Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6060 Sitting 126 2018-06-05 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi

Mellieħa – Triq il-Qortin – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li kuntrattur jew kuntratturi wara li kienu ngħataw id-dritt, wara sejħa pubblika, sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa f’xi sena bejn l-2008 u l-2013, dawn l-istess kuntrattur jew kuntratturi naqsu milli jwettqu x-xogħol bil-prezz mogħti fl-offerta oriġinali peress li fl-istess żmien kien hemm varjazzjoni fil-prezz internazzjonali taż-żejt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #2395 Sitting 121 2018-05-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5871 Sitting 121 2018-05-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2380 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Leg 13 PQ #5849 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji – appelli pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom, f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #5850 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta – ħaddiema li għandhom ħatriet f’bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Bank Ċentrali ta' Malta li għandhom ħatriet f'bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi oħra? Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-ħaddiema, x'kariga jew pożizzjoni għandhom fil-Bank Ċentrali ta' Malta, x'rimunerazzjoni għandhom u jekk humiex eżenti mill-impjieg tagħhom mal-Bank Ċentrali ta' Malta għad-dmirijiet tagħhom f'bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi oħra? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex intgħażlu dawn il-persuni għal dawn il-pożizzjonijiet u xi rwol għandu l-Bank Ċentrali ta' Malta fl-għażla tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li għandhom ħatriet fuq Bordijiet tal-Gvern u entitajiet publiċi. L-impjegati huma eżentati mill-impjieg tagħhom mal-Bank Ċentrali sabiex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fuq il-Bordijiet tal-Gvern u entitajiet publiċi sabiex jattendu l-laqgħat tagħhom. Normalment l-impjegati jpattu għall-ħin mogħti għal xogħol ta’ dawn l-entitajiet. Il-kriterji biex intgħażlu dawn il-persuni huwa determinat mill-kapaċitajiet tal-persuni u l-Bank Ċentrali huwa kkonsultat qabel ma dawn il-persuni jintgħażlu. Ir-remunerazzjoni hija mogħtija fuq il-merti tal-pozizzjoni u l-Bank Ċentrali ma għandux informazzjoni dwarha għall-persuni kollha msemmija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda.
Leg 13 PQ #5851 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta — Safar li sar mill-Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar safar li sar mill-Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mis-safriet, x'kienet il-ħtieġa tas-safra, kemm swiet f'akkomodazzjoni, biljetti tal-ajru, assikurazzjoni, kemm ingħataw allowances, xi spejjeż oħra saru u minn min kienu akkumpanjati?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra. Dwar l-assikurazzjoni, l-Bank Ċentrali iħallas premium wieħed li jkopri s-safar kollu fuq xogħol uffiċjali li jsir mill-impjegati kollha tal-Bank. Għalhekk wieħed ma jistax jidentifika l-assikurazzjoni għal kull safra.
Leg 13 PQ #5852 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta — Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi – laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur u xi wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal-laqgħa/t ma' uffiċjali, avukati, accountants, awdituri, konsulenti, ħaddiema, diretturi jew azzjonisti tal-bank li dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn saret din il-laqgħa/t, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal din il-laqgħa/t, min talab li ssir il-laqgħa u x'kien l-iskop tal-laqgħa? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal laqgħa, min talab li ssir il-laqgħa u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħa ma saritx?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma qatt ma saret ebda talba għal laqgħa mal-Gvernatur jew ma' kwalunkwe Deputat Gvernatur minn uffiċjali, avukati, accountants, awdituri, konsulenti, impjegati, diretturi jew azzjonisti tal-bank imsemmi fil-mistoqsija.
Leg 13 PQ #5853 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta — Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur u xi wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal laqgħat mal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn saru dawn il-laqgħa/t, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal dawn il-laqgħa/t, min talab li jsiru l-laqgħa/t u x'kien l-iskop tal-laqgħa/t? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħa/t u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħa/t ma saritx/ma sarux?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret ebda talba għal laqgħa mal-Gvernatur jew ma' kwalunkwe Deputat Gvernatur mill-persuna msemmija fil-mistoqsija.
Leg 13 PQ #5854 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta — Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur u xi wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal laqgħat mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn saret dawn il-laqgħat, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat u x'kien l-iskop tal-laqgħat? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal dawn il-laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħat u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħat ma sarux?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-15 ta Mejju 2018, l-individwu kkonċernat talab laqgħa mal-Gvernatur. Il-laqgħa kienet mitluba f’isem wieħed mill-imsieħba f’ joint venture ikkuntrattat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-4 ta’ Settembru 2013 biex iwettqu xogħlijiet f’Binja Laparelli. Laqgħa f’dan ir-rigward baqgħet ma ġietx stabbilita.
Leg 13 PQ #5759 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Entitajiet pubbliċi – penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 13 PQ #5760 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Loans u depożiti minn banek li joperaw Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' loans mogħtija mill-branches ta’ kull bank li jopera f'Għawdex fl-aħħar tas-sena 2017? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-ammonti ta' depożiti mal-branches tal-banek li joperaw f'Għawdex fl-aħħar tas-sena 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #2365 Sitting 115 2018-05-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – promotional material — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħdha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5596 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Data Protection Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Finanzi flimkien mal-entitajiet, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu huwa ta’ 12. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Leg 13 PQ #5645 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5063 u 4858 u jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2350 Sitting 113 2018-05-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – radio advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5585 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Swiss Leaks — Politically exposed persons Maltin

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' politically exposed persons Maltin li kienu mniżżla fis-Swiss Leaks, liema lista tinsab fil-pussess tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u dan peress li nhar id-9 ta' Marzu 2015 il-Prim Ministru kien wiegħed li se jippubblika din il-lista?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien informat mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata skont il-Kap 50 tal-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali.
Leg 13 PQ #5587 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Reġistratur tal-Kumpaniji – talba mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għamel il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (l-FIAU), izomm statistika tan-numru ta’ talbiet għall-informazzjoni li jkun għamel lil kwalunkwe entità, iżda t-tali statistika ma tinkludix informazzjoni f’kull talba. Barra minn hekk, meta l-FIAU jagħmel talba għall-informazzjoni lir-Reġistratur tal-Kumpanniji, dan isir b’mod ġeneriku, u ċjoè billi tintalab kull informazzjoni li l-istess Awtorità jaf ikollha fuq il-persuna naturali jew legali li fuqha tkun saret l-istess talba. Għaldaqstant, il-Korp m’għandux statistika miżmuma b’mod li l-informazjoni mitluba a rigward il- beneficial owners tista’ tingħata.
Leg 13 PQ #5588 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Reġistratur tal-Kumpaniji – talbiet mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għamel il-Kummissarju tat-Taxxi Interni lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Uffiċċjali fid-Direttorat tal-Investigazzjonijiet u Osservanza, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, għandhom aċċess dirett għad-data u informazzjoni dwar beneficial owners tal-kumpaniji reġistrati Malta, u għalhekk mhux il-kas li jsiru talbiet lir-Reġistratur tal-Kumpaniji f'dan is-sens.
Leg 13 PQ #5617 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Il-Palazz u l-lukanda ta’ Selmun

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5417, jista’ l-Ministru jelabora ftit iżjed fuq il-pjanijiet tal-Gvern għal dan il-wirt nazzjonali? Jista’ jgħid x’tip ta’ investiment qed jistenna li jattira? Jista’ jara li l-kundizzjonijiet ikunu jinkludu r-restawr ta’ dan il-Palazz skont is-sengħa? Apparti minn hekk, jista’ jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jkun involut f’kull stadju tad-diskussjonijiet (sa fejn tippermetti l-liġi)? Jista’ jara li wara li jkun lest ir-restawr tal-Palazz ta’ Selmun, jingħata aċċess lill-pubbliku inġenerali u anke lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex dan l-istess Palazz ikun jista’ jitgawda mill-pubbliku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern se jikkonsulta u jħabbar il-pjani tiegħu għal lukanda u l-palazz ta’ Selmun fil-ħin opportun.