Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15437.

Il-Kalkara — Charging Points tad-dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23500 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid meta se jibdew jaħdmu ċ-Charging Points tad-dgħajjes ġewwa l-Kalkara peress li ilhom imwaħħlin sentejn u għadhom ma jaħdmux?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet prinċipali huma lesti. Qed nistennew li jiġi mgħoddi cable tal-elettriku biex ikun jista’ jigi kkummisjonat is-servizz ġol-feeder pillars tax-Xatt tal-Birgu.

Il-Qrendi — Toroq urbani u residenzjali ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda fil-Qrendi matul is-sena 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq fil-Qrendi: · Sqaq fi Triq Wied Costa, · Sqaq Nru. 2 fi Triq tal-Ħniena, · Triq bla isem fi Triq Wiedi ż-Zurrieq, u · Triq bla isem fi Triq il-Madonna tal-Ħniena.

L-Imqabba — Toroq urbani u residenzjali ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda fl-Imqabba matul is-sena 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq fl-Imqabba: · Triq Baskal Xuereb, u · Sqaq Nru. 1 fi Triq is-Sejba.

Iż-Żurrieq — Toroq urbani u residenzjali ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda fiż-Żurrieq matul is-sena 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq fiż-Żurrieq: · Triq Constantino Farrugia, · Triq Dun Nazzareno Farrugia, · Triq San Porfirju, · P/o Triq Salvu Saliba, · Sqaq fi Triq Wied iż-Żurrieq, · Sqaq tal-Blat, · Sqaq S. Ciru, u · triq bla isem fi Triq Wied iż-Żurrieq.

Birżebbuġa — Toroq urbani u residenzjali ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda f'Birżebbuġa matul is-sena 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq f’Birżebbuġa: · Triq il-Madonna ta’ Lourdes, · Sqaq Borġ in-Nadur, · Sqaq fi Triq tal-Papa, No. 1, u · Sqaq fi Triq il-Fortizza, No. 2.

Ħal Kirkop — Toroq urbani u residenzjali ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda f'Ħal Kirkop matul is-sena 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq f’Ħal Kirkop: · Triq San Pietru, Kirkop, · Triq L-industrija, · P/o Triq San Nikola, u · Mistraħ Kirkop.

Ħal Safi — Toroq urbani u residenzjali ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda f'Ħal Safi matul is-sena 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq f’Ħal Safi: · Triq Qerd in-Naħal, u · Sqaq fi Triq it-Torri ta' Ġawhar.

Vetturi b’kontravenzjonijiet pendenti — Trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24127 u jgħid jekk it-trasferiment ta’ vetturi b’kontravenzjonijiet pendenti jistgħux jitwettqu mingħajr ma titħallas il-kontravenzjoni msemmija? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ verifiki jsiru mal-LESA sabiex jiġi kkonfermat li dawn il-kontravenzjonijiet ġew imħallsa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’każijiet fejn vetturi jkollhom kontravenzjonijiet pendenti, it-trasferiment tal-istess vetturi ma jistax isir qabel ma dawn il-kontravenzjonijiet jitħallsu kompletament, kemm jekk qabel it-transazzjoni kif ukoll waqt it-transazzjoni tat-trasferiment. Min-naħa tas-sistema ta’ Transport Malta, l-informazzjoni relatata mal-kontravenzjonijiet tat-traffiku tiddaħħal direttament mil-LESA. Din tinkludi d-dati tal-kontravenzjonijiet, id-data tat-tribunal (fejn applikabbli), l-ammont monetarju għal kull kontravenzjoni individwali, kif ukoll deskrizzjoni ċara tal-kontravenzjoni. F’każijiet fejn ikun hemm dubji jew fejn tkun meħtieġa xi verifika, Transport Malta titlob aktar dettalji kif meħtieġ. Fejn ikun hemm bżonn, il-klijent jiġi nfurmat biex jikkuntattja direttament lil LESA għal aktar informazzjoni jew ċarezza.

Ir-Rabat, Malta — Vjal il-Ħaddiem/Triq Ħad-Dingli - Gutters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġu rranġati l-gutters fi Vjal il-Ħaddiem/Triq Ħad-Dingli, fir-Rabat, Malta li jinsabu quddiem il-binja magħrufa bħala ex-fabbrika tax-xemgħa, peress li qegħdin jisfrondaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat lix-xogħol li jikkonsisti f’tiswijiet ta’ gutters se jsir din il-ġimgħa.

CT3180/2014 — Supply, Delivery, Installation, Commissioning and Maintenance of an Adaptive Traffic Light Solution

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23894 u 24169 u jgħid kemm attwalment ġie jiswa x-xogħol kollu relatat ma' tender CT3180/2014?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni disponibbli dan il-kuntratt ġie ċertifikat li jiswa €603,116.04.

CT3180/2014 — Supply, Delivery, Installation, Commissioning and Maintenance of an Adaptive Traffic Light Solution

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23895 u 24170 u jgħid min iċċertifika x-xogħol relatat ma' tender CT3180/2014, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-commissioning tas-sistema implimentata grazzi għal dan it-tender?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Raħal Ġdid — Triq Sammat - Problema bl-ilma tax-xita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-problema li qegħdin jiffaċċjaw numru ta’ residenti b’ilma tax-xita jidħol f’darhom fi Triq Sammat f’Raħal Ġdid wara li saret it-triq fejn jidher li l-qlib ma sarx sewwa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Periti ta’ Infrastructure Malta żaru s-sit u qed iħejju rapport.

Ħal Għaxaq — Triq it-Telleritu - Xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq it-Telleritu f’Ħal Għaxaq, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx, kemm damu għaddejjin u kemm ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Intepellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Triq l-Imdina — Crash barriers protettivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan/il-ħsieb li jsiru crash barriers protettivi tul Triq l-Imdina kollha (direzzjoni minn Ħal Balzan sa Fleur de Lys), ċjoè minn Vjal De Paule (Ħal Balzan) u jibqgħu sejrin id-direzzjoni kollha sal-Arkata ta' Fleur De Lys biex ikunu protetti l-walking paths li hemm tul din it-triq tant traffikuża? Jekk iva, jista’ jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u jekk le, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li mhux se jsiru?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Vetturi rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn vetturi ta’ kull kategorija rreġistrati mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Liċenzji tal-vetturi – Żieda fil-ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm għola l-ħlas tal-liċenzji tal-vetturi f’kull kategorija mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma għal kull sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara l-2012 ma kienx hemm żidiet fit-tariffi annwali tal-liċenzji taċ-ċirkolazzjoni għall-vetturi bil-mutur.

Penali ta’ kontravvenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-penali ta’ kontravvenzjonijiet fl-2012 u kemm kienu fl-2024? Jista’ jipprovdi tabella b’din l-informazzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Prezz għall-VRT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas tat-test tal-VRT fl-2012 u kemm jiswa fl-2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlasijiet tal-VRT huma stabbiliti fit-Tmien Skeda tar-Regolamenti dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq (Leġislazzjoni Sussidjarja 65.15), li fiha hemm ippublikati l-ħlasijiet tal-VRT għall-kategoriji kollha ta’ vetturi bil-mutur. It-tabella segwenti tiġbor fiha l-ħlasijiet tal-VRT li kienu applikabbli fis-sena 2012 u dawk li huma applikabbli fis-sena 2024: Kategorija tal-Vettura Dritt Sħiħ € Dritt Sħiħ € 2012 2024 M1: Vetturi tal-Ġarr ta’ Passiġġieri li ma jġorrux aktar minn tmien persuni minbarra x-xufier 20.27 30.27 N1: Vetturi tal-Ġarr ta’ Merkanzija li jkollhom l-ogħla massa permessibbli ta’ mhux iżjed minn 3.5 tunnellati 26.32 41.32 M2 u M3: Vetturi tal-Ġarr ta’ Passiġġieri li jġorru aktar minn tmien persuni minbarra x-xufier 31.10 46.10 N2 u N3: Vetturi tal-Ġarr ta’ Merkanzija li jkollhom l-ogħla massa permessibbli li tkun iżjed minn 3.5 tunnellati 31.10 46.10 Dawn il-ħlasijiet kienu ġew riveduti għall-ewwel darba wara għoxrin sena fl-2020 permezz tal-Avviż Legali 330 tal-2019, li permezz tiegħu il-ħlasijiet tal-VRT ġew miżjuda b’mod inkrimentali bejn is-sena 2020 u s-sena 2023. Din iż-żieda, li kienet diskussa u maqbula mal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (Chamber of SMEs) li jirrappreżentaw lis-settur, kienet tifforma parti minn riforma usa’ tas-settur, li kienet tinkludi b’mod partikolari l-liberalizzazzjoni sħiħa tal-liċenzji biex jitħaddmu stazzjonijiet tal-VRT, li qabel kienu limitati għal 40. Fil-fatt, mis-sena 2020 in-numru ta’ liċenzji m’għadux wieħed fiss u kull applikant li jissodisfa r-rekwiżiti legali u tekniċi preskritti huwa mogħti dik il-liċenzja.