Avukati li pprovdew xi konsulenzi jew servizzi lill-GHRC
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-avukati li pprovdew servizzi ta' konsulenza jew servizzi oħra lil Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) wara Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u l-ħlas rispettivament?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Malta u Għawdex — Tul u wisa’ ta’ kull triq arterjali u distributorja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4232 u jagħti lista tat-tulijiet u l-wisa’ ta’ kull triq arterjali u distributorja li għandna f’Malta u Għawdex, inkluż it-tul tal-bankini, it-tul ta’ bicycle lane li fiha (jekk fiha), minn kemm-il karreġjata hi magħmula u kemm-il lane fiha? Jista’ jissottometti pjanta li tindika fejn tinstab kull triq arterjali u distributorja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m’għandi xejn iktar x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4232.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – trasferiment ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer lil ħaddiema ħareġ mill-entitajiet/dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, u jagħti kull entità/dipartiment separatament minn Ġunju 2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Minn liema entità/dipartiment għal liema entità/dipartiment sar kull transfer? X’kienet ir-raġuni li sar kull wieħed minn dawn it-transfers?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti magħmula minn sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn irrapportaw każijiet fejn huma ġew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta, sena b' sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qedgħha titqiegħed fit-tabella t’hawn taħt:-
Sena
Rapporti magħmula minn sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn irrapportaw każijiet fejn huma ġ
ew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta.
Rapporti magħmula minn persuni li jużaw it-trasport pubbliku fil-konfront ta' sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn
irrapportaw każijiet fejn huma ġew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta
.
2015
50
11
2016
53
9
2017
71
13
Sewwieqa tat-trasport pubbliku – rapporti minn passiġġieri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti magħmula minn persuni li jużaw it-trasport pubbliku fil-konfront ta' sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn irrapportaw każijiet fejn huma ġew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta, sena b'sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mil-lokalitajiet rispettivi għall-Belt il-Ħamis l-1 ta’ Marzu 2018?
a) 1 mill-Isla,
b) 2 mill-Birgu,
c) 3 mill-Kalkara,
d) 4 mill-Birgu,
e) 51 mill-Imtarfa,
f) 52 minn Ħad-Dingli,
g) 53 mir-Rabat Tal-Virtù,
h) 56 minn Ħad-Dingli,
i) 61 minn Ħaż-Żebbuġ,
j) 62 mis-Siġġiewi,
k) 63 minn Ħal Qormi,
l) 64 minn Ħal Qormi,
m) 71 miż-Żurrieq,
n) 72 mill-Qrendi,
o) 73 miż-Żurrieq,
p) 74 miż-Żurrieq,
q) 81 minn Marsaxlokk,
r) 82 minn Birżebbuġa,
s) 83 minn Santa Luċija,
t) 84 miż-Żejtun,
u) 85 minn Marsaxlokk,
v) 88 mill-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella sussegwenti liema tabella qegħdha tindika l-informazzjoni mitluba dwar ir-rotot indikati, fit-tragitt tagħhom lejn il-Belt Valletta fl-1 ta’ Marzu 2018.
Numru Tar-Rotta
Numru ta' Vjaggi Skedati
Vjaggi li Saru
Persentagg ta’ affidabilita
Vjaggi li kienu tard
1
43
40
93%
7
2
33
32
97%
-
3
35
32
91%
9
4
34
33
97%
8
51
33
31
94%
1
52
33
32
97%
-
53
21
20
95%
1
56
10
10
100%
0
61
49
48
98%
-
62
49
47
96%
4
63
33
32
97%
1
64
17
17
100%
-
71
49
46
94%
9
72
36
34
94%
2
73
46
45
98%
10
74
18
17
94%
1
81
51
50
98%
1
82
50
49
98%
12
83
32
30
94%
5
84
37
36
97%
12
88
37
36
97%
-
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mill-Belt għal-lokalitajiet rispettivi il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018?
a) 1 għall-Isla,
b) 2 għall-Birgu,
c) 3 għall-Kalkara,
d) 4 għall-Birgu,
e) 51 għall-Imtarfa,
f) 52 għal Ħad-Dingli,
g) 53 għar-Rabat Tal-Virtù,
h) 56 għal Ħad-Dingli,
h) 61 għal Ħaż-Żebbuġ,
i) 62 għas-Siġġiewi,
j) 63 għal Ħal Qormi,
k) 64 għal Ħal Qormi,
l) 71 għaż-Żurrieq,
m) 72 għall-Qrendi,
n) 73 għaż-Żurrieq,
o) 74 għaż-Żurrieq,
p) 81 għal Marsaxlokk,
q) 82 għal Birżebbuġa,
r) 83 għal Santa Luċija,
s) 84 għaż-Żejtun,
t) 85 għal Marsaxlokk,
u) 88 għall-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella sussegwenti liema tabella qegħdha tindika l-informazzjoni mitluba dwar ir-rotot indikati, fit-tragitt tagħhom mill-Belt Valletta fl-1 ta’ Marzu 2018.
Numru Tar-Rotta
Numru ta' Vjaggi Skedati
Vjaggi li Saru
Persentagg ta’ affidabilita
Vjaggi li kienu tard
1
44
41
93%
9
2
33
33
100%
2
3
33
33
100%
5
4
33
31
94%
1
51
33
31
94%
-
52
33
33
100%
4
53
21
20
95%
1
56
10
10
100%
1
61
49
46
94%
-
62
50
48
96%
1
63
31
31
100%
-
64
16
16
100%
1
71
50
47
94%
9
72
35
32
91%
5
73
17
17
100%
7
74
17
17
100%
2
81
36
34
94%
5
82
52
51
98%
9
83
32
31
97%
9
84
35
34
97%
-
85
15
13
87%
1
88
34
34
100%
-
Qorti tal-Appell – azzjoni fuq sentenza mogħtija – kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mil-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Il-Mellieħa – Ta’ Masrija – applikazzjonijiet approvati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien/jew hemm PC applications fuq is-sit magħruf bħala Ta’ Masrija fil-Mellieħa li ġew approvati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu approvati? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument relatat ma’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumnti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn huma l-Planning Control Applications li ġew approvati fuq is-sit magħruf bħala Ta’ Masrija fil-Mellieħa. M’hemm l-ebda applikazzjoni valida li għadha qed tiġi pproċessata f’dan il-mument, li tirrigwarda dan is-sit.
PC46/13: “Partial Review of the Ta' Masrija Planning Policy (2006).” – Applikazzjoni mil-MEPA, li ġiet approvata fit-13/08/2015
PC42/15: “Partial change to PC46/13, to include shifting of private open space to create a better design and layout” – Applikazzjoni ġiet approvata fl-04/03/2016
PC21/17: “Partial change to PC 46/13, to include shifting of private open space to create a better design and layout.” - Applikazzjoni ġiet approvata fit-28/08/2017
PC25/17: “Change in alignment in approved PC 46/13 on site in question.” Applikazzjoni ġiet irrifjutata mill-Awtorita’ ta’ L-Ippjanar fl-14/09/2017, iżda approvata mill-Bord ta’ l-Appell fl-01/03/2018
Il-Mellieħa – Ta’ Masrija – applikazzjonijiet rifjutati/spiċċaw quddiem appell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien/jew hemm PC applications fuq is-sit magħruf bħala Ta’ Masrija fil-Mellieħa li ġew rifjutati u li spiċċaw quddiem appell? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument relatat ma’ dawn l-applikazzjonijiet li ġew rifjutati u jekk/jew sussegwentement dawn l-istess applikazzjonijiet kellhomx id-deċiżjoni tar-rifjut mibdula favorevolment fl-appell?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma l-Planning Control Applications li ġew irrifjutati fuq is-sit magħruf bħala Ta’ Masrija fil-Mellieħa. M’hemm l-ebda applikazzjoni valida li għadha qed tiġi pprocessata f’dan il-mument, li tirrigwarda dan is-sit.
PC62/16: “Partial change to PC 46/13 to exclude a small part of the private open space due to aesthetical reasons.” – Applikazzjoni ġiet irrifjutata fil-11/01/2018
PC25/17: “Change in alignment in approved PC 46/13 on site in question.” Applikazzjoni ġiet irrifjutata mill-Awtorita’ ta’ L-Ippjanar fl-14/09/2017, iżda approvata mil-Bord ta’ l-Appell fl-01/03/2018
Jista’ l-Ministru jara li l-islipways li jinsabu fil-konfini tal-Mellieħa li fost l-oħrajn jinkludu dawk tal-Għadira, iż-żona tat-Tunnara, Triq it-Trill, ix-Xatt ta’ Santa Maria, il-Mistra, l-Aħrax, l-Armier, it-Torri l-Abjad, iż-Żona Ramla ta’ Kejli, il-Marfa u ċ-Ċirkewwa jsirilhom il-manutenzjoni meħtieġa qabel ix-xhur tas-sajf?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta fasslet pjan ta’ xogħlijiet għall-manutenzjoni ta’ numru ta’ slipways f’lokalitajiet diversi.
Fil-preżent għaddejjin xogħlijiet fuq slipways f’ Baħar iċ-Ċagħaq kif ukoll fil-Ġnejna. Ix-xogħol fuq slipway tal- Exiles ġewwa tas-Sliema mistenni li jinbeda fil-futur qarib, wara li għadu kemm ġie ffinalizzat il-proċess ta’ evalwazzjoni tat-tender għal dawn l-istess xogħlijiet. Bħalissa għaddej ukoll il-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ sejħa għall-offerti li ġiet ippubblikata għal xogħlijiet ta’ restawr fuq 10 slipways ġewwa l-lokalita’ ta’ M’Xlokk. Dan filwaqt li diġà ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-PA u mal-ERA għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq slipways oħrajn fostom ġewwa l-Marfa, B’Buġia u l-Qawra.
Transport Malta hija kommessa sabiex tkompli għaddejja b’din il-ħidma ta’ manutenzjoni fuq siti oħrajn li jinħtiegu dan it-tip ta’ xogħlijiet.
Slipways fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Salini — manutenzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-islipways li jinsabu fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u s-Salini jsirilhom il-manutenzjoni meħtieġa qabel ix-xhur tas-sajf?
In-Naxxar – Vjal il-Labour Junction ma’ Triq Franġisku Pisani – xogħol fuq bini ta’ roundabout
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq bini ta’ roundabout fit-tarf ta’ Vjal il-Labour junction ma’ Triq Franġisku Pisani fin-Naxxar, liema roundabout ilha tintalab għal dawn l-aħħar sentejn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett infrastrutturali biex tinbena r-roundabout imsemmija huwa ppjanat li jibda jitwettaq fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għal by-pass tal-Mellieħa li hija triq traffikuża u li tintuża kemm mill-Maltin u mill-Għawdxin, jista’ l-Ministru jispjega għal-liema raġuni Transport Malta qed tiġġustifika li din il-by pass għandha tidjieq? Jista’ jispjega għalfejn la triq tkun ser tidjieq għalfejn jissejjaħ upgrade? Ser tkun qed tittieħed art li hi protetta bħal Natura 2000 biex tagħmel tajjeb għal din it-triq hekk kif tikser għat-triq tal-Miżieb? Jista’ jispjega għalfejn inħass il-bżonn li tingħata art pubblika (it-triq) lill-iżviluppatur? X’qegħdin jiggwadanjaw il-Maltin minn hekk?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bypass tal-Mellieħa (Triq Louis Wettinger) ser tibqa' bl-istess ammont ta' korsiji li għandha bħalissa, jiġifieri tnejn f'kull direzzjoni. Il-pjanijiet li ftit tal-jiem ilu ħabbart wara li ppreżentajthom lill-Kunsill Lokali Mellieħa juru biċ-ċar kif din it-triq ser tiġi upgraded sabiex tkun iddisinjata aħjar, b'inqas riskji ta' aċċidenti u b'faċilitajiet għal dawk li jużaw ir-roti.
Nista' nikkonferma li fid-disinn il-ġdid ta' din it-triq mhux biss ser tibqa' b'erba' korsiji, tnejn f'kull direzzjoni, iżda ser tiġi attrezzata b'diversi mi¿uri li jnaqqsu r-riskji ta' aċċidenti, fosthom sistema ta' dwal biex ma jibqax imdallam, crash barriers ġodda fit-truf tat-triq u anke crash barriers fin-nofs, bejn il-karreġġjati f'direzzjonijiet opposti. Fl-istess waqt, ser titjieb ukoll il-konnessjoni bejn dan il-Bypass u t-triq tal-Miżieb, kif ukoll f'waħda mill-junctions li tgħaqqad uħud mit-toroq residenzjali mal-Bypass.
Din il-ħidma, li ser tibda fil-ġimgħat li ġejjin, tfisser investiment ta' madwar €2 miljun, sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajji¿na. B'hekk inkunu dawwarna sfida li kienet se twassal għal diffikultajiet għal dawk li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi, għal opportunità sabiex ikollna triq ewlenija oħra mibnija mill-ġdid b'aktar kwalità, effiċjenza u sigurtà.
Il-pjanijiet għad-disinn mill-ġdid tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Louis Wettinger), imfassla snin ilu, kienu jinkludu l-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, triq residenzjali eżistenti li bħalissa ma tinfidx, sabiex tingħaqad ma’ triq residenzjali oħra, Triq il-Mitħna l-Qadima, u ssir aktar aċċessibbli. L-art bejn dawn iż-żewġ toroq, fejn qabel kien hemm żewġ barrieri, hija żona tal-iżvilupp għall-bini residenzjali. Din l-art tinkludi wkoll is-sit fejn bħalissa qed jinbnew l-appartamenti.
Dawn il-pjanijiet oriġinali kienu jinkludu wkoll it-tneħħija ta’ waħda mill-erba’ korsiji tal-Bypass bħala miżura ta’ sigurtà. Dan it-tnaqqis ma kienx marbut mal-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi iżda ma limitazzjonijiet tekniċi f’parti oħra tal-istess Bypass. Fil-fatt, partijiet oħra ta’ dan il-Bypass kif ukoll partijiet oħra tar-rotta bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, diġa ġew imċekkna għal tliet jew żewġ korsiji minn amministrazzjonijiet preċedenti, meta nbnew mill-ġdid bħala parti minn proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
It-triq residenzjali li bħalissa qed tinbena mill-iżviluppatur tal-appartamenti fis-sit fejn qabel kien hemm waħda mill-barrieri m’hijiex triq privata iżda triq residenzjali pubblika li tifforma parti mill-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi. Meta ngħata l-permessi għall-iżvilupp tal-appartamenti, l-iżviluppatur intalab ukoll jifforma l-parti ta’ din it-triq residenzjali li tmiss mal-bini tiegħu. Il-kumplament tat-triq, sal-parti eżistenti ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, ser tinbena meta l-artijiet ta’ maġenbha jiġu żviluppati mis-sidien tagħhom.
Ftit tal-ġimgħat ilu, tlabt lil Transport Malta tqis mill-ġdid il-pjanti oriġinali għall-bini mill-ġdid tal-Bypass, bl-għan li t-triq tibqa’ b’erba’ korsiji. Fil-fatt, wara li l-pjanti tat-triq ġew riveduti, il-periti tal-Awtorità kkonfermaw li l-Bypass tista’ tiġi mtejba sabiex ikollha diversi miżuri ta’ sigurtà mingħajr ma tidjieq għal tliet korsiji. Il-pjanti tekniċi ta’ dan it-tibdil ġew ippreżentati lill-Kunsill Lokali Mellieħa waqt laqgħa li għaliha stidint il-kunsillieri lokali kollha ta' din il-lokalità fil-jiem li għaddew.
Planning Authority – teħid ta’ parti tal-by-pass tal-Mellieħa
Question
Nirreferi għall-permess li ngħata mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) minn wara dahar kulħadd biex l-iżviluppatur jieħu parti mill-by-pass tal-Mellieħa bil-barka ta’ Transport Malta. Peress li kull permess li tagħti l-PA joħroġ subject to third party rights, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn li l-gvern ma oġġezzjonax? Taħt liema proċedura sar dan it-trasferiment ta’ art pubblika lill-privat?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li biex titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari hemm bżonn tan-numru tal-applikazzjoni.
Proġett tal-Kappara — L-Imsida - Triq Rue d'Argens - ċitazzjonijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5016, u b'referenza għat-triq msemmija li hija Triq Rue D'Argens, l-Imsida, jista' issa l-Ministru jara għaliex, għalkemm il-Proġett tal-Kappara tlesta, u kontra l-qbil li kien hemm mal-Kunsill, il-pulizija xorta ntbagħtet biex tħarrek il-vetturi pparkjati? Jista’ l-Ministru jreġġa’ lura dawk it-tabelli li jgħidu li jibdew fis-6 ta’ filgħodu, u jiġu kkanċellati ċ-ċitazzjonijiet mogħtija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru tat-Trasport m’għandix il-poter naħfer kontravenzjonijiet tal-Pulizija. Ngħid ukoll li minħabba s-suċċess tal-progett tal-Kappara, żdiedet il-pressjoni fuq Rue D’Argens bil-konsegwenza li t-traffiku beda jeħel sew minħabba li l-parkeġġi jirriduċu t-triq f’karreġġata waħda. Għaldaqstant, Transport Malta leħqet kompromess billi neħħiet il-parkeġġ fir-rush hour filwaqt li ħalliet dan l-istess parkeġġ jaħdem mis-6 ta’ filghaxija u tul il-lejl kollu biex jintuża mir-residenti ta’ l-inħawi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-inizjattivi ġodda li qiegħda tagħmel il-Building Industry Consultative Council (BICC) biex tiżgura li l-iskema tal-iSkill Cards tirnexxi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-BICC qed taħdem sabiex isiru National Occupational Standards għal diversi snajja fl-industrija tal-kostruzzjoni. Hu pjanat li matul din is-sena jinħargu Skill Cards/Professional Cards għal 15-il settur ġdid. L-għan aħħari hu li s-snajja u l-professjonijiet kollha marbuta mal-industrija tal-kostruzzjoni jkunu regolati permezz tal-iskill card/professional card. Meta dan isir, l-iskill card ma tibqax aktar volontarja imma ssir mandatorja għal kull min irid jidħol fuq sit ta’ kostruzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel il-Building Industry Consultative Council (BICC) flimkien mal-Bord tal-Bennejja fid-dawl tal-fatt li s-settur tal-industrija tal-bini qiegħed dejjem jikber u diversi ħaddiema qed jistaqsu jekk il-liċenzja tal-bennejja għadhiex valida fil-ġurnata tal-lum, speċjalment minħabba li l-kontenut tal-kors biex wieħed jakkwista l-liċenzja ilu snin ma’ jiġi aġġornat? Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex ukoll jilqa’ għall-isfidi ġodda fil-qasam tal-kostruzzjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-BICC qed tiltaqa’ mal-Masons Board u ġiet diskussa din il-problema li l-kors mhux aġġornat biżżejjed għalkemm saru xi tibdiliet fih f’dawn l-aħħar xhur. Minn naħa tal-BICC tlestew il-preparamenti biex is-sistema amministrattiva tal-licenzji tibda titħaddem mill-BICC.
Dan l-aħħar qed issiru diskussjonijiet mal-BICC fuq diversifikazzjoni tal-ħiliet li llum tinkludi l-industrija tal-bini. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u l-Masons Board qed jagħtu l-kontribut tagħhom lill-BICC dwar din il-kwistjoni. Minbarra dawn il-ħiliet varji, il-liċenzja tal-bennej tradizzjonali għadha valida llum u huwa essenzjali li n-nies li huma responsabbli fis-siti tal-kostruzzjoni jkunu esperjenzati u kompetenti mat-teknika tal-bini tagħna, ħiliet u materjali.
Is-sillabu eżistenti ġie aġġornat biex jirrifletti bidliet riċenti fir-regolamenti u l-avviżi legali. Barra minn hekk, il-mod li bih qed isir l-eżami nbidel b'tali mod li jirrifletti aktar l-metodi kurrenti tal-assessjar.
Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini – ċertifikati dwar ir-Rendiment tal-Enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ Ċertikati dwar ir-Rendiment tal-Enerġija rreġistrati mal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini (BRO) minn meta ngħatat bidu tali sistema, sal-lum?
Response (BORG, IAN)
In-numru ta’ Ċertikati dwar ir-Rendiment tal-Enerġija rreġistrati mal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini (BRO) minn meta ngħatat bidu tali sistema sal-10 ta’ April 2018 huwa ta’ 36,366.
Jista’ l-Ministru jgħid kif wieħed jista’ japplika online għad-diversi servizzi msemmija fuq is-sit tal-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wieħed jista’ japplika għal diversi servizzi billi jaċċessa s-sit tal-Awtorita’ tal-Artijiet fuq www.landsauthority.org.mt Is-servizzi online tal-Awtorita’ jinkludu formoli elettroniċi, informazzjoni fuq tenders li toħroġ l-Awtorità, struzzjonijiet għal kif tħallas il-kera online fuq is-sit stess, u informazzjoni fuq konsultazzjonijiet pubbliċi. Il-lista ta’ formoli elettroniċi jvarjaw minn applikazzjonijiet għall-tiġdid ta’ permessi ta’ titlu ta’ kera kummerċjali, applikazzjonijiet għal encroachment inkluż imwejjed u siġġijiet, applikazzjonijiet għal kiri ta’ art aġrikola, u oħrajn. Kull formola elettronika tiggwida l-persuna kif għandha tissottometti l-applikazzjoni kif ukoll id-dokumenti neċessarji relevanti għall-applikazzjoni.
Ta’ min isemmi wkoll illi fiż-żmien qarib, ser jiżdiedu formoli elettroniċi oħra li jkopru oqsma oħra li jaqgħu taħt il-mandat ta' l-Awtorità tal-Artijiet. Dan kollu qed nagħmluh sabiex intejbu s-servizz u nkunu iktar aċċessibli għall-pubbliku.