Fid-dawl tal-istrateġija Farm to Fork tal-Unjoni Ewropea u li biha ser ikun hemm stabbiliti l-valuri/ miri nazzjonali li jridu jintlaħħqu bħala parti integrali mill-Green Deal, jista' l-Ministru jgħid jekk:
i. il-Gvern ħejjiex pjan speċifiku għal pajjiżna biex jiġi konformi ma’ din l-istrateġija;
ii. Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid:
a. ma’ min (stakeholders, għaqdiet, koperattivi etc) iddiskuta dan il-pjan:
b. jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-pjan;
c. għandux l-approvazzjoni tal-Kabinett għal dan il-pjan; u
i. jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn ma sarx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa maħsub li l-miri nazzjonali li joħorġu mill-Green Deal u li huma stabbiliti fil-qafas tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea Farm to Fork, jintlaħqu permezz tal-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrarja Komuni.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw persuni minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li huwa jmexxi bejn l-1 ta’ Lulju 2017 u l-31 ta’ Marzu 2022? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati persuni ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — infiq f'reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-1 ta’ Lulju 2017 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking, kemm hemm impjegati f’kull dipartiment/entità separatament jaħdmu bit-teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella segwenti. Ngħarrfu li l-Kapijiet rispettivi jiżguraw li l-impjegati jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom mid-dar, u li jkunu pprovduti bit-tagħmir kollu neċessarju biex jagħmlu dan. Is-sigħat mitluba mill-impjegati huma skont id-diskrezzjoni tal-Kapijiet biex jiġi dejjem assigurat li ma jkun hemm l-ebda tfixkil tal-fluss tax-xogħol u jibqa’ jinżamm livell għoli ta’ servizz ta’ kwalita’. Dan filwaqt li jkompli jitħares il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-impjegati.
Numru ta’ ħaddiema bit-
telework
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
5
Diviżjoni Strateġija u Sapport
27
Dipartiment tas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali
17
Dipartiment tal-Affarijiet Rurali
31
Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura
41
Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali
5
Malta Food Agency
9
Governance of Agricultural Bioresources Agency (GAB)
-
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet għall-AgriFair u x’kien l-għan wara din il-fiera?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mill-kalkoli tagħna, aktar minn 30,000 ruħ attendew għall-Malta AgriFair 2022 matul tmiem il-ġimgħa.
L-għan ewlieni tal-Malta AgriFair organizzata għall-ewwel darba mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, kien li jippromwovi prodotti lokali, makkinarju, sistemi, u żviluppi teknoloġiċi fis-setturi tal-agrikoltura, sajd u akwakultura.
Dan ġab flimkien partijiet interessati ewlenin fil-qasam, minn organizzazzjonijiet kbar sa intrapriżi ta’ skala żgħira u medja (SMEs). Il-Fiera pprovdiet pjattaforma kemm għall-komunità tal-biedja lokali, kif ukoll għall-produtturi u fornituri, biex jinfurmaw u jikkomunikaw lill-pubbliku dwar il-prodotti u s-servizzi tal-industriji. Kienet ukoll pjattaforma għal kommunita tas-sajjieda u l-produtturi tal-ħut biex jesebixxu x-xogħol siewi li qed isir.
Waqt il-Fiera wieħed seta’ jifhem it-tifsira ta’ Farm to Fork, fejn is-sistema tal-katina tal-ikel tal-produzzjoni, il-ħsad, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-ikel kienet murija bl-aktar mod viżwali, innovattiv u interattiv. Importanti nsemmu li saru wkoll konsultazzjonijiet pubbliċi rigward il-bidja organika u l-ħarsien tal-annimali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għal din is-sena hemmx xi ammont allokat għas-sajjieda Maltin bħala bycatch? Jekk iva, kemm hu dan l-ammont? Jista' jgħid ukoll kif taħdem din is-sistema u kif tiġi mqassma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-istaġun tat-tonn 2022, ġew allokati seba’ tunnellati u nofs għall-qabdiet inċidentali (bycatch). L-iżbark tal-qabdiet inċidentali tat-tonn huwa awtorizzat biss għal dawk il-bastimenti li huma awtorizzati biex jaqbdu l-pixxispad fl-2022. Il-bastimenti li ġew awtorizzati biex jaqbdu t-tonn, iżda ttrasferixxew il-kwota tagħhom, mhumiex eliġibbli biex iħottu t-tonn lanqas bħala qabda inċidentali. L-iżbarki kollha tat-tonn jitnaqqsu mill-kwoti assenjati rispettivament għal kull bastiment, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tat-tonn tinġabar wara li tkun ġiet eżawrita l-kwota tal-bastiment rispettiv. L-awtorizzazzjonijiet individwali jiġu revokati wkoll ladarba l-bilanċ li jibqa’ jkun ta' 20kg jew inqas. Ħatt ta’ tonn ieħor wara l-eżawriment tal-kwota assenjata ma jkunx permess, lanqas bħala qabda inċidentali. Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura jippermetti sa 40 kg ‘il fuq mill-kwota assenjata sabiex jippermetti l-użu sħiħ tal-kwota assenjata. Dan huwa permess biss bħala kontinġenza għal kwalunkwe eċċess f'qabda waħda u m'għandux ikun ikkonsidrat bħala żieda obbligatorja għall-kwota individwali. Il-qbid inċidentali għal dawk il-bastimenti li għandhom awtorizzazzjoni tal-pixxispad jew bastimenti li ma ġewx assenjati kwota tat-tonn fl-2022, huwa permess fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
- 5% tal-qabda totali f'kg ta’ ħut speċi ta’ tonn immaniġġjat mill-ICCAT li jinħattu l-art. Tonn 1 għal kull 20 ras ta’ speci ta’ tonn immaniġġjat mill-ICCAT li jinħatt.
- Il-bastiment taħt it-12-il metru jista' jinħatt massimu ta' 2 BFT għal kull bastiment skont il-qabda fl-2022 taħt il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
- Il-bastimenti 'l fuq minn 12-il metru jistgħu iħottu massimu ta' 4 BFT għal kull bastiment fl-2022 taħt il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Dawn il-kondizzjonijiet huma hekk kif maqbula mal-Koperattivi tas-Sajd.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184 (Leġiżlatura XIV) u ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 12-il ħaddiem bħala position of trust u 10 bħala persons of trust. Minn dawn 7 jinsabu fis-Segretarjat Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid liema ser ikunu l-iskemi/ inizjattivi li l-Gvern ser ikun qed iniedi fis-sentejn li ġejjin li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-bdiewa u s-sajjieda?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddejjin fil-proċess sabiex jiġi finalizzat il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni għal Malta 2023 - 2027. Ladarba dan jiġi finalizzat, approvat u adottat mill-Kummisjoni Ewropea, il-Gvern ikun jista’ jippubblika l-iskemi u l-inizjattivi kollha. Madanakollu, minn żmien għal żmien, il-Gvern jippubblika wkoll skemi nazzjonali skont il-bżonnijiet li s-settur ikun għaddej minnhom.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hux ser ikun qed isir investiment mill-Gvern fil-Farmers’ Market f’Ta’ Qali?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ser ikun qed jagħmel investiment ġewwa l-Farmers Market hekk kif approvat fil-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar bir-referenza PA/07629/20.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fuq it-tadam li jagħmel tajjeb għalih l-Gvern Malti mill-1 ta’ Lulju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari, partikolarment minħabba l-effetti tal-pandemija COVID-19? Hemm arretrati? Jekk iva, jista' jinforma kemm huma dawn l-arretrati mill-aktar 'il bogħod sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari? Hemm pjan sabiex dawn l-arretrati jiġu mħallsa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġie fit-tmiem il-programm tal-SMPPMA, ma kien hemm ebda skemi ta’ sussidju nazzjonali fuq it-tadam, iżda kien hemm biss dak li huwa permess u previst taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-Unjoni Ewropea. Fejn tidħol l-għajnuna statali tal-COVID-19, ma hemm ebda arretrati jew ħlasijiet pendenti.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumplament li mhumiex imniżżlin fil-Manwal huma dawn:
Denominazzjoni
Person/Position of Trust
Salarju
2 Junion Veterinary Officers
Person of Trust
Skala 9
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Mellieħa u San Pawl il-Baħar — faċilitajiet għas-sajjieda
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, fiż-żoni li jagħmlu użu minnhom numru kbir ta’ sajjieda, hux ser ikun hemm titjib fil-faċilitajiet użati mill-istess sajjieda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli f’dawn l-aħħar sentejn investa fil-faċilitajiet tal-ħatt ġewwa San Pawl il-Baħar, kif ukoll bil-ftuħ ta’ uffiċċju biex iservi lis-sajjieda tan-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Barra minn hekk, qed isir ukoll restawr u titjib neċessarju fil-Winch Rooms. Id-Dipartiment ikkonċernat dejjem jagħmel monitoraġġ tal-faċilitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u minn żmien għal żmien jagħmel investimenti neċessarji hekk kif meħtieġ.
Manikata, Miżieb, l-Imbordin u l-Pwales — ilma għat-tisqija tal-ħxejjex
Question
Jista’ l-Ministru jindika meta ser ikun qed isir l-investiment adegwat fiż-żoni tal-Manikata, il-Miżieb, l-Imbordin u l-Pwales sabiex il-bdiewa ta’ dawn iż-żoni jkollhom ilma biżżejjed sabiex isaqqu l-ħxejjex tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar fil-kostruzzjoni taċ-Ċimiterju tal-Annimali, u meta dan mistenni li jitlesta u jibda jopera?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi x-xogħlijiet fiċ-Ċimiterju tal-Annimali għadhom għaddejjin. Huwa ppjanat li dan jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda l-kampanja nazzjonali tan-neutering għall-annimali stray? Apparti l-€125,000 allokati għal national neutering campaign, hemm iżjed fondi allokati għal annimali stray għal din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-kampanja tan-neutering tal-qtates għandha tibda fit-tielet kwart ta’ din is-sena. Abbażi tal-eżitu tal-kampanja tan-neutering tal-qtates. Total ta' madwar 1.1 miljun ewro (apparti l-€125,000) ġew allokati għall-ħarsien tal-annimali direttament jew indirettament lejn annimali stray.