Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4470 u jgħid kemm persuni residenti Ħal Tarxien qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jistax jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 5161.

Wied il-Għajn – Benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti Wied il-Għajn qegħdin jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1,982 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minnhom kien hemm 1,076 raġel filwaqt li kien hemm 906 nisa.

Ħal Tarxien — benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4470 u jgħid kemm persuni residenti Ħal Tarxien qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jistax jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1,892 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali mil-lokalità msemmija minnu. Minnhom kien hemm 1,019-il raġel filwaqt li kien hemm 873 mara.

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – laqgħat in konnessjoni max-xogħol ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjonijiet li assistew lill-Ministru kienu dawk skont il-bżonnijiet ta’ xogħol konness mas-safar. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali fuq il vjaġġi kienet ta’ €27,884 (€1,990 minnhom tħallsu mil-Presidenza ta’ Praga) waqt li dawk tal-akkomodazzjoni kienu ta’ €6,974.

Baġit 2023 – line item 7041 – tnaqqis

Question

B’referenza għal-line item 7041 fl-estimi tal-Bagit 2023, Fostering Centre in St. Venera, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex hemm tnaqqis minn €300,000 (2022) għal €120,000 fil-Baġit 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li l-Gvern mhux se joqgħod lura milli jkompli jinvesti bil-qawwa kollha fil-qasam soċjali kif għamel fl-aħħar 10 snin fejn in-nefqa soċjali se tkun telgħet minn €845 miljun fl-2013 għal kważi €1.4 biljun fl-2023. Minbarra hekk, iżda, ninformah li, b’mod ġenerali, l-allokazzjonijiet finanzjarji jsiru mill-Ministeru tal-Finanzi u jiġu bbażati, fost l-oħrajn, fuq ix-xejriet ta’ nfiq fis-snin ta’ qabel u dak li jkun ippjanat għas-sena suċċessiva. Meta jkun hemm tnaqqis, dan jiġri minħabba li l-allokazzjonijiet ta’ qabel ikunu ogħla minn dak li attwalment jintefaq. Minkejja dan, kemm-il darba xi allokazzjoni partikolari ma sservix u jkun hemm ġustifikazzjonijiet ċari, il-Ministeru għall-Finanzi dejjem japprova fondi addizzjonali matul is-sena. Alternattivament jistgħu jsiru trasferimenti ta’ fondi minn allokazzjoni għall-oħra skont ix-xejriet tal-infiq matul is-sena.

Baġit 2023 – line item 6787 – tnaqqis

Question

B’referenza għal-line item 6787, Minors Care Review Board, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal tnaqqis minn €130,000 (2022) għal €75,000 fil-Baġit 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4536.

Baġit 2023 – line item 5732 – tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni kien hemm tnaqqis ta’ fondi għal-line item 5732, Employment Assitance to Single Parents, li minn €10,000 (2022) niżel għal €2,000 fil-Baġit ta’ din is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4536.

Għawdex – benefiċċji soċjali bħala single parents

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jingħataw benefiċċji soċjali bħala single parents u li jgħixu f'Għawdex? Jista' jagħti dawn il-figuri wkoll separatament għal kull lokalità f'Għawdex? Jista' jgħid kemm hu t-total ta' persuni li jingħataw tali benefiċċju bħala single parents fil-pajjiż kollu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ benefiċjarji li tħallsu benefiċċji soċjali bħala single parents, f’Malta kif ukoll f’Għawdex, sas-7 ta’ Jannar, kien jammonta għal 2,045 benefiċjarju. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-ammont kwotat (ta’ 2,045), 1,971 huma residenti f’Malta u 74 huma residenti f’Għawdex. Kif mitlub, qegħdin jingħataw il-figuri tal-benefiċċjarji, skont il-lokalità li ġejjin minnha l-benefiċċjarji, ġewwa Għawdex. Lokalitajiet - Għawdex Total FONTANA 1 GĦAJNSIELEM 6 KERĊEM 1 MARSALFORN 10 MUNXAR 3 NADUR 10 QALA 10 SAN LAWRENZ 2 SANNAT 2 VICTORIA 15 XAGĦRA 6 XEWKIJA 4 XLENDI 1 ŻEBBUĠ GĦAWDEX 3 Total 74

FSWS – proċedura biex managers u diretturi jagħmlu xogħol privat

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Kamra x’inhi l-proċedura biex Managers u Diretturi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) jagħmlu xogħol privat (“private practice”)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Hawn taħt qed nirriproduċi parti mill-kundizzjonijiet elenkati fil-kuntratt tax-xogħol tal-impjegati, fir-rigward ta’ xogħol ieħor: “9. OTHER EMPLOYMENT The employee shall not perform any other work, paid or unpaid, on his/her own account or on behalf of any other person, unless s/he informs the employer in writing. The employer may at any time refuse that the employee undertakes other work if it is in conflict with the employer’s work.” Għaldaqstant huwa l-obbligu ta’ kull impjegat li jinfurma b’kull tip ta’ xogħol kemm bi ħlas kif ukoll bla ħlas lil Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni. Meta tingħata l-approvazzjoni, dan ikun bil-kundizzjoni li fejn ikun hemm xi tip ta’ kunflitt, il-private practice titwaqqaf immedjatament.

FSWS – managers u diretturi u uffiċjali għolja li jagħmlu xogħol privat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-managers, diretturi u uffiċjali għolja tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-aġenziji tagħha għandhom permess biex jagħmlu xogħol privat? Min huma? Jista’ dan ix-xogħol privat minn uffiċjali għolja f’aġenziji pubbliċi jwassal għal sitwazzjonijiet ta’ konflitt ta’ interess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta illi hemm ħdax (11)-il Direttur jew Manager minn total ta’ 46, mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-aġenziji tagħha li għandhom permess li jagħmlu xogħol privat. Kif indikat fir-risposta għat-tweġiba parlamentari Nru 4580 huwa l-obbligu ta’ kull impjegat illi jinforma b’kull tip ta’ xogħol privat, kemm bi ħlas kif ukoll bla ħlas, lill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni. Meta tingħata l-approvazzjoni, dan ikun bil-kundizzjoni li fejn ikun hemm xi tip ta’ kunflitt ta’ interess, il-private practice titwaqqaf immedjatament. Diretturi u Managers li jagħmlu private practice, ġeneralment jagħmlu dan, sabiex dak li jkun ma jitlifx il-warrant tal-professjoni partikolari tiegħu jew tagħha. Kif mitlub, f'din it-tweġiba hawn il-lista ta’ Diretturi jew Managers li għandhom private practice Kunjom Isem Aġenzija/Direttorat Professjoni Grad Mifsud Melissa DAC System Family and Couple Psychotherapist, Clinical Supervisor Assisntent Direttur Galea Thomas ACTS Systemic Psychotherapist Direttur Agius Kevin Head Office CPA & Registered Auditor Direttur Finanzi Agius Marylyn DAC Social Worker & Psychotherapist Maniger Antoncich Joseph ACTS Systemic Psychotherapist Maniger Baldacchino Ingrid Child Protection Social Worker & Psychotherapist Maniger Camilleri Brian Sedqa Social Worker & Psychotherapist Maniger Mizzi Antonella ACTS Psychologist Maniger Sammut Demarco Andrea ACTS Psychotherapist Maniger Orland Mike Sedqa Social Worker & Systemic Psychotherapist (Famiy & couple Therapist) Maniger Farrugia Bennett Colette Aġenzija Appoġġ Social Worker & Family Therapist Maniger

Pensjoni kontributorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru globali ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja f’kull kategorija imsemmija hawn taht: (a) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1920 u 1940; (b) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1941 u 1955; (c) Pensjonanti li twieldu bejn is-sena 1956 u 1961; u (d) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1962 u 1965?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – benefiċċji u għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni tal-films lokali

Question

Jista' l-Ministru iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4712 u jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Età legali taż-żwieġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3534 u jagħti time frame ta' meta l-Gvern mistenni jikkonkludi l-evalwazzjoni tal-passi li jistgħu jittieħdu rigward reviżjoni fl-età legali taż-żwieġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi bħala fatt, f’perjodu ta’ għaxar snin kien hemm biss tnax-il każ fejn persuna żżewġet ta’ età anqas minn dik ta’ tmintax-il sena. Il-Gvern qed jikkonsidra x’passi jistgħu jittieħdu.

Santa Luċija – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3503 u jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Santa Luċija bbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tider fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Santa Luċija 44 €33,644.01

Gudja – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3505 u jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti l-Gudja bbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tider fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Gudja 30 €18,083.22

Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4178 u jgħid kemm huma l-persuni li jingħataw benefiċċji soċjali bħala single parents, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, separatament għal kull lokalità? Jista' jgħid kemm hu t-total ta' persuni li jingħataw tali benefiċċju bħala single parents?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: SINGLE PARENTS L-IMĠARR MELLIEĦA NAXXAR SAN PAWL IL-BAĦAR TOTAL SEPARATI DE FACTO 2 1 2 12 17 DIVORZJATI 1 0 1 3 5 LEGALMENT SEPARATI 2 3 13 38 56 XEBBA/GĦAŻEB 10 22 15 74 121 ARMEL/ARMLA 0 1 1 1 3 TOTAL 15 27 32 128 202