Sit elettroniku uffiċjali tal-Gvern – ismijiet ta’ membri ta’ aġenziji u bordijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni biex is-sit uffiċjali tal-Gvern (www.gov.mt) m’għadux juri l-ismijiet tal-membri appuntati mill-Gvern tal-aġenziji u bordijiet tal-Gvern?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat - Donazzjonijiet lil Fondazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta-Segretarju Parlamentari, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninfurma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li la l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-ebda entità jew awtorità fid-dekasteru tal-istess Segretarju Parlamentari, ma ta l-ebda donazzjoni lill-fondazzjoni li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9016 u allura jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8008 u 8647, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament, u jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħlijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-post li jagħmel referenza għalih huwa reġistrat fuq l-Awtorita tal-Artijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema unions/assoċjazzjonijiet qed jiġu diskussi l-ftehimiet kollettivi skaduti u għal kemm żmien ilhom jiġu diskussi?
Ħaddiema fis-Settur Pubbliku li huma sospiżi mix-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista u jgħid min huma l-persuni impjegati fis-Settur Pubbliku li jinsabu sospiżi mix-xogħol u għadhom jitħallsu? Jista’ jgħid ukoll kemm hu s-salarju tagħhom preżentement, kemm ilhom sospiżi mix-xogħol u f’liema sezzjoni pubblika jaħdmu? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn qegħdin sospiżi mix-xogħol?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li ma hemmx persuni li huma impjegati fl-enitijajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li jinsabu sospiżi mix-xogħol fl-istess ħin li għadhom jitħallsu.
Sit elettroniku uffiċjali tal-Gvern – ismijiet ta’ membri ta’ aġenziji u bordijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex is-sit elettroniku uffiċjali tal-Gvern (www.gov.mt) m’għadux juri l-ismijiet tal-membri appuntati mill-Gvern tal-aġenziji u bordijiet tal-Gvern?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari — entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li ninsab infumat li ebda entità fi ħdan id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari ma topera minn binja mikrija mingħand is-settur privat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – kuntratti ma’ influencers
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ jgħid għal kull kuntratt kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninfurma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew aġenziji fid-dekasteru tal-istess uffiċċju ma għandhomx kuntratti ta dan it-tip.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Donazzjonijiet lil Fondazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninfurma lill -Onor . Interpellanta li ninsab infurmat li la l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-ebda entità jew awtorità fid-dekasteru tal-Prim Ministru, ma ta l-ebda donazzjoni lill-fondazzjoni li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8008 u 8647, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament, u jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħlijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?
Website uffiċjali tal-Gvern – ismijiet ta’ membri ta’ bordijiet, aġenziji pubbliċi u kumitati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex fuq il-website uffiċjali tal-Gvern ‘www.gov.mt’ tneħħew l-ismijiet kollha tal-membri tal-bordijiet tal-aġenziji pubbliċi, kumitati u bordijiet oħra li qabel kienu jinsabu fuq il-link aċċessibbli mill-istess sit elettroniku? Min ta din l-ordni u għaliex?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt informat li bħalissa s-siti elettroniċi tal-gvern għaddejin minn proċess ta’ mmodernizzar. Dan anke ibba¿at fuq l-esperjenza ta’ min ju¿ahom.
Fis-sit ta’ kull Ministeru hemm inklu¿a l-lista tal-bordijiet u entitajiet li jaqgħu taħt dak il-Ministeru u meta wieħed jgħa¿el dik l-entita ikun iddirezzjonat għat-tagħrif meħtieġ dwar dik l-entità, inklu¿ dak li qed jirreferi għalih l-Onor.Interpellant. Dan biex ikun faċli biex wieħed isib it-tagħrif dwar l-entitajiet u s-servizzi li jaqgħu taħt kull Ministeru.
La jitlesta dan il-proċess jingħaqad ukoll mas-sit li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant. Informat li l-proċess mistenni jingħalaq fil-ġimgħat li ġejjin.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li jagħmel referenza għaliha fid-domanda tiegħu hija ukoll diġa’ pubblika.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8699 u 8983 u jipprovdi lista ta’ kull entità tal-Gvern li b'xi mod tirċievi subvenzjoni finanzjarja mill-Gvern? Jista’ għal kull entità jgħid:
a. min hu l-Ministeru responsabbli;
b. l-istatus tagħha, jekk hijiex awtorità jew aġenzija jew xi definizzjoni oħra;
ċ. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom tal-Kap Eżekuttiv kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu; u
d. jekk il-pożizzjoni teżisti, l-isem u l-kunjom taċ-Chairperson kif ukoll il-pakkett finanzjarju (inkluż is-salarji u l-allowances) tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Gwida/Policy dwar il-Work-Life Balance għall-ħaddiema fis-Settur Pubbliku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8536 dwar it-tħaddim tal-Manual on Work-Life Balance, peress li s-Settur Pubbliku mhuwiex is-settur privat, jista' l-Prim Ministru jgħid xi gwida jew policy qed jagħti l-Gvern lis-Settur Pubbliku? Jista' jgħid jekk għandux ikun il-Gvern li jixpruna t-tħaddim ta' dan l-istess manwal?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 8536.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-bidliet bejn id-Direttiva dwar il-Work-Life-Balance (WLB) maħruġa mill-Unjoni Ewropea u l-WLB LN maħruġa mill-Gvern?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Gvern segwa l-proċess normali ta’ traspożizzjoni kif dejjem isir u għaldaqstant addotta r-regoli tad-Direttiva fil-qafas leġiżlattiv tagħha permezz tal-Avviż Legali 201 tal-2022. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern b’żieda ma’ dak imfassal fid-Direttiva, u sabiex ikun irrispettat il-prinċipju tal-ugwaljanza għażel ukoll li jestendi d-drittijiet ta’ Paternal Leave, u ċjoè, ta 10 t’ijiem ta’ leave imħallas bis-sħiħ, għal dawk il-ġenituri li jaddottaw inkluż anke għall-koppji tal-istess sess li jaddottaw.
Fir-rigward tal-Parental Leave, ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-prinċipji u l-obbligi li joħorġu mid-Direttiva ġew rispekkjati fil-Liġi Maltija, dan id-dritt ukoll ġie estiż għall-ġenituri li jagħmlu fostering.
Fuq nota oħra, infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħa l-inizjattiva li lill-ħaddiema tas-Settur Pubbliku jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ġuranta mħallsa minn ħames t’ijiem ta’ Carers’ Leave. Dan minkejja li d-Direttiva ma titfa’ l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri biex jagħmlu hekk.
Dan kollu jikkumplimenta deċiżjonijiet oħra ta’ politika li tiddaħħal fis-seħħ minn żmien għal żmien, bl-aktar mod riċenti l-Modern Work Practices għall-impjegati tas-Settur Pubbliku.