Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – Bini mill-ġdid ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema toroq residenzjali fil-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar huma fil-listi ta’ prijoritajiet sabiex jinbnew mill-ġdid/għall-ewwel darba?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Mellieħa diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Marfa, Triq Little Armier, Triq it-Telgħa ta’ Selmun, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Mellieħa, Triq il-Mejjiesa, Triq Luis Wettinger, Triq ir-Ramla, Triq il-Palma, il-pont tal-Mistra, Triq it-Tunnara u Triq it-Torri l-Abjad. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq l-Għar u Casa u Triq il-Barkazza biex ġie mtejjeb l-aċċess għar-residenti b’mod temporanju, sakemm is-sidien u l-iżviluppaturi rispettivi jonoraw l-obbligi legali tagħhom li jiffurmaw l-istruttura tal-istess toroq, sabiex b’hekk eventwalment ikunu jistgħu jitlestew b’wiċċ t’asfalt ġdid. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq il-Marfa (l-Għadira) u Triq it-Torri l-Aħmar, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq it-Tabib Joseph Grech Attard, Triq ir-Rattan, it-taraġ fi Triq it-Tgħam, Triq il-Pepprin, Triq l-Għaqda, Triq Għajn Tuta, Triq Wied Musa u Ta’ Qasam Barrani/il-Mofra (Għadira). Fil-lokalità tan-Naxxar diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq ix-Xbieki, Triq John Adye, Triq San Franġisk t’Assisi, Triq San Pawl, fit-Telgha ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq il-Forġa, Triq Ħannewija, Triq Francis Attard, Triq il-Fortizza tal-Mosta, Triq il-Mazza, triq bla isem fi Vjal il-Labour, Triq Ċipru, Triq Ġibiltà, Triq il-Libja, Triq il-Marokk, Triq Korfu, Triq l-Arġentina, Triq l-Ingilterra, Triq Ċili, Triq il-Brażil, Triq il-Mitħna, Triq Spanja, Triq il-Ġermanja, Triq il-Milizzja, Triq it-Tuffieħ, Triq l-Irziezet, Triq l-Oqbra ta’ Ħawwat, Triq il-Kappella ta’ Santa Marija, Tal-Qadi, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, Triq Tal-Balal, roundabout junction ġdida fi Vjal il-Labour, kif ukoll titjib fir-roundabout junction bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq iċ-Ċirasa, Triq il-Berquq, Triq il-Ġellewz, Triq is-Sgħajtar, Triq Margaret Murray, Triq Andrea Debono u Triq Jean Houel, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq l-Emigranti u Sqaq Ħabel żwejra. Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Luzzu, Triq Għawdex, Triq it-Turisti, Triq Port Ruman, Triq l-Istamnar, Triq Nicola Ardonio, Triq ġdida fi Triq J. Quintinus, Triq l-Indipendenza, Triq Ġużeppi Despot, triq bla isem fi Triq Burmarrad, Triq il-Ħżejjen, Triq il-Wardija, Triq l-Iskuna, Triq Annetto Caruana, Triq it-Tamar u Triq Cunningham. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq il-Lampuki u Triq il-Ħamra, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq l-Imrejkba, Triq il-Bardnell, Triq Luigi Preziosi, triq bla isem fi Triq il-Pwales u Triq Wied Qannotta.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52475 għall-ammont ta’ €28,849.24 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħek fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52476 għall-ammont ta’ €7,417.45 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52477 għall-ammont ta’ €21,788.75 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52478 għall-ammont ta’ €12,198.92 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52479 għall-ammont ta’ €5,238.57 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħek fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52480 għall-ammont ta’ €45,000.00 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Naxxar, Mellieħa, San Pawl il-Baħar – stallazzjoni ta’ bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters fil-lokalitajiet tan-Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’dawn il-lokalitajiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Infrastruttura Malta – Proġett fis-Salina – Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li x-xogħol kollu li qed tagħmel Infrastruttura Malta fis-Salina preċiżament fil-bidu tat-triq li tagħti għat-telgħa magħrufa bħala t’Alla u Ommu sarx skont il-permessi approvati u jekk hu hekk allura meta mistenni jitlesta dan il-proġett li ilu mibdi għal madwar sena u nofs ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Il-proġett fis-Salina li qed issir referenza għalih se jibdel żona li tħalliet mitluqa minn amministrazzjonijiet preċedenti, f’parkeġġ u ġnien pubbliku bil-bandli għar-residenti tal-inħawi. Ix-xogħlijiet ta’ tħaffir u pedamenti saru taħt superviżjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minħabba s-sensittività storika ta’ din iż-żona. F’Ġunju li ġej tkun lesta l-ewwel fażi tal-proġett, li tinkludi x-xogħlijiet kollha man-naħa li tmiss mar-residenzi u bini ieħor f’din iż-żona. Il-proġett kollu jkun lest fl-aħħar ta’ Settembru li ġej, bl-aħħar xogħlijiet ikunu t-tħawwil ta’ siġar u pjanti fil-ġnien ġdid, peress li jkun aħjar li dawn isiru wara x-xhur tas-sajf. Il-proġett huwa kopert b’żewġ permessi tal-iżvilupp. Jekk waqt ix-xogħlijiet jinstab li jeħtieġ isiru xi tibdiliet tekniċi, jew fejn ikun hemm talbiet ġustifikati għal tibdiliet żgħar mir-residenti tal-inħawi, jintalbu l-emendi għall-istess permessi, hekk kif normalment isir skont il-proċeduri applikabbli tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Proġett tal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira — Pjanti u l-istudji kollha relatati mal-impatt ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u l-istudji kollha relatati mal-impatt ambjentali li l-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira ser ikollu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bħalissa qiegħed isir proġett pilota fuq parti mill-bajja tal-Għadira li għandu jixħet dawl fuq il-visibilità ta’ dan il-proġett. La darba dan il-proġett pilota jintemm, il-konkluzjonijiet tiegħu se jkunu qed jiġu ppubblikati.

San Pawl il-Baħar u Xemxija – Bini mill-ġdid ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta ser tinbena mill-ġdid it-triq ewlenija li tgħaddi miċ-ċentru ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll it-triq li tagħti mill-promenade tax-Xemxija sal-Knisja tax-Xemxija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-triq li qed issir referenza għaliha fl-ewwel parti tal-mistoqsija, Infrastructure Malta se tibniha mill-ġdid wara li entitajiet oħra jwettqu x-xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art li huma jeħtieġu jagħmlu f’din it-triq. Sabiex it-triq tkun f’kundizzjoni aħjar u jonqsu d-diffikultajiet għar-residenti u dawk li jivvjaġġaw minnha, l-aġenzija diġà wettqet xogħlijiet ta’ tiswijiet u kisi mill-ġdid b’mod temporanju ta’ parti mit-triq fl-2020, u fiż-żmien li ġej ser tagħmel xogħlijiet simili ta’ tiswijiet f’parti oħra tat-triq, quddiem il-Knisja Parrokkjali. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17216 tal-leġizlatura li għaddiet.

Xemxija – Żona ta’ rikreazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jesplora l-possibbiltà li fil-parti residenzjali fix-Xemxija tinstab żona bħala wesgħa ta’ rikreazzjoni għat-tgawdija tar-residenti, fejn tkun tista’ tingħata lill-pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 107, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52469 għall-ammont ta’ €27,342.57 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52470 għall-ammont ta’ €9,067.83 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52471 għall-ammont ta’ €45,675.72 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52472 għall-ammont ta’ €9,197.67 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52473 għall-ammont ta’ €20,133.74 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija

Question

B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52474 għall-ammont ta’ €30,731.41 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 122.

Santa Luċija — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Santa Lucija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tejbet l-aċċessi ewlenin għal din il-lokalità bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, bil-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija u anke bniet mill-ġdid il-mina għall-mixi u r-roti (subway) ta’ Triq tal-Barrani, l-aġenzija kkollaborat mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija biex tibni mill-ġdid diversi toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet prinċipali tal-proġett jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - li jestendu kważi żewġ kilometri mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw. Filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale huma lesti, bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħlijiet tat-tieni fażi f’Dawret it-Torri li għandha titlesta sa tmiem dan ix-xahar. F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta għaddiet minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra. Fejn kien meħtieġ, issaħħew ukoll il-pedamenti tat-toroq u nbnew bankini ġodda, qabel ma sarilhom wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Saret ukoll mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u se jsiru xogħlijiet ta’ tisbiħ ieħor fl-istess inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli wara li fl-2020, l-aġenzija kienet diġà ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ din iż-żona. Permezz tal-istess proġett, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ukoll toroq oħrajn fil-viċin, fosthom Triq Klematis, Trejqet Garnaw u Triq Dun M. Mifsud li diġà tlestew, kif ukoll Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra, Triq l-Istefanotis u Triq il-Frezja li x-xogħlijiet fihom mistennija jibdew fiz-zmien li ġej. Fl-aħħar snin, l-aġenzija bniet mill-ġdid toroq oħrajn f’din il-lokalità, bħalma huma Triq Bruka, Triq il-Ġizimin, Triq Żnuber u Triq Gardenja.

Raħal Ġdid — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Raħal Ġdid?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġuzeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat. L-aġenzija bniet ukoll pont ġdid għall-mixi u r-roti li jaqsam minn fuq Triq Dom Mintoff, li jgħaqqad Kordin u l-Kampus tal-MCAST mal-qalba ta’ Raħal Ġdid. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq Karl Chircop u Triq Bormla, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq l-Isqof Buhagiar, Triq il-Baċir, Triq Ħal Tarxien, Triq Ħal Luqa, Vjal Kristu Re, Triq Ħaz-Zabbar, Triq Britannja, Triq Sant’Ubaldesca, Triq It-Tramuntana, Triq il-Kurvetti, Triq is-Sultana. Projects Plus Limited qed taħdem ukoll fuq il-proġett tal-kumpless sportiv tal-football u Rugby li ser isir f’Kordin, limiti ta’ Raħal Ġdid.