Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ħlasijiet għal tenders

Question

Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Public Broadcasting Services Ltd — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 23765 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ impjegati li jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd huwa ta’ 72. Ma hemmx impjegati Għawdxin jaħdmu mal-PBS Ltd. la f’Malta u lanqas f’Għawdex.

Università ta' Malta — korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti jsegwu korsijiet fl-Università ta' Malta? Tista' tgħid kemm hemm Għawdxin isegwu korsijiet fl-Università f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu l-istudenti u skont is-sena tal-kors li waslu fiha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tagħha? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li l-Ministeru hu wieħed vast ħafna nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — laptops

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw laptops matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — studenti msiefra fuq internship

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi siefru fuq internship barra minn Malta tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti mill-Istitut ta’ l-Istudji Turistici li siefru fuq internship barra minn Malta tul l-aħħar ħames snin kien kif ġej:- · Sajf 2006 – 86 studenti · Octobru 2006 – 10 studenti · Sajf 2007 – 115 studenti · Sajf 2008 – 102 studenti · Sajf 2009 – 86 studenti · Sajf 2010 – 86 studenti

Istitut għall-Istudji Turistiċi — studenti li komplew l-istudji fl-università

Question

Tista’ l-Ministru tgħid tul l-aħħar għaxar snin kemm kien n-numru ta’ studenti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi li wara li gradwaw fil-management mill-ITS komplew l-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta fil-B.A. Tourism Studies?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Work Permits għall-persuni li mhumiex minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu work permits għall-persuni li m'humiex ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul l-2008, l-2009 u l-2010, xahar b'xahar? Ta' liema nazzjonalità kienu dawn il-persuni? Fuq liema tip ta' xogħol ħarġu dawn il-work permits?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Employement Aid Programme

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22501, tista' l-Ministru tgħid: a) kemm (i) mill-246 li kienu residenti Maltin u (ii) mill-126 li kienu residenti f'Għawdex u li kienu ngaġġati taħt l-Employment Aid Programme matul is-sena 2009 għadhom illum jaħdmu ma' min kien iħaddiehom meta daħlu fl-iskema; b) kemm (i) mill-246 li kienu residenti Maltin u (ii) mill-126 li kienu residenti f'Għawdex u li kienu ngaġġati taħt l-Employment Aid Programme matul is-sena 2009 kienu ngaġġati taħt il-Proċess A u kemm kienu ngaġġati taħt il-Proċess B; u ċ) kemm (i) mill-523 li kienu residenti Malta u (ii) mill-225 li kienu residenti f'Għawdex u li kienu ngaġġati taħt l-Employment Aid Programme matul is-sena 2010 keinu ngaġġati taħt Proċess A u kemm kienu ngaġġati taħt Proċess B?

Response (CRISTINA, DOLORES)

a) Mill-246 li kienu residenti Maltin, 215 għadhom jaħdmu ma' min kien iħaddiemhom meta daħlu fl-iskema. Mill-126 li kienu residenti f'Għawdex u li kienu ngaġġati taħt l-Employment Aid Programme matul is-sena 2009, 74 għadhom illum jaħdmu ma' min kien iħaddiemhom meta daħlu fl-iskema. b) Mill-246 li kienu residenti Maltin u mill-126 li kienu residenti f'Għawdex u li kienu ngaġġati taħt l-Employment Aid Programme matul is-sena 2009, 10 kienu ngaġġati taħt il-Proċess A. Minn dawn l-ebda wieħed ma kien minn Għawdex. c) Mill-523 li kienu residenti Malta u mill-225 li kienu residenti f'Għawdex u li kienu ngaġġati taħt l-Employment Aid Programme matul is-sena 2010, 1 kien ngaġġat taħt Proċess A, filwaqt li l-oħrajn kienu kollha ngaġġati taħt Proċess B, fejn il-ħaddiem jew min iħaddem ikunu huma li jsibu lil dik il-persuna li se jibdew jaħdmu magħha.

Channel 22 — tħaddim u operazzjoni tal-istazzjon

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-budget li qed ikun approvat mill-Ministeru, għall-operazzjoni u t-tħaddim ta’ Channel 22? Kemm hemm impjegati f’dan l-istazzjon u f’liema kariga? Hemm individwi jew kumpaniji privati li qed jagħtu servizzi lil Channel 22 u jekk fl-affermattiv, tista’ tagħti lista tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta' Malta — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Università ta' Malta? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Università ta' Malta f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-Università ta’ Malta huwa ta’ 2152. In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin huwa ta’ 57 li minnhom: 52 jaħdmu mal-Università ta’ Malta f'Malta; 5 jaħdmu mal-Università ta’ Malta f'Għawdex.

Appoġġ, Sedqa u Sapport — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Appoġġ, Sedqa u Sapport rispettivament? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu ma' dawn l-istess entitajiet governattivi rispettivi f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tinżammx statistika tal-persuni b'diżabilita` skont id-diżabilità partikolari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-KNPD iżżomm statistika tal-persuni b’diżabilità skont id-diżabilità partikolari.

Studenti torox u għomja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti torox u għomja fl-iskejjel tagħna inklużi dawk fl-MCAST u fl-Università u tindika f'liema skejjel qegħdin? Tista' inoltre tgħid x'tip ta' għajnuna jingħataw fil-klassi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korsijiet fil-lingwa tas-sinjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet u/jew units bħala parti minn korsijiet jingħataw fil-lingwa tas-sinjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST toffri korsijiet fil-lingwa tas-sinjali fuq bażi part-time. Dawn il-korsijiet jiġu offruti fuq żewġ livelli, fil-każ speċifiku kors ta’ l-ewwel livell u kors tat-tieni livell. Il-kors normalment jiġi offrut darbtejn fis-sena, f’April u Ottubru, huwa popolari u fil-fatt kellu attendenza regolari. Dan il-kors jiġi saħansitra offrut fiċ-ċentru tal-MCAST ġo Għawdex. Tajjeb li ngħidu li fl-2010 kellna 23 student li attendew il-kors ta’ l-ewwel livell f’Malta (15 f’April u 8 f’Ottubru) u 17 li attendew il-kors tat-tieni livell f’Għawdex (f’April). Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja jorganiżża 4 korsijiet fis-sena fil-lingwa Maltija bis-sinjali. Kull kors hu mifrux fuq 14-il ġimgħa. Żewġ korsijiet huma fuq livell bażiku u żewġ korsijiet huma livell aktar avvanzat. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li għal dan il-kors speċifiku, kull persuna li tattendi hi eżentata minn ħlas biex tattendi. L-Istitut tal-Lingwistika fl-Università ta’ Malta joffru korsijiet fil-Lingwa tas-Sinjali Maltija (LSM) ta’ żewġ livelli, wieħed beginners jew il-livell tal-bidu u l-ieħor intermediate jew livell iktar avvanzat. Kull kors huwa study-unit ta’ 2 ECTS. Dawn il-korsijiet jingħataw minn żewġ persuni Deaf (kif jippreferu jissejħu il-persuni li għandhom nuqqas ta’ smigħ profond u jużaw il-Lingwa tas-Sinjali Maltija fil-ħajja ta’ kuljum). Normalment isiru tlett korsijiet tal-bidu u kors wieħed tat-tieni livell kull semestru, jiġifieri sitt korsijiet tal-bidu u żewġ korsijiet tat-tieni livell kull sena. Dawn il-korsijiet huma obligatorji għall-istudenti tal-Lingwistika li jieħdu kemm il-kors tal-bidu fl-ewwel sena kif ukoll tat-tieni livell fit-tieni sena. Studenti oħra jistgħu jagħżlu dawn il-korsijiet bħala option . L-istudenti tal-Lingwistika jistudjaw ukoll il-Lingwistika tas-Sinjali ( Sign Linguistics) kif ukoll il-Kitba tas-Sinjali (Signwriting).

Unjoni Ewropea — limitazzjoni għal żewġ terzi

Question

Tista’ l-Ministru tispjega x'inhi u x’se tkun il-pożizzjoni tal-Gvern Malti fir-rigward tal-pozizzjoni meħuda minn istanzi tal-Unjoni Ewropea dwar il-limitazzjoni għal żewġ terzi ta’ dħul minn pensjoni għal dawk li kienu ħallsu għal żewġ pensjonijiet jew aktar tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom bħal ex-membri tas-Servizzi Ingliżi li wara li temmew is-servizz tagħhom, kienu sabu impjieg ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa l-Kummissjoni Ewropea bagħtet Notifika Informali lil Gvern Malti dwar il-mod ta’ kif dawn il-pensjonijiet ikunu ikkonsidrati fil-kalkolu tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali Maltija. Il-Gvern Malti ngħata żmien biex ikun jista’ jinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-każ. Il-Gvern diġà bagħat it-tweġiba u spjega ta’ kif qed jederixxi mar-regoli tal-Unjoni Ewropeja f’dan ir-rigward. Wara dan il-Kummissjoni tikkonsidra u tistħarreġ is-sitwazzjoni fil-kuntest tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà soċjali u tiddeċiedi dwar is-sitwazzjoni.

Istitut tal-Istudji Turistiċi — studenti fuq bażi full-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li kienu jattendu fuq bażi full-time fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (Malta u Għawdex separatament) fl-1 ta’ Ottubru 2010 u fis-7 ta’ Frar 2011 – maqsumin kors kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Istitut tal-Istudji Turistiċi — numru ta’ għalliema/lecturers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ għalliema/lecturers - full-time, part-time jew service providers fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (Malta u Għawdex separatament) bħalissa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ għalliema/lecturers full-time fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistici – Malta bħalissa huwa ta’ 37 (sebgħa u tletin), filwaqt li 11 (ħdax) il-persuna qed jagħtu s-servizz bħala ‘ service providers’ . In-numru ta’ għalliema/lecturers full-time fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistici fil-Qala – Għawdex bħalissa huwa 1 (persuna waħda) filwaqt li 7 (sebgħa) persuni qed jagħtu s-servizz bħala ‘ service providers’ . M’hemm l-ebda għalliema li jaħdmu part-time la f’Malta u lanqas Għawdex.

Istitut tal-Istudji Turistiċi — status legali

Question

Tista’ l-Ministru tagħti ħjiel ta’ meta se tittieħed deċiżjoni sabiex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jingħata status legali kif ilu jigi mwiegħed għal diversi snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Att dwar l-Edukazzjoni, f’Artiklu 132, jagħti s-saħħa legali sabiex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jingħata status legali. Bħalissa qed jiġi imħejji dan l-abbozz biex jiġi ppublikat fix-xhur li ġejjin.

Istitut tal-Istudji Turistiċi — studenti barranin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti barranin ( EU nationals u Third Country Nationals) li attendew fuq bażi full-time xi kors fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi għal dawn l-aħħar 5 snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti barranin (EU nationals u Third Country Nationals) li attendew fuq bażi full-time xi kors fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi għal dawn l-aħħar 5 snin kien kif ġej:- Sena Akkademika 2006/7 31 Third Country Nationals u 18 EU Nationals Sena Akkademika 2007/8 40 Third Country Nationals u 24 EU Nationals Sena Akkademika 2008/9 37 Third Country Nationals u 38 EU Nationals Sena Akkademika 2009/10 30 Third Country Nationals u 37 EU Nationals Sena Akkademika 2010/11 44 Third Country Nationals u 22 EU Nationals