Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem – Inizjattivi favur it-tisħiħ tal-kapaċità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ inizjattivi ħa d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ taħriġ ingħataw l-uffiċjali pubbliċi fi ħdan id-Direttorat f’dan ir-rigward, f’dan il-perjodu u liema kienu l-kampanji ta’ għarfien għall-pubbliku li tella’ d-Direttorat f’dan il-perjodu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant hija mitluba tressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem – Pożizzjoni dwar liċenzji għal Massage Parlours
Question
Jista’ l-Ministru jara li d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni/liċenzji tal-ħwienet magħrufa bħala Massage Parlours fid-dawl li dawn huma ħwienet fejn hemm inċidenza iktar għolja ta’ traffikar tal-bnedmin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant hija mitluba tressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Traffikar tal-bnedmin — Azzjonijiet favur l-identifikazzjoni tal-vittmi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ azzjonijiet qed jittieħdu biex titjieb l-identifikazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll il-protezzjoni tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nkun qed nirreferi speċifikament għall-ħidma tal-Korp tal-Pulizija fejn ninsab infurmat li huma diversi l-azzjonijiet li qed jiġu implimentati mill-Pulizija biex jitjiebu l-identifikazzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin.
Fost dawn qed isir taħriġ speċjalizzat lill-uffiċjali tal-iskwadri speċjalizzati fil-Korp, inkluż lill-uffiċjal responsabbli mill-kontroll fuq il-Fruntieri dwar l-identifikazzjoni tal-vittmi, billi jingħataw għarfien u struzzjonijiet tal-ħiliet meħtieġa biex jirrikonoxxu u jassistu f’tali sitwazzjonijiet. Jitwettqu wkoll diversi spezzjonijiet mill-Vulnerable Victims Unit u s-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni, b’kollaborazzjoni ma' Jobsplus u DIER. Dawn l-ispezzjonijiet isiru abbażi ta’ intelligence dwar irregolaritajiet, biex jiġu identifikati l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, spezzjonijiet li sussegwentement taw riżultati pożittivi.
Barra milli tiġi assigurata kollaborazzjoni ma’ aġenziji oħra responsabbli li jegħlbu dan l-abbuż lokalment, bħal ma huma il-Human Rights Directorate, l-kooperazzjoni hija estiża wkoll ma’ aġenziji tal-Infurzar tal-Liġi ta’ Stati oħra Ewropew u lil hinn. Il-pulizija tipparteċipa f’attivitajiet ta’ azzjonijiet konġunti, organizzati taħt il-pjattaforma multi-dixxiplinarja kontra theddid dwar delitti serji Ewropew. Dan isaħħaħ l-impenn għal-identifikazzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, permezz ta’ approċċ proattiv u kkoordinat.
Il-Pulizija mpenjata li ġaladarba jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu vittmi ta’ traffikar, tikkoordina ma’ Aġenziji konċernati, biex dawn jingħataw il-protezzjoni meħtieġa, inkluż post alternattiv sikur ta’ akkomodazzjoni.
Infakkar ukoll li ġiet ippubblikata l-ewwel strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ‘Immigration Letter’ jew kif diversi jsejħulha ‘Green Paper’ ħarġet il-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll għal liema nazzjonalità nħarġu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Pulizija mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni ma joħorġux ‘Immigration Letters’ jew kif indikat ukoll fil-mistoqsija ‘Green Papers’.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser terġa’ tinfetaħ l-għassa tal-pulizija ġewwa l-Gżira?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-residenti tal-Gżira llum wkoll għandhom servizz tal-Pulizija tal-komunità filwaqt li l-lokalità hija milħuqa wkoll b’rondi minn uffiċjali b’vetturi tal-RIU kif ukoll dawk tal-għassa Prinċipali tad-Distrett. Hemm ukoll servizz ta' intercomp. Kif ingħad drabi oħra l-pubbliku jista’ llum wkoll jagħmel użu ta’ rappurtaġġ onlajn, permezz ta’ sistema introdotta ftit tax-xhur ilu, u jaċċessa s-servizzi tal-pulizija, minn daru. Il-Pulizija tibqa’ kommessa li bit-tibdil fl-istrateġija tal-Korp u inizjattivi oħra, jiġu użati aħjar ir-riżorsi fil-korp, filwaqt li tissaħħaħ u titjib is-sigurtà, kif ukoll it-tnaqqis u l-prevenzjoni fil-kriminalità. Dan anke bit-titjib fil-kunċett ta’ Pulizija tal-Komunità, li llum ikopri l-maġġoranza tal-lokalitajiet, f’dawn il-gżejjer.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser terġa’ tinfetaħ l-għassa tal-pulizija ġewwa l-Għargħur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-lokalità tal-Għargħur ukoll ġie ntrodott is-servizz ta' Pulizija tal-Komunità, u ninsab infurmat ukoll li l-lokalità hi koperta wkoll mir-rondi kemm b’vetturi distrettwali u minn uffiċċjali b’vetturi tal-RIU. Il-lokalità tal-Għargħur hija koperta mill-għassa Prinċipali tad-Distrett fin-Naxxar li hija miftuħa erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Il-Pulizija tibqa' kommessa li r-riżorsi fil-korp jiġu wżati bl-aħjar mod u fl-istess ħin tissaħħaħ u titjieb is-sigurtà, inkluż it-tnaqqis u l-prevenzjoni fil-kriminalità.
Jista' l-Ministru jikkonferma li meta joħorġu sejħiet għal karigi fi ħdan it-tmexxija tal-korpi dixxiplinarji tagħna, issir evalwazzjoni u tittieħed inkonsiderazzjoni l-esperjenza tal-persuna fi rwoli li jkunu qed japplikaw sabiex jassumu? Jekk inhu l-każ, jista’ jagħti spjega għalfejn dan ir-rekwiżit ma jitniżżilx fir-rekwiżiti tas-sejħiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kull sejħa toħroġ skont ir-regoli tas-servizz pubbliku u r-regoli/l-liġijiet applikabbli għal dik l-entità partikolari.
Il-Fgura — Triq Patri Mawrizju Mizzi - Tneħħija ta’ karozza
Question
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq karozza Jaguar griża li ma għandhiex number plates u ma għandhiex liċenzja u li ilha xi sitt xhur tokkupa parkeġġ fi Triq Patri Mawrizju Mizzi, il-Fgura?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Membru u li kienet fi Triq Patri Mawrizju Mizzi, il-Fgura, tneħħiet mill-post fejn kienet ipparkjata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nisa impjegati f’managerial posts? Jista’ jgħid ukoll:
i. Jekk humiex fiċ-Ċivil u/jew mal-Gvern?
ii. Jekk humiex fil-privat?
iii. X’inhu l-persentaġġ ta’ nisa f’dawn il-postijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ nisa impjegati f'managerial postssal-aħħar t`April 2024 fuq bażi full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom kien ta’ 9,321.
Nisa impjegati f’
Manigerial posts
Settur Pubbliku
Settur Privat
Total
[1] Managers
1,335
7,986
9,321
Persentaġġ ta` nisa jaħdmu f`M
anagerial posts
fuq it-total irġiel u nisa jaħdmu f`M
anagerial posts
44%
32%
Jista’ l-Ministru jara li tingħata d-direzzjoni sabiex sewwieqa tal-karozzi bil-“Y-Plates” jitfakkru li m’għandhomx iwaqqfu jew jiġbru l-passiġġieri tagħhom minn madwar roundabouts senjatament l-iktar minħabba l-perikolu inkors?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi x-xenarju deskritt mill-Onor. Membru fil-mistoqsija tiegħu, huwa xenarju li huwa projbit għal kull sewwieq, inkluż dawk b’vetturi bil-Y plates. Għaldaqstant meta dawn is-sitwazzjonijiet jiġu għal konjizzjoni tal-Pulizija u Uffiċjali tal-Aġenzija LESA, dawn jieħdu l-passi meħtieġa, skond kif jitlob il-każ partikolari, biex jevitaw periklu għal kulħadd.
Korp tal-Pulizija — Uffiċjali għaż-żamma tal-ordni fit-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz tal-mobilità tal-muturi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi hemm erbgħa u tletin (34) uffiċjal tal-Pulizija li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz ta’ muturi.
Kif jaf ben tajjeb l-Onor. Membru llum hemm ukoll entitajiet oħra li jagħmlu dan ix-xogħol primarjament Transport Malta u anke LESA.
LESA — Uffiċjali għaż-żamma tal-ordni fit-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan il-LESA li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz tal-mobilità tal-muturi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kif jaf l-Onor. Interpellant illum hija Transport Malta li ħadet r-responsabbiltà ewlenija ta’ immaniġjar tat-traffiku, anke permezz tal-uffiċjali tagħha. Ninsab infurmat ukoll li l-Uffiċjali tal-Komunita fi ħdan l-Aġenzija LESA, jużaw kemm vetturi, kif ukoll muturi, sabiex jgħinu fiż-żamma tal-ordni fit-traffiku. Dawn jikkumplimentaw dawk il-persuni li jkunu assenjati doveri bil-pass.
B’mod ġenerali, l-awtorità għandha 30 uffiċjal li jaħdmu fuq it-30 mutur li għandha l-awtorità.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?
Jopsplus — Taħriġ tal-persuni b’diżabilità - Fondi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid lil min (inkluż għaqdiet volontarji) qiegħda tinvolvi Jobsplus biex isiru l-pjanijiet ta’ kif jintużaw il-fondi ewropej għall-avvanz u għat-taħriġ tal-persuni b’diżabilità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kmieni din is-sena Jobsplus issottomettiet applikazzjoni ta’ proġett taħt ESF+ (2021-2027) imsejjaħ VASTE II. Bi preparazzjoni għal dan il-proġett, fit-18 t’April 2023, Jobsplus organizzat laqgħa ta’ konsultazzjoni fejn diversi entitajiet u NGOs ġew mistiedna jaqsmu l-ideat tagħhom dwar kif segħtet titjieb l-iskema preċedenti (VASTE I), kif ukoll ideat dwar servizzi ġodda inkluż taħriġ li jistgħu ikunu ta’ sapport lil gruppi vulnerabbli fosthom persuni b’diżabilità.
Jobsplus involviet f’diskussjonijiet aktar profondi u wara bħala ‘partners’ lil entitajiet imsemmija hawn taħt:
· Lino Spiteri Foundation
· Aġenzija Sapport
· Inspire Foundation
· Richmond Foundation
· Jesuit Refugee Services
Qabel ma ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal VASTE II, Jobsplus bgħatet il-proposti lil:
· Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita
· Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza
· Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem
Lista ta’ entitajiet/NGOs li pparteċipaw fil-laqgħa ta’ konsultazzjoni tat-18 t’April 2023 qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta, u fejn (jekk hu l-każ), ser tinfetaħ għassa tal-pulizija ġdida f'San Pawl il-Baħar biex il-pulizija jkunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom minnha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Membru tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 18511.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tabelli u sinjali oħra li kien hemm imwaħħla mal-faċċata tal-Għassa tal-Pulizija ta' San Pawl il-Baħar inqalgħu kollha? Jista’ jgħid jekk din l-istess għassa ngħalqitx għalkollox u jgħid ukoll x'ser isir minnu dan il-post?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex l-għassa tal-pulizija tal-Mellieħa terġa' tinfetaħ sabiex il-pulizija jkunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom minnha ? Jista’ jgħid ukoll meta, u fejn (jekk hu l-każ), ser tinfetaħ għassa tal-pulizija ġdida f'din il-lokalità?
Lino Spiteri Foundation — Persuni b’diżabilità li jiffurmaw parti mill-Bord
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ (mill-membri kollha) ta’ persuni b’diżabilità minn fost il-membri li jiffurmaw il-Bord ta' Lino Spiteri Foundation u dan mingħajr ma jidentifika min huma dawn il-membri, iżda jagħti biss l-informazzjoni bħala numru? F'każ li ma hemm l-ebda persuna b'diżabilità fuq dan il-Bord, jista' jgħid għalfejn m’hemm l-ebda rappreżentanza tal-persuni b’diżabilità u l-NGOs tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Bord t’Amministraturi ta’ Lino Spiteri Foundation huwa maħtur skont l-istatut tal-Fondazzjoni Lino Spiteri.