Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS — Salarji u allowance/benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8624 u jagħti s-salarji gross u kwalunkwe allowance u/jew benefiċċji oħra tal-pożizzjonijiet li ġejjin fi ħdan il-PBS mill-2012 sal-lum: Uffiċċjal Kap Eżekuttiv (CEO); Chairman; Editur; Kap tal-Aħbarijiet; u Managers?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kapuċċini – dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-dawl tal-elettriku pubbliku li hemm mitfi fi Triq il-Kapuċċini, f’Ħaż-Żabbar, faċċata tal-uffiċċju tal-assigurazzjoni, jiġi mixgħul u msewwi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar li sad-data ta' din l-Interpellanza ma kienx informat rigward din il-bozza permezz ta' rapporti iżda se jibda minnufih il-proċess meħtieġ.

National Council for Cultural Heritage — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9534, ġaladarba l-membri li jifformaw parti min-National Council for Cultural Heritage huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti min-National Council for Cultural Heritage?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

National Archives Council — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9533, ġaladarba l-membri li jifformaw parti min-National Archives Council huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti min-National Archives Council?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

National Festivities Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9535, ġaladarba l-membri li jifformaw parti min-National Festivities Committee huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti min-National Festivities Committee?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

National World Heritage Sites Technical Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9536, ġaladarba l-membri li jifformaw parti min-National World Heritage Sites Technical Committee huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti min-National World Heritage Sites Technical Committee?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Pjazza Teatru Rjal Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9537, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Pjazza Teatru Rjal Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Pjazza Teatru Rjal Board?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Ta’ Qali Projects Management Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9538, ġaladarba l-membri li jifformaw parti minn Ta’ Qali Projects Management Committee huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti minn Ta’ Qali Projects Management Committee?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Is-Siġġiewi – Triq San Nikola — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq San Nikola, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi illi it-toroq jitnaddfu skont l-iskeda kif imniżżel fl-istess kuntratt ta’ tindif.

Is-Siġġiewi – Triq il-Parroċċa — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Parroċċa, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi illi t-toroq jitnaddfu skont l-iskeda kif imniżżel fl-istess kuntratt ta’ tindif.

Lokalitajiet — parking spaces ta' kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali għamlu talba formali biex l-ispazji li kienu allokati għall-parking tal-kumpanija Go To jitneħħew, wara li din il-kumpanija ma baqgħetx tagħti servizz? Kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati u l-ispazji reġgħu saru pubbliċi? Kemm hemm talbiet li għadhom pendenti u kemm ma ġewx aċċettati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi l-Onor. Intepellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10736.

Ċitazzjoni minħabba parkeġġ fi spazju allokat għal kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fuq l-ispazji li oriġinarjament kienu allokati għall-użu tal-vetturi tal-kumpanija GO TO, minn mindu din il-kumpanija ma baqgħetx topera sa meta qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Imġarr Malta — Ta' Skorba - Latrina Pubblika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10540 li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se ssir il-manutenzjoni fil-latrina pubblika Ta' Skorba fl-Imġarr, Malta, meta din ilha f'dan l-istat is-snin u hija ta' periklu għal dawk li jiffrekwentawha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol relatat ma' din il-latrina pubblika qed isir mill-Gozo Fibre Optic Cable Ltd. Informat li ma hemm l-ebda periklu għax il-latrina tinsab magħluqa. Informat li x-xogħol fuq il-latrina mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, jinqabeż l-advisory cost limit. Minn barra dan, kull tender u varjazzjoni tiegħu jinsabu fuq ePPS u l-gazzetta tal-Gvern.

MICAS — Kompetenzi tal-membri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9527, ġaladarba l-membri li jiffurmaw parti mill-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jiffurmaw parti mill-MICAS?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Malta Libraries Council — Kompetenzi tal-membri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9528, ġaladarba l-membri li jiffurmaw parti mill-Malta Libraries Council huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jiffurmaw parti mill-Malta Libraries Council?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Malta Philharmonic Orchestra Board — Kompetenzi tal-membri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9529, ġaladarba l-membri li jiffurmaw parti mill-Malta Philharmonic Orchestra Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jiffurmaw parti mill-Malta Philharmonic Orchestra Board?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Malta Society for Arts, Manufacture and Commerce Board — Kompetenzi tal-membri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9530, ġaladarba l-membri li jiffurmaw parti mill-Malta Society for Arts, Manufacture and Commerce Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jiffurmaw parti mill-Malta Society for Arts, Manufacture and Commerce Board?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Manoel Theatre Management Committee — Kompetenzi tal-membri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9531, ġaladarba l-membri li jiffurmaw parti mill-Manoel Theatre Management Committee huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jiffurmaw parti mill-Manoel Theatre Management Committee?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Members of the Creativity Trust Board — Kompetenzi tal-membri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9532, ġaladarba l-membri li jiffurmaw parti mill-Members of the Creativity Trust Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jiffurmaw parti mill-Members of the Creativity Trust Board?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.