San Pawl il-Baħar/Qawra – Triq il-Luzzu u Triq l-Istamnar – zebra crossing
Question
Jista’ l-Ministru jinforma jekk irċevix talba biex issir zebra crossing f’Dawret il-Qawra, preċizament bejn Triq il-Luzzu u Triq l-Istamnar, il-Qawra, San Pawl il-Baħar? Jekk iva fiex waslet din it-talba? Jekk le, tista’ tikkunsidra li hawnhekk issir zebra crossing sabiex tgħin lil persuni li jridu jaqsmu t-triq f’dawn l-inħawi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal zebra crossing fi Triq Dawret il-Qawra fiż-żona msemmija. L-awtorità ser tkun qed tinforma lill-kunsill lokali b’din it-talba ħalli jkun jista’ jissottometti applikazzjoni jekk meħtieġ.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar xi proġetti hemm ippjanati għal Fort Campbell (Fortizza ta’ Campbell, Selmun, Mellieħa), sabiex din ma tibqax titfarrak u titpoġġa għal xi użu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin studji mill-Awtorità kompetenti tal-Gvern li ngħatat l-inkarigu biex tistħarreġ il-potenzjal ta’ dan is-sit.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ix-xogħlijiet illi saru sa issa fi Triq Sally Port fil-Birgu? Jista’ jgħid x’inhu jsir bħalissa u x'se jkun qed isir fiż-żmien li ġej? Jista’ l-Ministru jagħti ħjiel meta huwa stmat li jkun lest il-proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta lestiet madwar tliet kwarti tal-proġett ta’ €5 miljun biex tagħti ħajja ġdida lill-mollijiet fl-inħawi ta’ Sally Port, il-Birgu, bi prominad ġdid li se jkompli jestendi l-passaġġi pedonali max-xtut tal-Kottonera.
Ix-xogħlijiet, li bdew ftit aktar minn sena ilu, issa qed jidħlu fl-aħħar fażijiet tagħhom. It-tisħiħ u l-bini mill-ġdid tal-pedamenti tal-mollijiet, li kienu tkissru bil-maltemp, dalwaqt ikunu lesti. Bħalissa l-ħaddiema qed ilestu l-burdura ta’ barra tal-moll (cope beam) u bdew jibnu l-passaġġi, punti ta’ qsim pedonali, bankini u konok għall-arbuxelli u pjanti oħrajn li se jkomplu jsebbħu l-passaġġi tal-prominad ġdid.
Għaddej ukoll il-bini mill-ġdid ta’ żewġ skali u ta’ moll żgħir li jużaw is-sajjieda u d-dilettanti tad-dgħajjes f’dawn l-inħawi. Beda jasal ukoll fuq il-post il-ġebel tal-qawwi għall-pavimentar tal-bankini ġodda man-naħa tas-swar, li qed jinqata’ minn barriera lokali. Dawn il-mollijiet, b’tul ta’ madwar sitt grawnds tal-futbol (600 metru) jinsabu fiż-żona magħrufa bħala Sally Port jew “It-Toqba”, taħt is-swar tal-Birgu u mal-ġenb tax-xatt tal-Kalkara. Ħafna partijiet mill-istrutturi tagħhom kienu ġarrbu ħsarat kbar bil-maltemp matul is-snin. Il-mollijiet komplew tfarrku fil-grigalata kbira ta’ Frar 2019. Uħud spiċċaw f’riskju li jċedu, b’periklu għall-pubbliku.
Infrastructure Malta bniet mill-ġdid il-partijiet li tkissru, filwaqt li permezz ta’ tim t’għaddasa, irranġat partijiet oħra mill-istrutturi tal-moll taħt l-ilma li ma kienx hemm għalfejn jinħattu kompletament. Għal dawn ix-xogħlijiet użat 6,720 tunnellata konkos ta’ kwalità ogħla li jiflaħ aktar għall-elementi tal-baħar, sabiex il-mollijiet ġodda jservu aktar fit-tul.
Fil-ġimgħat li għaddew l-aġenzija naddfet din iż-żona minn għadd ta’ bastimenti żgħar li kienu tħallew mitluqin fuq il-mollijiet matul is-snin. Fost dawn kien hemm żewġ ilzuz (luzzu) u kajjik antiki li fuq pariri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ser jinżammu biex fil-futur jiġu restawrati.
It-tisbiħ ta’ dawn il-mollijiet qed isir f’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, li se tkompli ssebbaħ il-prominad bi ġnien bil-bandli u b’bankijiet, dwal dekorattivi u installazzjonijiet oħrajn għall-kumdità tal-pubbliku. Il-Korporazzjoni qed tagħmel tisbiħ simili ukoll max-Xatt tal-Kalkara, quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ din il-lokalità.
Il-prominad ġdid ta’ Sally Port jinfed ukoll mal-Waterfront tal-Birgu fuq in-naħa l-oħra ta’ Forti Sant Anġlu, biex b’hekk joħloq rotta għall-mixi mill-isbaħ li tieħdok min-naħa ta’ Bighi fil-Kalkara lejn il-marina tal-Birgu, l-inħawi tal-Baċir Numru 1 f’Bormla, u tul ix-xatt tal-Isla sa ħdejn Boiler Wharf, taħt Ġnien il-Gardjola. Ix-xogħlijiet kollha mistennija jkunu lesti kmieni s-sena d-dieħla.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex nhar il-Ħamis 19 ta' Mejju r-rotta tat-Trasport Pubbliku numru 62 li sservi bejn is-Siġġiewi u l-Belt Valletta, il-waqfa 'Ħesri' ġiet maqbuża?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-Awtorità ntalbet tivverifika l-fatti dwar dan l-ilment.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex nhar il-Ħamis 19 ta' Mejju r-rotta tat-Trasport Pubbliku numru 62, li sservi bejn is-Siġġiewi u l-Belt Valletta, m’għadda l-ebda servizz mill-Blata l-Bajda direzzjoni lejn is-Siġġiewi bejn l-16:35 p.m. u l-17:20 p.m.?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li bejn 16:35p.m. u 17:20p.m. kienu skedati li jgħaddu minn fuq il-bus stop Blata il-Bajda tliet vjaġġi hekk kif ġej
• 16:41p.m
• 17:01p.m.
• 17:21p.m.
Il-vjaġġ tal-16:41 wasal il-Belt Valletta tard u għaldaqstant il-vjaġġ ma laħħaqx mal-iskeda. Il-vjaġġ tal-17:01p.m. opera fil-17:21p.m. filwaqt li l-vjaġġ li kien skedat li jgħaddi fil-17:21p.m. għadda tmintax-il minuta tard.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ istanzi mill-bidu tas-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, meta s-servizz tat-Trasport Pubbliku Rotta nru 62 ma rrispettatx l-iskeda stabbilità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-livell ta’ affidabbiltà fuq ir-rotta 62 mill-bidu tas-sena sat-23 ta’ Mejju 2022 kien kif muri fit-tabella sussegwenti:
Xahar
Medja tal- Livell ta’ Affidabilita`
Jannar
98.43%
Frar
99.37%
Marzu
99.33%
April
99.44%
Mejju
99.47%
Infurmat ukoll li l-informazzjoni tiġi miġbura permezz ta’ apparat tal-GPS li hemm fuq kull karozza tal-linja li topera fuq is-servizz tat-trasport pubbliku.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħek fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52481 għall-ammont ta’ €35,826.24 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħek fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52462 għall-ammont ta’ €23,068.26 bit-titlu‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Peress li fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi hemm problema kbira għax malli tagħmel ħalba xita, ifur id-drenaġġ b’detriment lejn is-saħħa tar-residenti Qriema, lejn il-komunità kummerċjali u kull min jaħdem u jiffrekwenta din iż-żona, u billi ta’ min jinnota li fl-aħħar xhur il-Ministeru responsabbli mit-trasport u l-infrastruttura wettaq xogħol ġdid f’din it-triq, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jispjega x’tip ta’ xogħol qed isir biex din il-problema tiġi indirizzata? Jista’ jindika wkoll meta din il-problema se tiġi riżolta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk Infrastructure Malta ħaditx deċiżjoni dwar jekk taċċettax il-proposta tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi biex tkun salvata art agrikola bit-twessiegħ tal-bypass tal-Imrieħel?
Jista’ l-Ministru jindika meta se jitlesta x-xogħol li għaddej fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa, liema xogħol qed jikkawża inkonvenjent lis-sewwieqa li jgħaddu minn hemm?
Response (FARRUGIA, AARON)
L-ewwel fażi tax-xogħlijiet fi Triq Il-Marfa, fil-Bajja tal-Għadira, tlestiet u l-erba’ korsiji ta’ din it-triq reġgħu nfetħu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. F’dan il-proġett, Infrastructure Malta qed taħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tqiegħed pajpijiet kbar tal-ilma taħt il-karreġġjata tat-tramuntana ta’ din it-triq u sussegwentement terġa’ tibni din il-karreġġjata b’bankini ġodda u punti minn fejn tista’ taqsam bil-mixi (pedestrian crossings).
Dawn in-netwerks ġodda taħt l-art jinkludu wkoll pajp ta’ 600 millimetru li jifforma parti mill-proġett tal-Korporazzjoni li tgħaqqad il-ġibjuni tagħha f’Ta’ Qali mar-reverse osmosis taċ-Ċirkewwa u Ħondoq ir-Rummien, biex ittejjeb il-kwalità tas-servizzi tagħha f’Malta. Ħafna mill-4.8 kilometri ta’ pajpijiet tal-ilma meħtieġa mill-Korporazzjoni f’din it-triq issa huma lesti.
Ix-xogħlijiet finali fil-karreġġjata lejn it-tramuntana se jkomplu wara s-sajf. Sadanittant, il-karreġġjata lejn in-nofsinhar se terġa’ tinbena bħala parti minn proġett separat tal-Ministeru għat-Turiżmu biex tiġi riġenerata l-promenade ta’ din il-bajja, skedata li tibda f’Ottubru 2022.
Mellieħa – studji/pjanti dwar il-proġett ta’ Triq il-Marfa
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji/pjanti approvati kollha li saru b’rabta mal-proġett ta’ Triq il-Marfa fil-Mellieħa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant, li peress li t-triq indikata hija twila mhux ħazin, minn ħdejn is-Santwarju tal-Madonna fil-qalba tal-lokalità, saċ-Ċirkewwa, u peress li f’din it-triq saru, qed isiru jew hemm ippjanat li jsiru għadd ta’ proġetti, jista’ jispeċifika għal liema proġett jew xogħlijiet qed jirreferi.
Ħal Qormi – Proġett fi Triq l-Għargħar u l-Wied – konsultazzjoni
Question
Peress li rċevejt numru ta' ilmenti mir-residenti li qed juru t-tħassib tagħhom dwar il-proġett fi Triq l-Għargħar u l-Wied f'Ħal Qormi,fejn ir-residenti qed jisħqu li ma saritx konsultazzjoni biżżejjed u ma jafux eżattament x'se jkun qed isir, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni serja mar-residenti? Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ispjazju ta’ parkeġġ mhux se jonqos? Jista’ wkoll il-Ministru jikkonferma li l-proġett mhux se joħloq iktar inkonvenjent, li jista’ jipperikola ħajjet in-nies, vis-à-vis l-ilma li jkollu jgħaddi kull sena miż-żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
B’referenza għad-direct orders li ngħataw relatati mal-Malta Metro, jista’ l-Ministru jgħid liema hija ċ-ċifra korretta u ċjoè jekk hux is-somma ta’ €77,000 skont dak li wieġeb l-Onor. Ian Borg fil-Parlament meta matul il-leġiżlatura li għaddiet kien jokkupa l-kariga ta’ Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jew jekk hix is-somma ta’ €424,000 li ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx b’dawn id-direct orders? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex għadu ma tkellimx dwarhom u jekk le jistax jgħid x’beħsiebu jagħmel dwarhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fiex wasal il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project, li kien imwiegħed li jkollu lanes minnu lesti u miftuħa fl-ewwel kwart ta' din is-sena? Jista' jgħid meta dan il-proġett huwa mistenni li jkun lest għalkollox?
Response (FARRUGIA, AARON)
Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) ser joffri konnessjonijiet eħfef u aktar siguri lejn Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, ż-Żurrieq u Ħal Safi kif ukoll inħawi oħrajn fil-viċinanzi.
Il-proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tar-roundabout tal-Gudja u flyover li se tgħaddi minn fuqha, kif ukoll faċilitajiet ġodda għal mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar. Se jtejjeb ukoll l-aċċess lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Port Ħieles, żewġ destinazzjonijiet kruċjali għal diversi setturi tal-ekonomija.
Ir-roundabout tal-Gudja tinsab f’salib it-toroq ma’ diversi toroq arterjali, li jinkludu Vjal l-Avjazzjoni, minn u lejn Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi; Triq Dawret il-Gudja, lejn il-Gudja u Ħal Għaxaq; Triq Ħal Far, minn u lejn Ħal Far, il-Freeport u Birżebbuġa; u Triq l-Ewwel Titjira li tgħaqqad ir-roundabout mal-mini ta’ Ħal Kirkop. Hemm ukoll Triq il-Karwija, li twassal għall-Ajruport.
Il-mina ġdida se toħloq konnessjoni diretta u aktar sigura bejn il-karreġġjati tan-nofsinhar u tat-tramuntana ta’ Vjal l-Avjazzjoni u dawk ta’ Triq Ħal Far. B’hekk, dawk li jkunu għaddejjin f’din ir-rotta, inkluż vetturi kbar, ġejjin minn jew sejrin lejn Birżebbuġa, il-Port Ħieles jew il-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, ma jkollhomx għalfejn iduru mar-roundabout.
Fuq il-mina, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ir-roundabout eżistenti u l-korsiji tal-bypass b’disinn imtejjeb biex tiffaċilita l-aċċess minn u lejn il-Gudja, Ħal Għaxaq u l-Ajruport. Fit-tielet livell imbagħad, fuq ir-roundabout se jkun hemm il-flyover li sservi ta’ pont bejn il-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Vjal l-Avjazzjoni u Triq l-Ewwel Titjira, fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop. Għaldaqstant, jekk tkun trid tiġbed lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop biex tibqa’ sejjer Ħal Kirkop, l-Imqabba, l-Qrendi, ż-¯urrieq jew Ħal Safi mhux se jkollok bżonn aktar tgħaddi mar-roundabout.
KTAIP u Luqa Junction Project, li qed jinbena biswitu u jinkludi ukoll il-bini ta’ flyover oħra, huma l-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali. L-ewwel korsiji ta’ KTAIP, b’konnessjoni aħjar minn Ħal Far lejn ir-roundabout tal-Ajruport, ser jinfetħu fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif kien oriġinarjament ippjanat li dawn jiftħu fl-ewwel nofs tas-sena.
Ix-xogħlijiet f’dawn l-inħawi jeħtieġ li jsiru b’attenzjoni kbira għal fdalijiet arkeoloġiċi li jista’ jkun hemm mirdumin taħt l-art. Fil-fatt, kull xogħol ta’ tħaffir qed isir taħt is-superviżjoni ta’ arkeologi approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Fejn jinstabu fdalijiet t’importanza storika, Infrastructure Malta qed taħdem mas-Sovrintendenza ħalli tippriservahom billi tadatta l-pjanti tal-proġett. Ix-xogħlijiet kollha ta’ KTAIP mistennija jkunu lesti fl-ewwel kwart tas-sena 2023. Madankollu, il-flyovers taż-żewġ proġetti ppjanati li jibdew jintużaw qabel l-aħħar ta’ din is-sena.
L-istrutturi tal-azzar li se jiffurmaw il-gvieret taż-żewġ flyovers qed jinħadmu ġewwa fabbrika f’Sevilja, Spanja u l-ewwel partijiet minnhom mistennija jibdew il-vjaġġ tagħhom lejn Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Fuq is-siti tal-proġetti, il-kuntratturi tal-aġenzija diġà bnew il-kolonni tal-konkos li ser iserrħu fuqhom il-flyovers kif ukoll ir-rampi li jwasslu għalihom. Il-flyover ta’ ħdejn l-ajruport se tkun twila 400 metru u ser toffri korsija diretta minn Ħal Luqa lejn il-Mini ta’ Ħal Kirkop. Il-gverta ta’ din il-flyover ser tkun magħmula minn 7 biċċiet tal-azzar li jiżnu 300 tunnellata. Miexi ġmielu wkoll it-tħaffir u l-bini tal-mina taħt ir-roundabout tal-Ajruport. Fil-ġimgħat li għaddew il-ħaddiema bdew isaqqfu l-ewwel biċċiet minnha.
Flimkien, il-KTAIP u Luqa Junction Project se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa 74% f’kull direzzjoni tul din ir-rotta. Ser jeliminaw ukoll żewġ żoni magħrufin għall-aċċidenti, billi jneħħu l-ħtieġa li vetturi jaqsmu kontra xulxin fiż-żewġ roundabouts. Fl-istess waqt, permezz ta’ faċilitajiet aktar siguri, se jonqsu wkoll ir-riskji t’aċċidenti għal dawk li jkunu għaddejjin f’din iż-żona bil-mixi jew bir-rota.
Dawn iż-żewġ proġetti se jwasslu ukoll għal titjib sinjifikanti fil-kwalità tal-arja f’Ħal Luqa, il-Gudja u nħawi oħrajn fil-viċin. Fil-fatt, huwa stmat li se jnaqqsu sa 9 tunnellati emissjonijiet tal-materja partikulata kull sena. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju, li huma fost l-ikbar kontributuri tal-kriżi fil-klima, se jonqsu bi 33,000 tunnellata kull sena.
Jista’ l-Ministru jara li jingħata wiċċ ġdid fi Triq il-Miżura, Swieqi, minħabba li din it-triq tintuża minn ħafna karozzi u għandha ħafna ħsarat fil-wiċċ tagħha?
Response (FARRUGIA, AARON)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
ċ
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin, u t-triq indikata hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt il-Kunsilli Lokali għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
Proġett tad-daħla tal-Isla – xogħol fit-tieni fażi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 205, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar x'kienu l-istrutturi mirdumin li qiegħed jirreferi għalihom u kif qed ikunu priservati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li fi Pjazza Mitrovic, meta sar xoghol ta skavar biex jitpoggew is-servizzi l-godda, tfaccaw zewg gibjuni antiki kif ukoll gutters u xaftijiet ghal gbir tal-ilma. F’zoni differenti tal-pjazza instabu partijiet mill-wicc originali tal-pjazza li kien maghmul bil-gebla tal-Franka.
Fl-inhawi tal-hekk maghruf Mahzen tal-festa, instabu partijiet mill-paviment originali bil-gebla tal-franka; partijiet mill-passagg originali li kien iwassal ghal Belveder u dahla antika li taghti ghal basement li jinsab taht il-mahzen.
Fil-parti ta fuq tal-progett, jigifieri fejn kien hemm il-bandli biswiet l-iskola primarja instabu cisterna tal-ilma, kif ukoll il-pedament ta binja. Wara tfittxija fi pjanti antiki rrizulta li din kienet tissejjah Shipyard Constructors House u li kienet tnehhiet zmien ilu.
F’kull kaz, saru studji u surveys fuq dak kollu li instab u x-xoghol setgha jitkompla biss wara li ttiehdet id-direzzjoni tas-sovraintendenza tal-wirt kulturali kif kellhom jigu ppriservati dak misjub qabel jipprocedu x-xogholijiet.
Fid-dawl tal-periklu reċenti tas-sigurtà fejn struttura kbira ta’ scaffolding kważi waqgħet fit-triq u l-bankina fil-Balluta u fid-dawl tat-tixrid reċenti ta’ skart mill-istess proġett li tniġġes il-Bajja tal-Balluta, jista’ l-Ministru jispjega:
1- x’miżuri ttieħdu biex tiġi żgurata s-sigurtà tan-nies li jimxu fuq il-bankina u l-karozzi li jgħaddu fit-Triq it-Torri; u
2- x'miżuri ttieħdu biex ma jkunx hemm aktar skart imxerred fil-Bajja tal-Balluta minn dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 521 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’toroq qed isiru fil-preżent fil-lokalità taż-Żejtun? X’toroq ser isiru fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-lokalità taż-Żejtun diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Taltas, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, Triq il-Labour, Triq Dwiemes, Triq Toni Zahra, Triq il-Faqqus, Triq Bugħarbiel, Triq il-Kbira, Triq il-President Anton Buttigieg, Misraħ is-Suq, Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Vjal il-25 ta’ Novembru, Triq Cannaught, Triq il-Kantur, Ta’ Ganza u Triq Kamumilla.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq San Piju X, Triq San Profilju, Triq Santa Fawstina, Triq Santa Monika, Triq San Ġużepp, Triq Beland u Triq il-Ġiebja Rumana, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fiż-żona ta’ Ħal Tmiem u Triq Profs Anthony Zammit.