Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux qed iżomm statistika ta’ kemm persuni li jkunu jeħtieġu sapport ta’ psikjatri jew psikologi jidħlu fl-isptarijiet tal-Gvern f’Malta? Jekk tali statistika tinżamm, jista’ jagħti tagħrif dwar l-age brackets differenti ta’ dawk li jkollhom bżonn din l-għajnuna? Jista’ jgħid ukoll jekk tinżammx informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol li minnhom ikunu ġejjin dawk li jitolbu l-għajnuna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi l-faxex tal-età jinżammu b’mod differenti f’Malta u f'Għawdex, qed jiġu ppreżentati ż-żewġ Tabelli.
Ninsab infurmat li ma tinżammx informazzjoni dwar postijiet tax-xogħol li minnhom ikunu ġejjin dawk li jitolbu l-għajnuna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx informazzjoni aġġornata fuq meta ser jinfetaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Malta, sabiex jibda jingħata servizz lill-pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li jekk kollox jimxi kif ippjanat, iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Malta, għandu jibda s-servizzi lill-pazjenti fir-raba’ kwart ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jiġu introdotti servizzi ġodda fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Malta wara li jinfetaħ mill-ġdid?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ser jiġu ntrodotti servizzi ġodda tal-fiżjoterapija u oftalmoloġija fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Malta meta jinfetaħ mill-ġdid. Ma neskludux li jista’ jiġu pprovduti servizzi oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jiġi rinovat iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta? Jista’ jgħid ukoll x'xogħol ser ikun qed isir u x’inhuma l-pjanijiet ta' rilokazzjoni tas-servizzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ser isir xogħol ta’ rinovar fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Ix-xogħol se jkun imqassam f'fażijiet differenti mingħajr ma jitwaqqfu l-ebda sevizzi kliniċi.
L-ewwel fażi: Rinovar tar- reception u post tas-stennija għall-pazjenti. Jinfetħu ukoll aktar kliniċi għatt-tobba fejn jaraw n-nies.
It-tieni fażi: Rinovar tal-kmamar tas-sular ta' isfel sabiex jitniżżlu servizzi tal-podjatrija u fiżjoterapija sabiex jinħoloq aktar spazju fis-sular ta' fuq.
It-tielet fażi: Hemm pjan sabiex jitkompla rinovar tal-kumplament taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta biċċa, biċċa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fil-patient charter u barra mill-patient charter jistennew għal data biex issirilhom l-operazzjoni ta’:
i. Knee replacement;
ii. Hip replacement;
iii. Kataretti;
iv. Carpal tunnel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Membru li minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-hip u knee replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, qed isiru wkoll extra sessions kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u extra session darba fil-ġimgħa fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Fil-każ tal-hip replacement, hemm 285-il pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Qed isir kull sforz sabiex dan il-perjodu ikompli jonqos.
Għar-rigward tal-karatetti, in-numru ta’ pazjenti niżel minn 367 f’Novembru 2024 (PQ 23196) għal 98 li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Dan bl-inizjattivi li hemm programm li bih minbarra l-operazzjonijiet li normalment isiru fl-isptarijiet tagħna, isiru 2,500 operazzjoni extra tal-kataretti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Fil-każ tal-Carpal Tunnel, hemm 74-il pazjent li ilhom li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Għar-rigward tal-knee replacement, l-informazzjoni qed tinġabar.
Inserraħ ras kulħadd, li kull każ urġenti jiġi trattat fl-iqsar żmien possibbli.
Nenfasiżża li jkun hemm diversi raġunijiet, uħud mediċi għala ikun hemm dan id-dewmien.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24519 u jgħid għalfejn il-vouchers li jagħti l-Gvern għat-terapija, speċjalment fil-każi ta’ neuro rehabilitation, tkoprix biss tfal sa sittax-il sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Sptar San Luqa — Tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25523 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22860, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-eżitu tal-ispezzjonijiet tax-xogħlijiet ta’ tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa tal-Isptar San Luqa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport relattiv?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ispezzjonijiet mill-esperti għadhom għaddejjin u fil-ġimgħat li ġejjin mistenni r-rapport finali sabiex jinbeda ix-xogħol ta' manutenzjoni hekk kif meħtieġ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15871, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sit fejn kellha tinbena d-dar tal-anzjani f'Birkirkara għaddietx għand l-Awtorità tad-Djar kif intqal mill-Ministru fl-istess tweġiba, u dan bl-iskop li jsiru sheltered homes għall-anzjani? F'każ li din l-art għadha m’għaddietx, jista' jgħid meta ser tkun qed tgħaddi għand l-Awtorità tad-Djar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 15871.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna anzjani illum li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help)? Jista' jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, illi hemm 7,777 anzjani li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help) u hemm 60 applikazzjoni pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna anzjani illum li qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare? Jista' jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi hemm 5,832 anzjani li qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare. Hemm 258 applikazzjoni ġodda li qed jiġu proċessati biex jingħataw is-servizz.
Nota Addizzjonali
Bejn is-7 u s-16 ta’ Frar 2025 l-AAKK rċeviet 197 applikazzjoni u mis-17 sat-18 ta’ Frar (fi żmien jumejn) l-AAKK rċeviet 61 applikazzjoni. Dawn iridu jiġu proċessati u verifikati qabel ma jingħataw is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna anzjani illum li qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare on the Move? Jista' jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li anzjani li llum qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare on the Move huma 173. Bħalissa hemm 9 applikazzjonijiet li għaddejjin mill-assessjar meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna anzjani illum li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels? Jista' jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi bħalissa għandna 1,425 persuna li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels. M’hemmx applikazzjonijiet pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li s-servizz tal-handyman jingħata fl-indirizz tal-anzjan fejn jirresjedi biss minkejja li l-indirizz fuq il-karta tal-identità jkun differenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-servizz tal-handyman jingħata fl-indirizz tar-residenza tal-anzjan/a skont kif jidher fuq il-Karta tal-Identità.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u x’ħin fil-berġa fis-Siġġiewi wieħed jista' jagħmel testijiet tad-demm? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-waiting time minn meta wieħed iċempel sa meta jingħata l-appuntament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-teħid tad-demm għall-testijitet issir b’appuntament Is-sessjonijiet huma nhar ta’ Ġimgħa mis-7.30am sa 12.00pm. Meta wiehed iċempel jingħata appuntament minn ħmistax sa tlett ġimgħat wara, jiġifieri minn tnejn sa żewġ sessjonijiet biss wara.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Direct order fuq Security Services
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20411 u jgħid fiex tikkonsisti u għalfejn inħasset il-ħtieġa li tinħareġ id-Direct Order 'Negotiated Procedure for the Provision of Security Services for the Gozo General Hospital'? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' din id-Direct Order u kemm-il siegħa ta' Security Service hemm ippjanata li tingħata permezz ta’ din id-direct order?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ħtieġa għal din id-DNP kienet bħala interim sakemm jagħlaq, jiġi aġġudikat u jingħata t-tender il-ġdid għall-Security Services. Din kienet tkopri sa 30,048 siegħa bir-rata normali u sa 4,992 bir-rata tas-Sunday premium. Id-DNP hi għal sena.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Awtorità ta' Standards ta' Persuni Anzjani — Website
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità ta' Standards ta' Persuni Anzjani (OPSA) għad m’għandhiex website bl-informazzjoni neċessarja (Older Persons Standards Authority - anzjanità attiva (gov.mt))(website aċċessata fl-20 ta’ Ottubru 2024)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-website ta l-Awtorità ta' Standards ta' Persuni Anzjani (OPSA) hija https://opsa.gov.mt/
Awtorità tal-Istandards tal-Kura Soċjali — Website
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-istandards għad-djar tal-anzjani, li qabel kienu taħt l-awspiċi tal-Awtorità tal-Istandards tal-Kura Soċjali (SCSA) għadhom ma jidhrux fil-website tal-Awtorità ta' Standards ta' Persuni Anzjani (OPSA)?