Taħriġ ta’ infermiera ġodda fl-ispeċjalizzazzjoni tad-dijabete
Question
Huwa fatt li l-infermiera li speċjalizzaw fil-kura tad-dijabete għandhom rwol essenzjali fil-kliniċi tad-dijabete. Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern għandux pjan biex jitħarrġu aktar infermiera ġodda fl-ispeċjalizzazzjoni tad-dijabete, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li hemm numru ta’ infermiera li qed jaħdmu f’dan is-settur, u jagħtu servizz impekkabli, li qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li ġiet introdotta l-liġi tal-ispeċjalizzazzjoni tan-Nursing, sejħiet għal Specialised Practice Nurses isiru fuq parir tal-Specialist Accreditation Committee.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed jikkunsidra jdaħħal l-Aflibercept (Eylea) fil-formolarju tal-mediċini li jingħataw b’xejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-mediċina msemmijja minnha filfatt qegħda fuq l-aġenda tal-kumitat tekniku li jaġġudika liema mediċini jidħlu fuq il-formularju tal-gvern.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete f'Malta? Jista' jgħid kemm minnhom huma Type 1 u kemm huma Type 2?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li t-total ta’ persuni li għandhom il-kundizzjoni ta dijabete’ f'Malta u li għandhom ix-Schedule V huwa ta’ 36,077 li minnhom 1,776 huma tat-tip 1.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tfal taħt is-16-il sena li għandhom id-dijabete Type 1? Kemm minnhom qed jużaw il-Constant Glucose Monitors?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ tfal taħt is-16 il-sena li għandhom id-dijabete’ tat-tip 1 u li għandhom ix-schedule V huwa 148 li minnhom 143 preżentament qed jużaw il-continuous glucose monitors.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm żgħażagħ bejn is-17 u l-21 sena li għandhom id-dijabete Type 1 u li għaldaqstant huma intitolati għall-Constant Glucose Monitors?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 109 żagħżagħ bejn is-17 u l-21 sena li għandhom id-dijabete tat-tip 1 li għandhom ix-schedule V u li huma ntitolati għall-Constant Glucose Monitors.
Persuni bid-dijabete Type 2 li huma dipendenti fuq l-insulina
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni bid-dijabete Type 2 li huma dipendenti fuq l-insulina?
Response (FEARNE, CHRIS)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni bid-dijabete’ tat-tip 2 li huma dipendenti fuq l-insulina u li għandhom ix-schedule V huma 4,203.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jintefqu flus għall-kiri ta' ambulanzi privati? Jista’ jgħid kemm nefaq il-Gvern biex jinxtraw ambulanzi ġodda? Dawn l-ambulanzi ġodda, qegħdin kollha jintużaw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex Mater Dei ikun f’pożizzjoni li jmexxi s-servizz tal-ambulanzi b’mod effiċjenti, qed juża servizz ta’ kiri ta’ ambulanzi privati, li jinkudi żewġ ambulance respondents ma’ kull ambulanza. Dan qiegħed jiswa madwar €2,500 kuljum ekwivalenti għal-tliet ambulanzi u sitt ambulance respondents kuljum.
Il-kuntratt ta’ ambulanzi l-ġodda huwa bbażat fuq
leasing contract
.u dan il-kuntratt jiswa € 1,705,500 fis-sena u jkopri l-ispiża kompleta ta’ ħdax-il ambulanza fit-triq, f’kull mument
.
Dan il-kuntratt ingħata wara proċess kompettiv u dawn l-ambulanzi ġew disinjati speċifikament għall-ħtiġijiet tas-servizz tas-Saħħa Malti.
Dawn l-ambulanzi bdew jiġu introdotti fis-servizz tal-emerġenza b’mod gradwali. Parti mill-implementazzjoni tinkludi taħriġ estensiv li qed jingħata lill-Ambulance Respondents u n-nurses sabiex ikunu f’pożizzjoni li jużaw l-equipment kollu tal-ambulanzi.
Il-kuntrattur jista jeħel penali għal kull nuqqas minn naħa tiegħu li ma tissolviex f’qasir żmien.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk ġietx sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp tar-Regional Health Hub fit-Tramuntana ta’ Malta? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji dwar dan il-proġett? Jekk le, meta hemm ħsieb li din l-applikazzjoni tiġi sottomessa?
Response (FEARNE, CHRIS)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt li s-sit magħ¿ul għan-Northern Hub ġie assenjat mill-Lands Authority għal dan il-proġett, l-applikazzjoni għall-i¿vilupp tas-sit għadha mhix sottomessa lill-Awtorita tal-Ippjanar. Dana għax jonqos li jitlestew l-istudji kollha u li jiġu konklu¿i diskussjonijiet li hemm għaddejjin bħalissa mal-awtoritajiet ikkonċernati.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li qed ikollhom jixtru l-Aflibercept (Eylea) injections minn buthom għaliex il-Bevacizumab (Avastin) injections mhux qed jaħdmu fuqhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din it-tip ta’ rikjesta titratta informazzjoni kummerċjali li tinsab għand id-distributuri tal-mediċina fil-privat u d-Dipartiment tas-Saħħa m’għandux aċċess għaliha.
Kumpless Dar il-Madonna tal-Mellieħa – Ambulanza stazzjonata
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jerġa’ jikkunsidra li fil-Kumpless Dar il-Madonna tal-Mellieħa jkun hemm stazzjonata ambulanza, imqar għax-xhur tas-sajf? Dan anke għall-fatt li l-popolazzjoni fil-konfini tal-madwar f’dawn ix-xhur tikber għal erba’ darbiet aktar min-normal.
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena kollha inkluż fix-xhur tas-sajf, in-naħa ta’ fuq ta’ Malta tkun servuta permezz ta’ ambulanzi miċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta.
Mellieħa – Ċimiterju Omm il-Ħniena – Xogħol ta’ estensjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta ser titkompla u titlesta l-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li il-kuntrattur li kien rebaħ l-offerta abbanduna l-proġett wara li kien lesta biss l-iskavar. Għaldaqstant ġew imqabda l-FMS (Foundation for Medical Services) biex jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni ta’din l-estensjoni f’dan iċ-Ċimiterju tal-Gvern, waqt illi ittieħdu l-passi sabiex il-kuntrattur oriġinali jeħel il-multa skont kif indikat mid-dipartiment tal-kuntratti.
Preżentament qegħdin isiru laqgħat regolari bejn l-uffiċċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u l- FMS biex isir it-tibdil neċessarju dwar kostruzzjoni, dawl, sistema ta’CCTV, provvista tal-elettriku eċċ. Dan qabel terġa tinħareġ offerta biex ikun jista` jiġi evalwat u aġġudikat kuntrattur ġdid biex ikompli tali xogħol u finalment titlesta l-estensjoni fl-iqsar żmien possibbli.
Ftehim ta’ Koordinazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippubblika u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ftehim ta’ Koordinazzjoni li ġie rapportat li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-4 ta’ Marzu, 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-ftehim imsemmi minnu.
Peress li fil-bidu tas-sena 2020 is-sala tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi kienet itteħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex tintuża esklussivament bħala maħżen minħabba l-pandemija tal-COVID-19; u billi l-materjal marbut mal-COVID-19 jista’ faċilment jiġi trasferit f’imħażen jew swali oħra addattati; u billi din is-sala jenħtieġ b’mod urġenti illi terġa’ tibda tintuża mill-istudenti għal skopijiet akkademiċi, u dan fl-interess tal-istess studenti sabiex tiġi assigurata edukazzjoni ħolisika skont il-kurrikulu edukattiv; u billi jridu jsiru l-preparamenti neċċessarji għal dan il-għan mill-amministrazzjoni tal-iskola inkluż xi tiswijiet matul dan is-Sajf li ġej sabiex is-sala tirritorna lura għall-istat originali sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss; jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwiegħed u jiżgura li din l-imsemmija sala se titbattal u tingħata lura lill-iskola sal-aħħar ta’ Ġunju, 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għaddejjin id-diskussjonijiet neċessarji sabiex jinstab maħzen alternattiv.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Jista’ l-Ministru jagħti ħjiel dwar kif il-Ministeru tiegħu beħsiebu jwettaq il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista, li l-mediċini kollha għat-trattament tal-kanċer, jingħataw b’xejn mill-Istat fis-snin li ġejjin? Liema huma dawk il-mediċini li l-Ministeru jqis li għandhom ikunu minn tal-ewwel li jibdew jingħataw b’xejn, wara li l-mediċini għat-trattament tal-kanċer fil-bużżieqa tal-awrina issa daħlu wkoll fil-formolarju tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li diġa ddaħħlet il-Mitomycin C fl-ewwel ġranet ta' din il-leġiżlatura u wara konsultazzjoni mal-esperti kliniċi fix-xhur li ġejjin ser jibqaw jingħataw mingħajr ħlas mediċini għall-kanċer tal-ġilda, tal-prostita, tad-demm, tal-għanqud tal-bajd u tal-kliewi.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont lil din il-Kamra ta’ kif il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-kataretti tnaqqset mill-2013 ‘l hawn u jgħid kemm pazjent għandu jistenna għal operazzjoni ta’ dan it-tip illum?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien ta’ stennija għall-proċedura tal-kataretti permezz ta’ loppju lokali, niżel minn tliet snin fi żmien amministrazzjoni nazzjonalista għal madwar erbgħa xhur illum.
Tul l-aħħar snin kien hemm tnaqqis b’mod drastiku fil-lista ta’ stennija għal operazzjoni tal-kataretti mhux biss fiż-żmien ta' stennija iżda ukoll fl-ammont ta' pazjenti fuq il-lista. Fil-fatt fl-2013 kien hemm 3580 pazjenti jistennew operazzjoni tal-kataretti waqt illi sa l-aħħar ta’ Ġunju 2017 kien hemm 1018 pazjent.
Operazzjonijiet konnessi mal-ortopedija – tnaqqis fil-lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jirraporta jekk sarx progress fit-tnaqqis tal-listi ta’ stennija għal operazzjonijiet konnessi mal-ortopedija bħal dawk tal-irkoppa u l-ġenbejn?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Marzu tal-2013, kien hemm total ta’ 1733 pazjent jistenna għal-Knee Replacement, filwaqt li sa l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena kien hemm 878. Fl-aħħar tal-2012 kien hemm 334 pazjent jistenna biex jagħmel hip replacement filwaqt li sa l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena kien hemm 196.
Ninfurmah ukoll illi d-dewmien medju għall-proċeduri ta’ knee replacement u hip replacement huwa ta’ madwar sena. Nirrimarka li matul din is-sena kellna l-inqas lista ta’ stennija u kif ukoll l-inqas żmien ta’ stennija għal hip u knee replacements matul dawn l-aħħar snin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern? Ta’ liema nazzjonalità huma? Jista’ jagħti tagħrif dwar il-karigi li jokkupaw?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed tinġabar.