venue
€23,998.84
Tender
Stage
€38,940
Tender
Sound
€12,799.46
Tender
Hire of OB
€10,325
direct (sole supplier)
Hire of crane
€9,794
direct (sole supplier)
Coordinator personnel
€3,540
Consultancy
Audio personnel
€6,844
Consultancy
Lighting personnel
€11,564
Consultancy
Performers
€10,800
Performers
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 23742 li oriġinarjament lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa saret lilha tgħid u tipprovdi statistika (nisa għalihom u rġiel għalihom) tal-aħħar ħames snin dwar ir-rata ta' impjieg, qgħad, dawk li mhumiex ekonomikament attivi u li qed ifittxu x-xogħol u persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ huwa 228.
In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'Malta u Għawdex separatament huwa hekk:
Maltin: 220
Għawdxin: 8
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada jaħdmu 21 ħaddiem li minnhom hemm ħaddiem li huwa Għawdxi u jaħdem Malta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-MCAST? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-MCAST f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST għandu 564 ħaddiema
full-time
. Minn dawn, 29 huma Għawdxin: 27 minnhom jaħdmu Għawdex u t-2 l-oħra jaħdmu Malta.
Tista' l-Ministru tispjega għaliex studenti li jsegwu l-kors tagħhom full-time ġewwa l-MCAST għandhom ġuranta skolastika itwal (8:00am-6:30pm) minn studenti li jattendu korsijiet full-time fi skejjel oħra (8:00am - 4:30pm)? Huwa veru li hemm nuqqas kbir ta' għalliema mħarrġa sabiex jgħallmu s-suġġetti tal-Business u l-IT ġewwa l-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Huwa biss f’istitut wieħed li hemm xi lekċers ta’ full day courses li qed isiru wara l-4.30p.m. u li jispiċċaw sas-6.30 p.m. Dan isir minħabba l-esiġenzi ta’ suġġetti li jitolbu l-preżenza ta’ membri tal-istaff akkademiku li ma jkunx disponibbli matul sigħat aktar kmieni minħabba fix-xogħol ewlieni tagħhom.
L-intervisti għal għalliem/a ġdid/a tal-
Business
saru u l-kandidat li ġie l-ewwel diġa’ ġie kkuntatjat u qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex dan jibda mingħajr dewmien. Rigward l-IT, ġiet iffissata d-data għall-intervisti u huwa ttamat li l-vakanzi kollha jistgħu jimtlew mill-aktar fis.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — fuel
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża fuq fuel għall-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2010 xahar b'xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid ta' liema ditta huma? Tista' tgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar — permessi għall-bini ta' appartamenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23662, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex permessi validi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinbnew appartamenti f'Burmarrad? Jekk iva, liema huma dawn il-permessi, u x'qed iwassal lill-Awtorità biex ma tibniex dak li għandha permess għalih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm l-Awtorità tad-Djar għandha l-permessi meħtieġa biex isir xogħol fuq il-post indikat, f’dan il-mument l-awtorità ma għandha l-ebda pjani biex isir dan ix-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid meta se tkun indirizzata l-problema soċjali akuta, tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għall-finijiet tal-Awtorità tad-Djar ilha fuq il-priority list għal għadd ta' xhur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva nhar l-20 ta’ Novembru, 2009. Minħabba l-kundizzjoni ta’ mard li għandha, l-applikanta għandha bżonn appartament bi tlett ikmamar tas-sodda isfel. Hija tixtieq li tiġi allokata post ġewwa l-lokalita ta’ Bormla biex tkun viċin il-familjari tagħha. Fil-preżent l-Awtorità tad-Djar m’għandiex apartamenti ġewwa Bormla adattati għall-bżonnijiet ta’ din l-applikanta.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — politika tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jirrigwarda l-persuni b'diżabilità li jindika x'inhi l-politika tal-gvern u li fuqha qed timxi l-istess Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità? Min huma l-membri tal-istess Kummissjoni u min jaħtarhom? Kemm hemm impjegati mal-istess Kummissjoni kemm fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time? X'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont Artiklu 30 tal-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Kap 413), id-dokument imsemmi fil-mistoqsija għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu.
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport tas-sena 2009 u nformazzjoni oħra relatata mal-Mistoqsija.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li benefiċċji tal-enerġija fil-forma ta' voucher mhux qed jinħarġu? X'inhi r-raġuni għal dan? Kemm ilhom ma jinħarġu u jintbagħtu lil min huwa intitolat għal dan il-benefiċċju? Meta ħarġu l-aħħar u liema perjodu kienu jkopru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa din il-ġimgħa inħarġu l-vawċers kollha għall-kontijiet li ħarġu sat-12 ta’ Frar. Id-Dipartiment għadu kemm irċieva l-kontijiet li ħarġu fid-19 ta’ Frar u l-vawċers għal dawn il-kontijiet, fejn applikabbli, għandhom jintbagħtu lil benefiċċjari sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa.
Il-proċess tal-ħruġ tal-vawċers ittardja għal xi ħmistax għaliex kien hemm ħtieġa ta’ tibdil fis-sistema tas-
software
li tipproċessa l-benefiċċju ta’ l-enerġija. Hekk kif ix-xogħol tlesta id-dipartiment ipproċessa t-talbiet kollha li kien hemm pendenti f’dan il-perjodu.
Tista' l-Ministru tgħid jekk iż-żewġ fondi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament u li huma tal-gvern humiex vojta jew le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-isforz li għamlet l-Awtorità tad-Djar irriżulta li m’għandiex informazzjoni fuq dawn il-binjiet. Għaldaqstant nitlob lil Interpellant biex jkun aktar speċifiku fl-indirizzi.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 22014 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-White Rocks, liema proġett kellu jinbidel f'kumpless sportiv u jekk hux veru li f'dan il-kumpless hemm ippjanati villel u flats?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21644.
xandir tal-istat — ħin ta' xandir għall-kumpaniji privati
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22008, tista' l-Ministru tgħid minn huma dawn il-kumpaniji li qed jagħmlu użu mix-xandir tal-istat u kemm kull kumpanija għandha sigħat ta' xandir fil-ġimgħa fuq l-istess stazzjon?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.