Transport Malta — stage ħdejn il-Paramount, Raħal Ġdid
Question
Jista' l-Ministru jara fejn jista' jsir stage minn Transport Malta fejn il-Paramount fi Triq Tarxien, Raħal Ġdid peress li qabel kien hemm wieħed u issa tneħħa? Jista' jara li jsir ieħor fl-istess post, u jekk hi problema, x'imkien ieħor fl-istess inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmi stage qatt ma tneħħa u jinsab bl-isem ta' Antnin.
Xogħlijiet fix-Xatt ta' Bormla — health and safety
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28965, jista' l-Ministru jwieġeb il-kumplament ta' din il-mistoqsija u ċioe jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li jindika li x-xogħol li qed isir fix-Xatt ta' Bormla, aktar magħruf bħala s-Suq ta' Bormla, huwa provdut bil-miżuri neċessarji kollha fejn tidħol health and safety skont il-liġi?
Response (GATT, AUSTIN)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra CD b'kopja tal-kuntratt li jipprovdi għall-miżuri neċessarji ta' saħħa u sigurta'.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fl-infrastruttura u bini ta' toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27784, infakkar li l-informazzjoni tinsab ukoll fuq il-websajt ta' Transport Malta.
Wara numru ta' ilmenti li kellna min-nies tal-Gudja u Għaxaq fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku, li issa jidher li ġew irrangatti ftit aktar il-problemi li kien hemm iżda xorta waħda qed jkollhom numru ta' problemi għax il-karozza X5 li din qed tgħabbi lin-nies ta' Wied il-Għajn, Żejtun, Bir id-Deheb u wara Gudja u Għaxaq imma li mhux tieqaf Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jara li dawn in-nies ikollhom s-servizz lejn iċ-Ċentru tas-Saħħa, u l-uffiċni tal-Melita, Vodafone eċċ.? Jista' jara li dawn l-ilmenti jiġu diskuss għal ġid tan-nies tal-Gudja u Għaxaq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta hija konxja mit-talbiet imressqa mill-Kunsilli Lokali tal-Gudja u Ħal Għaxaq sabiex jiġu provduti b’servizz tat-trasport pubbliku li jgħaddi minn Raħal Ġdid.
Madankollu, ir-residenti tal-Gudja u Ħal Għaxaq preżentament jistgħu jaqbdu l-ewwel xarabank li tgħaddi minn ġewwa l-lokalità tagħhom bir-rotta numru X5 li għandha frekwenza ta’ kull 30 minuta, jew ir-rotta 135 bi frekwenza ta’ kull siegħa. Dawn iż-żewġ rotot jagħmlu waqfa fl-ajruport minn fejn wieħed jista’ bl-istess biljett ta’ ġurnata jaqbad xarabank li tgħaddi minn Raħal Ġdid. Ir-rotot li wieħed jista’ jieħu huma jew X2 bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa jew X3 bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġeriment jiġi kkunsidrat f'reviżjonijiet futuri tar-rotot tat-trasport pubbliku.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenzi
Question
B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 23973, jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol ta’ konsulenza li sar għal Transport Malta minn Aequitas Legal u Halcrow Group Ltd fl-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija Aequitas Legal provdiet dawn is-servizzi matul is-sena 2010 hekk kif ġej:
- Bejn Jannar u Frar, assistew fil-proċess tat-tender billi rrivedew u wieġbu għall-klarifikazzjonijiet relatati mad-dokumentazzjoni tat-tender u l-kuntratt li Transport Malta kienet irċeviet mingħand dawk kollha li kienu issottomettew l-offerti tagħhom;
- Bejn Frar u Lulju, ipprovdew konsulenza legali neċessarja sabiex ġew evalwati s-sottomissjonijiet mibgħuta, inkluża rappreżentazzjoni legali għall-appell magħmul minn wieħed minn dawk li ssottomettew it-tender tagħhom, mad-Dipartiment tal-Kuntratti;
- Bejn Lulju u Novembru, ipprovdew konsulenza legali sabiex ġie finalizzat il-kuntratt li ġie ffirmat nhar l-20 ta’ Novembru 2010.
Fir-rigward ta’ Halcrow Group, dawn provdew servizzi u konsulenzi tekniċi fuq it-trasport pubbliku matul is-sena 2010 hekk kif ġej:
- Bejn Jannar u Frar, assistew fil-proċess tat-tender billi pprovdew assistenza teknika fil-klarifikazzjonijiet relatati mad-dokumentazzjoni tat-tender u l-kuntratt li Transport Malta kienet irċeviet mingħand dawk kollha li kienu issottomettew l-offerti tagħhom;
- Bejn Frar u Lulju, ipprovdew konsulenza teknika neċessarja sabiex ġew evalwati is-sottomissjonijiet mibgħuta, inkluża assistenza teknika fl-appell magħmul minn wieħed minn dawk li ssottomettew it-tender tagħhom, mad-Dipartiment tal-Kuntratti;
- Bejn Lulju u Novembru, ipprovdew konsulenza teknika sabiex ġie finalizzat il-kuntratt li ġie ffirmat nhar l-20 ta’ Novembru 2010.
B'referenza għall-fatt li Transport Malta qed iżżomm €46.50 għal tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan għal 10 snin, flimkien ma' €6 bħala ħlas amministrattiv, jista' l-Ministru jippubblika l-kalkoli speċifiċi li permezz tagħhom waslu għall-ammont tal-ħlas amministrattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif wara dak li ġie mħabbar fil-budget fir-rigward tal-liċenzja tat-TV xorta waħda ħarġu kontijiet għas-sena 2012, jiġifieri. r-renwal hija għal Diċembru 2011 sa Diċembru 2012? Fil-budget ma ntqalx li mis-sena d-dieħla din il-liċenzja mhux se tinġabar aktar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru tal-Finanzi.
dewmien biex jiġi mqiegħed il-bridge tal-breakwater — ħlas mill-kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ħlas dovut aktar milli provist lil kuntrattur minn Transport Malta għal dewmien li ġie kkawżat sakemm ġie mpoġġi l-bridge fuq il-breakwater u jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm ġiet tiswa aktar din in-nefqa?
Jista' l-Ministru jgħid lil min Transport Malta għaddiet ix-xogħol ta’ konkos u l-qlugħ ta' bus shelters? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għal dan ix-xogħol jew jekk ingħatatx b’direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jindika fuq liema kriterji ġiet mirbuħa t-tender tal-għaxar karozzi tat-tip Hyundai i20 li ġew mixtrija minn Transport Malta? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji dwar dan it-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Transport Malta — pagi għal min jassisti lill-klijenti tal-Arriva
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa minn Transport Malta f'pagi għall-impjegati li ġew ingaġġati minn kumpanija privata sabiex jassistu lill-klijenti tal-Arriva f’isem l-awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Peress li numru ta' impjegati tat-Transport Malta kienu assenjati f'numru ta' interchanges u bus stops biex jassistu lill-klijenti tal-Arriva, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'overtime għal dan is-servizz li offrew l-impjegati tat-Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28868, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li manager inkarigat fit-Transport Malta daħħal xogħol cleaners privati u mhux cleaners tal-awtorità għar-reception li saret f'Ġunju 2011 fil-Head Office? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-reception li qed jirreferi għaliha l-Onor.Interpellant saret f’okażżjoni tal-inawgurazzjoni tal-uffiċini il-ġodda tal-European Asylum Support Office (EASO) li saret fid-19 ta’ Ġunju.
Peress li l-ġurnata kienet il-Ħadd, daħlet cleaner waħda mill-privat li tiġi orħos minn cleaner tal-awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju longitudinal biex janalizza l-effett tal-ispeed cameras fit-toroq Maltin x'kien? Jekk sar dan l-istudju, jista' l-Ministru jgħid jekk l-aċċidenti fit-toroq tagħna naqsux wara li daħlu l-ispeed cameras jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn moniteraġġ tal-veloċita’ tas-sewqan li sar qabel l-installazzjoni tal-ispeed cameras u wkoll xahar wara tali stallazzjoni f’post tul it-triq f’distanza lil hinn sewwa miż-żona ta’ nfurzar, irriżulta li kien hemm tnaqqis fil-veloċita’ tas-sewqan f’kull lokalità kif muri fl-iskeda hawn annessa. L-istatistika dwar l-inċidenti tat-toroq tinġabar mill-pulizija u għaldaqstant il-Korp tal-Pulizija huwa f’pożizzjoni li jipprovdi tali informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
proġett ta' rigenerazzjoni tal-Kottonera — parking spaces
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm parking spaces qabel ma nbeda l-proġett ta' riġenerazzjoni tal-Kottonera fl-inħawi tax-Xatt ta' Bormla u jekk hemmx xi pjanijiet għal parkeġġ alternattiv? B'dan il-proġett tnaqqsu l-ispazji għall-parkeġġ jew żdiedu? Jekk żdiedu b'kemm? Jekk naqsu b'kemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-inħawi tax-Xatt ta' Bormla kien hemm bejn wieħed u ieħor 77 spazji ta' parkeġġ qabel ma' nbeda l-proġett ta' riġenerazzjoni. Meta l-proġett ikun komplut ser ikun hemm 40 spazji ta' parkeġġ, jiġifieri tnaqqis ta' 37 spazju.
Dan l-ispazju kien organizzat hekk b'riżultat tal-permess tal-iżvilupp u bil-kunsens tal-kunsill lokali li kien ikkonsultat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali li Transport Malta se tagħmel mill-1 sat-13-il Distrett Elettorali fil-lokalitajiet kollha? Meta mistennija jibdew isiru dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24717, u li magħha kienet ingħatat lista ta' toroq li jridu jsiru, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawk it-toroq min din il-lista li Transport Malta fadlilha tagħmel.
Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30118 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30333 u jgħid mingħand min u kemm tħallsu mill-1 ta' Lulju sal-aħħar t'Ottubru 2011 l-kuntrattur/i li qed jipprovdu t-tined biex wieħed jistkenn taħthom b'relazzjoni mat-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tined in kwistjoni ġew provduti minn Zaffarese Signs & Display Ltd u Karl Borg Events. Sal-lum għadu ma sar l-ebda pagament lil dawn il-kumpaniji.