Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej:
a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet?
ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
d. Kemm hemm
chairpersons
nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat?
e. Kemm inħatru diretturi u
chairpersons
wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatlu bi vjolenza nisa u rġiel fl-2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Jista' jindika f'kemm każi, sena b'sena, il-qtil tan-nisa kien sar minn raġel/irġiel u viċi versa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-omiċidji li seħħew bejn l-2005 u l-2009 kienu kif ġej:-
Infurmat ukoll f’każ ta’ 2 nisa maqtula fl-2005, mara fl-2008 u tlieta oħra fl-2009, kien ġie akkużat bil-qtil tagħhom raġel. Ma kien hemm ebda każ matul l-istess perjodu fejn il-mara ġiet akkużata bil-qtil ta’ raġel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tixtieq iżżomm annimali domestiċi fid-dar bħal klieb, qtates, għasafar eċċ. għandhiex bżonn ta' permess tal-pulizija skond il-liġi? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' permess hemm bżonn u kif tapplika għalih?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija toħroġ liċenzji għaż-żamma ta' kelb li jkollu aktar minn sitt xhur u dan skont kif previst fl-Att dwar il-Klieb (Kap 312). Din il-liċenzja tista' tinkiseb billi wieħed imur fl-uffiċċju tal-Pulizija tad-Distrett fejn joqgħod.
Jista’ il-Ministru jgħid, mill-1993 sal-lum x’kienu u x’inhuma t-taqsimiet kollha u l-branki kollha tal-Korp tal-Pulizija? Kif ukoll kemm kien hemm membri stazzjonati fihom f’kull sena, u x’tip ta’ shift kienu jaħdmu fil-branka li kienu stazzjonati fihom kull sena, skond l-eżempju li qed jintbagħat separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ma nħossx illi t-tagħrif ta' din in-natura għandu jkun magħmul pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pulizija li bħalissa huma sospiżi mill-Korp? Meta kien sospiz kull wieħed, fuq liema akkuża u ta' liema rank huma? Jista' jgħid ukoll kemm hemm membri tal-korp li qed jiġu investigati iżda mhumiex sospiżi? X'inhuma l-akkużi u ta' liema rank huma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Żgħażagħ taħt is-sbatax-il sena f'postijiet ta' divertiment
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul Novembru, Diċembru u sal-10 ta' Jannar 2010, kemm inqabdu tfal taħt is-sbatax-il sena f'xi postijiet tad-divertiment? Fejn u x'passi ttieħdu kontra dawn iż-żgħażagħ u kontra s-sidien tal-postijiet tad-divertiment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul il-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru inqabbdu 41 persuna taħt is-sbatax -il sena ġewwa postijiet ta' divertiment f'San Ġiljan, il-Belt, Ta' Qali, Msida u B'Kara. B'riżultat ta' dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 24 persuna responsabbli mill-postijiet ta' divertiment fejn instabu dawn iż-żagħżagħ.
Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta — tliet arbitri - rapport
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-rapport imressaq mit-tliet arbitri rigward it-talbiet li għamlet l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jilqa' xi talbiet illi saru mill-istess assoċjazzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Ministeru u d-Dipartiment tal-Pulziija qegħdin flimkien jistudjaw r-rakkmandazzjonijiet magħmula mit-tliet arbitri, kif ukoll l-implikazzjonijiet tagħhom, bil-ħsieb li sa fejn hu possibbli u prattikabbli dawn jiġu implimentati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ħsieb tal-Gvern li jintervjeni sabiex jogħla l-livell u jiġu nklużi faċilitajiet sanitarji fis-sentry boxes użati mill-pulizija sabiex dawn jagħmlu għassa magħrufa bħala Fixed Point?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ma naħsibx illi s-suġġeriment tal-Onor. Interpellant huwa prattikabbli, u dan għal diversi raġunijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija, li filwaqt li jkunu xogħol, tinqala ċ-ċirkostanza li jużaw it-taser gun, qegħdin jittieħdu passi dixxiplinari kontrihom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif ġa kelli l-okkazzjoni nispjega, ninforma lill-Kamra, l-użu tat-taser gun minn membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, huwa regolat permezz ta' żewġ ċirkolarijiet interni li l-Korp ħareġ fl-2008 u fl-2009. Iċ-ċirkolarijiet jispjegaw b'mod mill-aktar iddettaljat iċ-ċirkostanzi meta it-taser gun għandu jintuża. Fejn jirrżulta li dawn l-istruzzjonijiet ma ġewx segwiti jew li kien hemm xi abbuż, jittieħdu passi dixxiplinarji.
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm kien in-numru ta' każijiet ta' moħqrija fuq l-annimali, tjur, pets eċċ. rapportati lill-pulizija? Kemm tressqu każijiet il-Qorti abbażi ta' dawn ir-rapporti f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2009 ġew irraputati lill-Pulizija 108 każ ta' moħrija ta' annimali. Matul l-istess żmien kien hemm 20 persuna li ttellgħu il-Qorti fuq dawn ir-reati, wieħed minnhom f'Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika rapportati lill-pulizija matul l-2009 f'Malta u Għawdex, separatament? Kemm minnhom kienu tfal, ommijiet xebbiet, żgħażagħ, nisa u/jew irġiel?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:14009 - Victims of Domestic Violence.doc
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm-il każ ta' vjolenza fuq l-anzjani ġie rapportat lill-pulizija f'Malta u Għawdex, separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2009 kien hemm 185 persuna ta' sittin jew aktar, li kienu vittmi ta' xi tip ta' vjolenza kriminali. Minn dawn kien hemm żewġ każijiet f'Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u/jew kumpaniji privati li l-pulizija ressqet quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex rispettivament, matul l-2009?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ f'dawn l-aħħar tliet snin skond is-suġġett? Kemm minnhom saru minn Għawdex jew Malta separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' arbitraġġi li daħlu f'dawn l-aħħar tliet snin fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ huwa kif ġej:-
Sena Malta Għawdex
2007 422 31
2008 381 35
2009 388 23
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-każijiet skont is-suġġett.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ttellgħu l-Qorti wara li rriżulta li kienu involuti f'serqiet f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar, rispettivament matul l-2009?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 56 persuna fuq serq minn San Pawl il-Baħar, 5 persuni mill-Mellieħa u 8 persuni minn Naxxar.
Logħob importanti tal-Premier League — parking ta' vetturi
Question
Jista' l-Ministru jara li ma jkunx hemm kaos fil-parking tal-vetturi kull darba li jkun hemm logħba importanti fil-grawnd tal-Hibernians f'Kordin? Jaf li nhar il-Ġimgħa 8 ta' Jannar waqt il-logħba tal-Premier League Hibernians vs Qormi, tant kien hemm konfużjoni, li kieku nqala inċident, la l-ambulanza u lanqas xi mezz ieħor tas-sigurtà ma kienu jistgħu jgħaddu? Għaliex din il-konfużjoni qed titħalla ssir spiss mingħajr l-ebda kontroll mill-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-ġurnata msemmija mill-Onoervoli Interpellant, il-pulizija idderiġiet id-dħul tal-vetturi lejn l-ground tal-Hibs b’mod koordinat u bl-aħjar mod li setgħet fiċ-ċirkostanzi ta’ l-area in kwistjoni sabiex ma jsirx parkeġġ bl-addoċċ. Saħansitra l-ambulanza daħlet b’mod normali lejn l-Hibs ground u pparkjat ġewwa l-istadium għal eventwalità ta’ xi inċident. Apparti dan, il-pulizija ħadet ħsieb ukoll li f’każ li jkun hemm bżonn li vetturi ta’ emerġenza oħra jkunu meħtieġa fuq il-post dawn setgħu jgħaddu mit-triq li kienet qed tiġi ssorveljata mill-pulizija.
Infurmat ukoll illi minħabba l-volum kbir ta’ vetturi li kienu qed jipproċedu lejn dan l-
ground
, kien hemm stennija ta’ xi ħin sakemm il-persuni kollha setaw jipparkjaw il-vetturi tagħhom f’postijiet fejn ma jostakolawx il-passaġġ lejn l-entratura tal-Hibs
ground
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ġew irrapurtati li kienu qed jitlajjaw għal skop ta' prostituzzjoni matul is-sena 2009? Jista' jgħid ukoll f'liema nħawi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2009 inqabdu 61 persuna li bejniethom tressqu quddiem il-Qorti 335 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni f'Ta' Xbiex, il-Gżira u l-Marsa.
Pulizija — ħlas tal-Extra Duty Hours fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex uffiċjali tal-Pulizija għadhom ma tħallsux għall-extra duty hours fl-Isptar Mater Dei bejn Awwissu u Settembru 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ħlas għal dan ix-xogħol inħadem u se jitħallas mal-paga ta' dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni mill-Korp tal-Pulizija fir-rigward tal-kumpanija, li isimha qed jintbagħat separatament, li kienet involuta direttament jew indirettament fl-industrija tal-pornografija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li kienet għamlet il-Pulizija fiż-żmien li kienet saret l-allegazzjoni, ma kienx irriżultaha li kien hemm xi ksur ta' liġi fl-operat tal-kumpanija msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid min għandu dritt għal legal aid? Jista' jgħid min kienu l-avukati li wettqu xogħol ta' legal aid u kemm kien il-ħlas totali li sar lil kull wieħed minnhom ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Fil-proċeduri ċivili tista’ ssir talba b’rikors lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. It-talba tista ssir ukoll bil-fomm lill-Avukat għal Għajnua Legali. Il-persuna li titlob il-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali trid taħlef li jidhrilha li għandha jedd tajjeb u li ma għandha ebda proprjetá tal-valur ta’ tlett elef lira jew aktar. Jaħlef ukoll li l-qliegħ tiegħu fis-sena huwa anqas mill-paga nazzjonali minima. Fil-kalkolu ma jittieħedx qis tar-residenza prinċipali ta’ min japplika. Ir-rekwiżiti dwar il-mezzi finanzjarji ma japplikawx fil-każ ta’ proċeduri għall-korrezzjoni jew tħassir ta’ xi reġistrazzoni ta’ xi att tat-twelid, taż-żwieġ jew tal-mewt jew għal xi reġistrazzjoni ta’ att bħal dan.
L-Avukat ta’ l-Għajnuna Legali imbgħad jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Qorti li tagħti d-deċizjoni tagħha.
Fil-proċeduri kriminali fil-qrati superjuri it-talba għall-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali ssir jew b’rikors jew bil-fomm lill-Avukat ta’ l-Għajnuna Legali. Tista’ wkoll tiġi informata l-Qort mill-akkużat u f’dan il-każ il-Qorti tavża lill-Avukat ta’ l-Għajnuna Legali li jinforma lill-Qorti bl-isem ta’ l-Avukat għall-Għajnuna Legali li jkun se jirrapreżenta lill-akkużat.
Fil-proċeduri kriminali fil-Qrati tal-Maġistrati, l-Qorti taħtar lill-avukat li jkun imissu mill-elenku ta’avukati
ex ufficio.
Il-kondizzjonijiet dwar proprjetá u dħul li japplikaw dwar il-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali fi proċeduri ċivili ma japplikawx għall-proċeduri kriminali.
L-Avukati huma :- Dr Martin Fenech, Dr Patrick Valentino, Dr Mark Busuttil, Dr Anthony Cutajar, Dr Renzo Porsella Flores, Dr Kevin Mompalao u Dr Jean Paul Grech u jitħallsu €582.34 kull wieħed kull 3 xhur.