Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenż de Paule — attivitajiet għal anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-qasam tal-anzjani li x-xogħol tagħhom huwa li jagħmlu attivitajiet kulturali u soċjali lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenż de Paule u fil-homes? X'inhi l-professjoni ta' dawn il-ħaddiema u x'attivitajiet jorganizzaw lill-anzjani? Kemm huma spissi dawn l-attivitajiet? Kemm anzjani pparteċipaw fiha matul is-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kliniċi tal-gvern — pażjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6824 u jgħid kemm raw pazjenti l-kliniċi tal-gvern li joffru servizz lil pazjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra matul is-sena 2008? Kemm hemm waiting time sabiex jarak psikjatra f’waħda minn dawn il-kliniċi? Kemm huwa l-persentaġġ tal-Maltin li huma kkalkulat li jbatu minn problemi psikjatriċi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — Rapporti dwar laħam

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5040 u jgħid jekk kienx hemm xi rapporti bejn l-2007/2008 lill-iSpettorat tad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji li kien hemm xi bejgħ ta’ laħam minn produtturi lil xi ħwienet tal-laħam li kien kontaminat? Jekk fl-affermattiv, kien hemm każi fejn ittieħdu passi u x’kienet il-proċedura li ttieħdet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħwienet tal-laħam — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5039 u jgħid kemm saru spezzjonijiet fil-ħwienet tal-laħam fis-sena 2007/2008? Jista' jgħid jekk kienx hemm spezzjonijiet fl-2007/2008 li wasslu għat-teħid ta' xi kampjun tal-laħam minn ħwienet tal-laħam? Jekk fl-affermattiv, fejn kien ittestjat l-istess kampjun għal antibijotika jew inkella għal xi forma oħra ta’ impurities fil-laħam li normalment ikunu detected fl-ispezzjoni fil-biċċerija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8612 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centre — kwestjoni fuq ħlas għat-trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jintalab ħlas għat-trasport minn u għall-Adult Training Centre u dan il-ħlas qed jintalab lill-persuna waħda biss?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li kien sar ftehim bejn missier il-klijent u l-amministrazzjoni taċ-ċentri preċedenti (l-amministrazzjoni taċ-ċentri ġiet f’idejn il-Fondazzjoni f”April 2007). Il-missier kien aċċetta li jħallas dan it-trasport sabiex it-tifel tiegħu jkun jista’ jattendi ċentru partikolari tal-għażla tiegħu fejn ma kienx hemm transport disponibbli. Ninsab informat ukoll li barra minn hekk, minn din s-sena, il-Fondazzjoni qed tħallas nofs l-ispejjeż tat-trasport ta’dan il-klijent, u malli l-Aġenzija tkun f’pożizzjoni li l-klijent jingħata servizz kollu b’xejn, dan isir.
Leg 11 PQ #8668 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

wheelchairs apposta għal fuq ir-ramel

Question

Peress li issa ġej is-sajf u teżisti problema ta' aċċessibiltà għall-persuni b'diżabilità f'żoni ta' l-għawm fejn ikun hemm ir-ramel, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qatt ikkunsidrax li fil-bajjiet ikun hemm provduti wheelchairs apposta li jkunu jistgħu jimxu fuq ir-ramel u li jkunu a disposizzjoni tal-persuni b'diżabilità biex anke huma jkunu jistgħu igawdu l-bajjiet ukoll?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li preżentament qed ikun hemm diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', l-Malta Tourism Authority u l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali dwar l-aċċessibilita' fil-bajjiet.
Leg 11 PQ #8767 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali li huma reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' maqsuma f'age groups, kif wkoll xi pjani jew proġetti hemm maħsubin għal futur ta' dawn il-persuni, speċjalment rigward ir-residenza permanenti għal dawn il-persuni adulti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8768 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-budget allokat għaċ-ċentri ta' matul il-jum - Adult Training Centres - ta' din is-sena kif mqabbel mas-sena ta' qabel? Jista' jgħid x'inhi l-ispiża totali per capita fiċ-ċentri ta' matul il-jum mqabbel ma' dik ta' skejjel post sekondarji tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8769 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Sapport — Djar residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża totali tad-djar residenzjali li qed tmexxi l-aġenzija Sapport? Kemm hemm persuni li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz? Taħt liema kriterji qed jintgħażlu dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8169 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7653 u jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8172 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Kumitati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7657 u jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8264 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru tas-Saħħa — persuni li użaw servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li użaw is-servizz ta' Ċentru tas-Saħħa, ċentru b'ċentru f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-ewwel xhur ta' din is-sena? Jista jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Anzjani jistennew biex jidħlu ġewwa istituzzjoni tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani jistennew biex jidħlu f'istituzzjoni tal-Gvern fl-aħħar t'April 2009? Kemm kien hemm minn dawn li ilhom jistennew għal iktar minn sentejn, tliet snin u erba' snin? Jista' jgħid liema huma dawk l-anzjani li ilhom jistennew l-iktar biex jidħlu f'istituzzjoni tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li sa l-aħħar t'April 2009, kien hemm 1,666 anzjan jistennew biex jidħlu f'istutizzjoni tal-Gvern. Iż-żmien tas-stennija huwa hekk :- Żmien ta' stennija Numru ta' applikanti Anqas minn sentejn (April 2007 sa issa) 1098 Aktar minn sentejn (April 2006 - Marzu 2007) 222 Aktar minn tlett snin (April 2005 - Marzu 2006) 113 Aktar minn erba' snin (April 2004 - Marzu 2005) 52 L-aktar li ilhom jistennew (Marzu 2004 u qabel) 181 Total 1666. (Ara korrezzjoni fil-Papers Laid 3010 li tpoġġit fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 151, fis-27 ta' Ottubru 2009)

Residenza San Vinċenz de Paule — residenti aktar minn ħames snin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li ilhom jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule iktar minn ħames snin? Kemm għandhom żmien dawn l-anzjani u jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Age in Place

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-politika ta' Age in Place għadhiex titħaddem? Għaliex anzjan li jgħix f'Raħal Ġdid qed jintbgħat jgħix ġo home li tkun 'il bogħod mill-post fejn ikun għex u trabba?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li meta l-anzjani japplikaw biex jidħlu ġo residenza tal-Gvern, dawn jindikaw il-preferenzi tagħhom. Wara li l-applikazzjoni tiġi aċċettata mill-Bord, l-applikant jiġi mqiegħed fil-waiting list ta' dik ir-Residenza partikolari. Meta l-każ ikun jeħtieġ kura immedjata jintużaw b'mod temporanju is-sodod fid-Djar Privati li huma fl-Iskema tal-Private Public Partnership.

persuna li trid tidħol f'residenza għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema post ta' stennija waslet il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament u li tixtieq tidħol f'residenza għall-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8570 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-home help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-għoti tal-home help għall-anzjani u persuni b'diżabilità? Kemm minn dawn in-nies qed jgħixu waħedhom u x'etaijiet għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8606 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni Sapport — nies ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mal-Fondazzjoni Sapport f'din l-aħħar sena u f'liema grad u/jew uffiċċju sar l-ingaġġ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Aġenzija Sapport tinkorpora fi ħdanha s-Servizzi ta’ Matul il-Jum (qabel magħrufa bħala l-Adult Training Centres), Servizzi Residenzjali, Servizzi fil-Komunita’ u Servizzi ta’ Social Work. L-Aġenzija Sapport tagħmel parti mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjail li tinkorpora ukoll l-Aġenzija Appoġġ u l-Aġenzija Sedqa. Informazzjoni dwar in-nies ingaġġati fl-aħħar sena u nofs, ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.