Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta — remunerazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18427, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-remunerazzjoni indikata fit-tabella ppreżentata minnu fir-risposta bdietx titħallas fid-dati hemm indikati jew jekk tħallsitx b'arretrati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma li Onorevoli Interpellant li l-valuri indikati bdew jitħallsu fid-dati indikati u mhux b’arretrati.

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta — remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mar-remunerazzjoni indikata fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18427, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jirċeviex ukoll remunerazzjoni talli huwa membru tal-Kunsill Governattiv tal-European Central Bank (ECB), Gvernatur Alternattiv għal Malta fl-International Monetary Fund (IMF), u/jew membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Leg 13 PQ #18647 Sitting 424 2021-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18360, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li minn Marzu 2019 sal-lum ħadu deċiżjonijiet li jikkanċellaw jew jagħtu liċenzja jew li jiġġudikaw persuni bħala fit and proper? X’inhuma l-karigi li jokkupaw dawn il-persuni fi ħdan l-Awtorità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid- 29 ta’ Marzu ta’ 2019 il-Kumitat Ezekuttiv fi ħdan l-Awtoria’ kien magħmul minn Marianne Scicluna (fil-kapacita’ tagħha ta’ Chief Officer – Supervision ta’ l-Awtorita), Reuben Fenech (fil-kapaċita’ tiegħu ta’ Chief Operations Officer ta’ l-Awtorita), Joseph Cuschieri (fil-kapaċita’ tiegħu ta’ Chief Executive Officer ta’ l-Awtorita), u Edwina Licari (fil-kapaċita’ tagħha ta’ General Counsel ta’ l-Awtorita). Marianne Scicluna kienet tifforma parti tal-Kumitat Eżekuttiv sal-15 ta’ April 2020 filwaqt li Reuben Fenech kien parti mill- Kumitat Eżekuttiv sal- 10 ta’ Settembru 2019. Joseph Cuschieri kien parti mill- Kumitat Ezekuttiv sal-25 ta’ Novembru 2020 pero huwa ssospenda lilu nnifsu mill-kariga tiegħu fit-30 ta’ Ottubru 2020 u baqa’ sospiz sal-25 ta’ Novembru 2020. Edwina Licari ssospendiet lilha nfisha mit-30 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Novembru 2020. Christopher Buttigieg (fil-kapaċita’ tiegħu ta Chief Officer Strategy, Policy and Innovation ta’ l-Awtorita’) sar parti tal- Kumitat Eżekuttiv mit- 8 April 2019. Wara l-ħatra tiegħu bħala Chief Operations Officer ta’ l-Awtorita’, Ivan Zammit sar membru tal-Kumitat Ezekuttiv mill- 1 Jannar 2020. Michelle Mizzi Buontempo (fil-kapaċita’ tagħha ta’ Chief Officer – Enforcement ta’ l-Awtorita’) u Michael Xuereb (fil-kapaċita’ tiegħu ta Chief Officer – Strategy and Policy ta’ l-Awtorita’) saru jgħamlu parti mill- Kumitat Ezekuttiv mill-1 ta’ Marzu 2020. Deċizjonijiet relatati ma ċertu kategoriji ta’ liċenzji ġew delegati liċ-Chief Officer Supervision li huwa assistit min kumitat regolatorju fil kapaċita tiegħu ta’ korp konsultattiv
Leg 13 PQ #18648 Sitting 424 2021-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

FIAU – multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, ġaladarba l-Qrati Maltin f'kawża bejn Sata Bank versus il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), iddeċidew li multi mogħtija mill-FIAU għandhom ikunu skont ma’ titlob il-liġi, ċjoè sa massimu ta' 10% tat-turnover tal-istituzzjoni (b'massimu ta' €5 miljun), jekk l-FIAU hux se tibqa' tagħti multi ta' iktar minn 10% tat-turnover tal-istituzzjoni konċernata?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Korp għall-Analizi ta’ Informazzjoni Finanzjarja dejjem mexa ma dak li tistipula l-liġi u aġixxa dejjem fl-ambitu ta’ dik id-diskrezzjoni mogħtija lilu mill-istess liġi, b’attenzjoni għaċ-ċirkostanzi tal-kaz li jkun qiegħed iqis. Fl-istess waqt, il-Korp huwa wkoll marbut b’obbligi internazzjonali u Europej sabiex is-sanzjonijiet pekunjarji li jimponi jkunu mhux biss proporzjonali għaċ-ċirkostanzi tal-każ, iżda wkoll effettivi u dizwasivi. Is-sentenza msemmija tirrigwarda każ u ċirkostanzi partikolari u allura mhuwiex il-kaz illi l-konklu¿jonijiet li waslu għalihom il-Qrati f’dan il-kaz għandhom jitqiesu bħala applikabbli għal kull sanzjoni li timponi l-Korp. Il-Korp qatt ma ġie gwidat li jirrevedi multi jew il-metidoloġija tal-applikazzjoni tal-multi. Ta’ min isemmi illi kien hemm diversi deċiżjonijiet meħuda mill-Qrati kemm qabel u kif ukoll wara id-deċiżjoni meħuda fil-ka¿ Satabank fejn saħansitra kien hemm qbil mill-Qorti fuq l-ammont sanzjonat mill-Korp, anki fejn ġie eċċedut 10% tat-turnover. Kull deċiżjoni meħuda mill-Qorti dejjem ġiet rispettata mill-Korp. Barra minn hekk, kif dejjem għamel, il-Korp qiegħed isegwi mill-qrib kull żvilupp u ser ikun qiegħed jieħu kull deċiżjoni neċessarja meta din tkun mitluba.
Leg 13 PQ #18748 Sitting 424 2021-02-03 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18702 Sitting 423 2021-02-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Lokalitajiet fejn jgħixu l-barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) għandux informazzjoni fejn qegħdin jgħixu l-madwar 67,000 barrani li jinsabu f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ xogħol qegħdin iwettqu u minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-barranin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella A turi r-regjun fejn qegħdin jgħixu l-barranin li jaħdmu f’Malta, waqt li Tabella B turi x’tip ta’ xogħol qegħdin iwettqu, L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Mejju 2020.
Leg 13 PQ #18092 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u Xogħol – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (CARUANA, CLYDE)

L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’dizabilità u x’tip ta’ dizabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl. Minkejja dan, fil-kaz ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluz bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn. Nenfasizza li kull kaz jiġi kkunsidrat fuq il-bazi individwali, inkluz biex tintuza l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuza għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform uzat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta — remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data meta r-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta tbiddlet l-aħħar u jagħti l-ammont ta’ kemm kien jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-ammont li issa qiegħed jitħallas il-gvernatur il-ġdid li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jara t-tabella ta' hawn taħt dwar ir-renumerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Għall-bqija nirreferih għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 18428 li qed tingħata f’din l-istess seduta. Tabella PQ 18427 Remunerazzjoni Bazika Responsibility Allowance 1 Jannar 2020 100,000 ewro 1 Jannar 2021 115,000 ewro 20%

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta – żieda fir-remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awment fir-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kienx mitlub u jekk iva, jgħid meta ġie mitlub u min talbu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-2019, l-Bank Ċentrali ġab għall-attenzjoni tal-Ministru għall-Finanzi u tal-Prim Ministru l-anomaliji li nħolqu matul l-aħħar snin bejn ir-remunerazzjoni tad-Deputy Governors tal-Bank Ċentrali u ċ-Chief Officers tal-MFSA. L-evalwazzjoni ta’ din is-sitwazzjoni intemmet fil-bidu tal-2020. Ġie maqbul li l-anomaliji jiġu rimedjati permezz ta’ zieda parzjali u li l-parità sħiħa mal-pakkett finanzjarju ta’ Chief Officer fl-MFSA tintlaħaq s-sena ta’ wara, jigifieri fl-2021. Iz-zieda tal-Gvernatur, saret biex tinzamm ir-relattività bejn ir-remunerazzjoni tal-Gvernatur u tad-Deputy Governors.

Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta – kundizzjonijiet aparti r-remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid apparti r-remunerazzjoni li tingħata lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, liema huma l-kundizzjonijiet l-oħra li jingħatawlu fil-pakkett tar-remunerazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lil Onorevoli Interpellant li mar-remunerazzjoni l-Gvernatur għandu l-istess benefiċċji li ngħataw lil ta' qablu (uzu ta' karozza, telefonija, internet/wifi, u assikurazzjoni medika)

Bank Ċentrali ta’ Malta – ingaġġ ta’ impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid ġie ingaġġat fil-Bank Ċentrali ta’ Malta sa mill-1 ta’ Dicembru 2020 sal-ġurnata tat-tweġiba u jgħid f’liema rwol huma ġew ingaġġati u jekk dan l-ingaġġ seħħx b’sejħa pubblika?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn l-impjegati ġew ingaġġati wara sejħa pubblika b’kuntratt definittiv għal sena li jiġi konvertit f’kuntratt indefinittiv meta jiskadi: Data ta' l-ingaġġRwol 02/12/2020IT Security Administrator 28/12/2020Systems Administrator Applications & Databases 04/01/2021Information Security Resilience Officer 25/01/2021Project Leader 25/01/2021Senior Officer International Organisations Dawn l-impjegati ġew ingaġġati bl-approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi u wara li ngħataw il-permess minn Jobs Plus. L-impjegati ġew mogħtija kuntratt definittiv għal sena li ma jiġix konvertit f’kuntratt indefinittiv: Data ta' l-ingaġġRwol 04/01/2021Personal Assistant to the Governor (Seconded mill-MFSA) 04/01/2021Personal Driver/Security Officer to the Governor
Leg 13 PQ #18038 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-binja tal-Ministeru hemm numru ta’ restrooms, izda minħabba limitazzjonijiet arkitettonici fil-binja, dawn m’humiex aċċessibli għal persuni bi bzonnijiet speċjali. Madanakollhu bħalissa qiegħed jiġi mfassal pjan ta’ evalwazzjoni biex possibilment għalinqas wieħed minn dawn ir-restrooms fil-binja jkun konvertit għal persuni bi bzonnijiet speċjali. Il-binja internament hija aċċessibli bil-lift.
Leg 13 PQ #18189 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – Liċenzji taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja ħarġet l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali (Kap. 590 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità s’issa ħarġet liċenzja waħda, kif ukoll tnax-il in-principle approval lill-entitajiet li jipprovdu servizz ta’ VFA taħt l-Att Dwar L-Attiv Finanzjarju Virtwali (Kap. 590 tal-liġijiet ta’ Malta). Barra minn hekk, l-Awtorità bħalissa għandha wkoll dsatax aġent ta’ VFA irreġistrati kif ukoll zewġ whitepapers għall-offerti dwar VFA inizjali u dħul għal negozju f’borza ta’ VFA.
Leg 13 PQ #18271 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru ma ta l-ebda tender jew direct order lill-kumpanija msemmija.
Leg 13 PQ #18360 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18223, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-erba’ membri l-oħra tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li flimkien mad-Direttur Eżekuttiv jieħdu d-deċiżjonijiet li jikkanċellaw liċenzja jew li jiġġudikaw persuni bħala fit and proper? X’inhuma l-karigi li jokkupaw dawn il-persuni fi ħdan l-Awtorità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18361 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – Kumitat Eżekuttiv li jieħu deċiżjonijiet dwar kanċellazzjoni ta’ liċenzji – kunflitt ta’ interess

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn u meta l-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) meta jieħu deċiżjoni dwar kanċellazjoni ta' liċenzji u dwar jekk persuna hijiex fit and proper, jiddikjaraw jekk għandhomx kunflitt ta' interess fid-dmirijiet tagħhom? Kif jiġi assigurat li tali kunflitt ta' interess ma jeżistix?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18226.
Leg 13 PQ #18402 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Korrispondenza bejn il-Gvern Malti u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar nomina

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza u d-dokumenti kollha li għaddew bejn il-Gvern Malti u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar in-nomina tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Misoqsija Parlamentari 18401.
Leg 13 PQ #18403 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Multi imposti fuq bank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, ġaladarba l-Qrati Maltin f'kawża bejn Sata Bank versus il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), iddeċidew li multi mogħtija mill-FIAU għandhom ikunu skont ma’ titlob il-liġi, ċjoè sa massimu ta' 10% tat-turnover tal-istituzzjoni (b'massimu ta' €5 miljun), x'qed iżomm lill-istess FIAU sabiex timxi mal-liġi u tirrevedi l-multi li tat sabiex tiġi konformi mal-liġi u mad-deċiżjoni tal-Qrati Maltin kif konkluż kawża msemmieha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja dejjem mexa ma dak li tistipula l-liġi u aġixxa dejjem fl-ambitu ta’ dik id-diskrezzjoni mogħtija lilu mill-istess liġi, b’attenzjoni għaċ-ċirkostanzi tal-kaz li jkun qiegħed iqis. Fl-istess waqt, il-Korp huwa wkoll marbut b’obbligi internazzjonali u Ewropej sabiex is-sanzjonijiet pekunjarji li jimponu jkunu mhux biss proporzjonali għaċ-ċirkostanzi tal-kaz, izda wkoll effettivi u biex jiġi evitat repetizzjoni tal-istess kontravenzjoni . Is-sentenza msemmija tirrigwarda kaz u ċirkostanzi partikolari u allura mhuwiex il-kaz illi l-konkluzjonijiet li waslu għalihom il-Qrati għandhom jitqiesu bħala applikabbli għal kull sanzjoni li impona l-Korp sa issa. Ta’ min isemmi illi kien hemm diversi deċizjonijiet meħuda mill-Qrati kemm qabel u kif ukoll wara d-deċizjoni meħuda fil-kaz Satabank fejn saħansitra kien hemm qbil mill-Qorti fuq l-ammont sanzjonat mill-Korp, anki fejn ġie eċċedut 10% tat-turnover. Illi għalhekk il-Korp ma jħossx il-ħtieġa li ssir tali revizjoni.
Leg 13 PQ #18404 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Multi imposti fuq bank

Question

Jista l-Ministru jgħid, ġaladarba l-Qrati Maltin f'kawża bejn Sata Bank versus il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), iddeċidew li multi mogħtija mill-FIAU għandhom ikunu skont ma titlob il-liġi, ċjoè sa massimu ta' 10% tat-turnover tal-istituzzjoni (sa massimu ta' €5 miljun), il-FIAU kif se tikkumpensa għad-danni sofferti lil dawk l-istituzzjonijiet li ngħataw multa iktar minn kemm tistipula l-liġi u minn kemm ordnat il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Korp dejjem aġixxa fl-ambitu tal-liġi f’kull kaz partikolari fejn tiġi mogħtija sanzjoni pekunjarja. L-impozizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja da parti mill-Korp tkun saret wara konsiderazzjoni tal-fatti kollha tal-kaz partikolari sabiex tali sanzjoni tkun kemm proporzjonali għal tali ċirkostanzi izda wkoll effettiva u biex jiġi evitat repetizzjoni tal-istess kontravenzjoni, hekk kif mitlub kemm mill-istandards internazzjonali kif ukoll mill-istess Direttiva kontra l-ħasil tal-flus. Ta’ min isemmi illi kien hemm diversi deċizjonijiet meħuda mill-Qrati ta’ Malta kemm qabel u kif ukoll wara d-deċizjoni meħuda fil-kaz Satabank fejn saħansitra kien hemm qbil mill-Qorti fuq l-ammont sanzjonat mill-Korp, anki fejn ġie eċċedut 10% tat-turnover. Kull deċizjoni meħuda mill-Qorti dejjem ġiet rispettata mill-Korp. Ta’ min issemmi li l-Korp qatt ma ġie gwidat li jirrevedi multi jew li jikkonsidra danni. Barra minn hekk, kif dejjem għamel, il-Korp qiegħed isegwi mill-qrib kull zvilupp u ser ikun qiegħed jieħu kull deċizjoni neċessarja meta din tkun mitluba.
Leg 13 PQ #17940 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Multi mogħtija lill-kumpaniji/banek/ individwi

Question

Wara s-sentenza tal-Qrati Maltin fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fir-rigward ta' multi mogħtija lill-kumpaniji/banek/individwi li ngħataw multi ta' aktar minn 10% tat-turnover tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att Kontra l-Ħasil tal-Flus (Kap373) jipprovdi għall- proċedura ta’ Appell minn multi li jiġu imposti mill-FIAU fuq banek u kumpaniji oħra suġġetti għall-obbligi kontra l-ħasil tal-flus. Dan l-istess Att jipprovdi illi l-multi maħruġa mill-FIAU u li dwarhom jinfetaħ appell ma jkunux meqjusa finali u dovuti sakemm il-Qorti ma tikkonfermax id-deċizjoni tal-FIAU. Tajjeb ukoll, li wieħed jinnota wkoll li din il-proċedura ta’ appell hi waħda ampja ferm. Appelli jistgħu jsiru kemm fuq punti legali, kif ukoll fuq il-fatti li jkunu wasslu għall-impozizzjoni tal-multi.