Legislature:
Category:
Reset
Active:

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – kariġi u pożizzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/po¿izzjonijiet ingaġġati fuq ba¿i ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumplament li mhumiex imni¿¿lin fil-Manwal huma dawn: Project Manager – grad 3 Financial Controller - grad 2 2 Driver/messenger -grad 9 Transport Coordinator - grad 7 Clerk– grad 8 Accounts support Officer- grad 7 Coordinating Officer- grad 7 Client relations Officer-grad 6

Pandemija tal-COVID-19 — spiża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm ġiet tiswa lill-pajjiżna s’issa, mil-lat mediku biss, il-pandemija tal-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li ma jin¿ammux dettalji finanzjarji ta’ kemm tkun swiet il-kura ta’ kull pazjent individwali fis-servizz tas-saħħa tagħna, huwa diffiċli illi naslu għall-figura li qed jitlob hu.

Sptar Mater Dei – Taqsima tal-Kura Intensiva — spiża għal kull sodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hi l-ispiża għall-Gvern Malti ta’ kull sodda fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, (ITU), meta tkun okkupata minn pazjenti li jkollhom kumplikazzjonijiet kaġun tal-COVID-19? Jista’ jgħid sal-lum, minn meta tfaċċa l-ewwel każ tal-COVID-19 f’pajjiżna, kemm kienu l-pazjenti li ġew rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiza ta’ kull sodda għall-kull lejl fit-taqsima tal-kura intensiva hija ta bejn €1,325 - €1,500. Din hija figura medja li tvarja minn pazjent għall-ieħor. In-numru totali ta pazjenti li ġew rikoverati fl-ITU u li kellhom kumplikazzjoniiet ikkawzati mill-Covid-19 sal-Ġimgħa 20 ta’ Mejju kienu 352.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — konsulenzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta’ konsulenti li jaħdmu mad-dipartiment tas-Saħħa u li qed jagħtu servizz mediku lill-pazjenti Maltin u Għawdxin huwa 343, li minnhom 76 konsulenti ġew ingaġġati mill-2020 sal lum. Dawn il-konsulenti inħattru permezz ta’ sejħa għall- Applikazzjonijiet. . Il-kuntratti tagħhom huma indefiniti u skont il-ftehim settorali.

Infermiera li rriżenjaw

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irreżenjaw infermiera, sena b'sena, mill-2017 sal-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena bejn l-2017 u l-2021 tal-infermiera li rre¿enjaw kienet 83.

Trasferiment ta' infermiera minn Sptar Mater Dei għal Kura Primarja

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il infermier ġie trasferit mill-Isptar Mater Dei lejn il-Kura Primarja fis-snin 2021 u 2022, maqsuma xahar b’xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Lulju, f’Settembru u Ottubru tal-2021 kien hemm infermiera waħda għal kull xahar rispettivament li ġiet trasferita mill-Isptar Mater Dei lejn il-Kura Primarja filwaqt li f’Jannar ta’ din is-sena kien hemm 5.

Sptar Mater Dei — ftuħ tas-Psychiatric Unit

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega x’inhu l-pjan biex fl-Isptar Mater Dei jerġa’ jinfetaħ il-Psychiatric Unit li kien ingħalaq minħabba l-pandemija COVID-19, speċjalment issa li d-Deputat Prim Ministru kien qal li aħna bħala pajjiż ħriġna mill-istess pandemija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li inghalqet is-Psychiatric Unit ta’ Mater Dei, kazi akuti ta Mard Mentali li jidhlu permezz tal-emergenza jinghataw kura minn tim psikjatriku residenti f’Mater Dei. Pazjenti ohra li il-kura psikjatrika taghhom hija parti minn kura holistika ta’ mard iehor xorta jinghataw kura f’Mater Dei. Sa dan it-tant servizz gdid fejn team ta’ professjonisti jara kazi akuti godda fil-kommunita u hafna drabi fid-dar tal-pazjent stess qed iwassal biex anqas pazjenti ikunu riferuti lejn l-isptar Monte Karmeli.

Ħaddiema barranin ingaġġati fis-settur tas-saħħa — taħriġ fil-lingwa Maltija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed isir taħriġ tal-lingwa Maltija lill-ħaddiema ta’ nazzjonalitajiet barranin li jiġu ingaġġati bħala ħaddiema fis-settur tas-saħħa? Jekk iva, ta’ liema livell huwa l-Malti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ħaddiema ta’ nazzjonalitajiet barranin li jiġu ingaġġati mal Ministeru għas-saħħa huma mitluba li jtemmu b’ suċċcess kors ta’ taħriġ fl-ilsien Malti. Dan huwa wieħed mill- kundizzjonijiet imni¿¿lin fil-kuntratt tal-impieg tax-xogħol. Dan il-kors li huwa organizzat mill- Universita ta’ Malta. Hemm ¿ewg livelli ta’ dan il-kors, maqsum f’¿ewg partijiet. It-tobba, l-ispi¿jara u d-dentisti huma obbligati jgħaddu mi¿-¿ewġ livelli tal-kors u l-kumplament tal-impjegati jridu jgħaddu mill-ewwel livell biss. L-Universita ta’ Malta ilha għaddejja b'dawn il-korsijiet għal madwar seba’ (7) snin pero’ l-impjegati jistgħu jattendu kors tal-Malti x’imkien i¿da jridu jgħaddu mill-e¿ami tal-Universita’ ta’ Malta. I¿-¿ewġ taqsimiet huma ta' Livell Introduttorju B fil-Qafas tal-Kwalifiki ta' Malta (MQF).

Mediċini għas-Saħħa Mentali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti indikazzjoni ċara ta' meta dawk il-mediċini li jintużaw ta' kuljum minn eluf ta’ nies minħabba saħħa mentali, liema mediċini ġew identifikati mill-esperti fis-saħħa mentali hekk kif mitlub mill-istess ministru, ser jiddaħħlu fuq il-formularju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal-liema mediċini qiegħed jirreferi.

Sptar Mater Dei — Out-patients block

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-'outpatients block’ ġdid li kellu jinbena qrib l-Isptar Mater Dei u meta ser ikun qed jinfetaħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tim responsabbli minn dan il-proġett qieghed f’diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Kuntratti dwar it-tfassil tat-tender documents.

IVF – Interventi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi f’Malta permezz tal-IVF fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 separatament? Jista’ jgħid ukoll, għal kull sena, kemm minn dawn l-interventi suċċess tal-IVF saru barra minn Malta, lokalment fis-settur privat u lokalment fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun bħala r-Regulatur tal-Prokreazzjoni Assistita, bdiet tiġbor l-istatistika mis-sena 2013 minn meta ġiet stabbilita l-Awtorita. In-numru ta’ trabi imwielda mill-proċeduri tal- IVF (IVF u ICSi imma ma jinkludux IUI) huwa sal-lum 404 tarbija, kif spjegat fit-tabella hawn taħt. year cycles carried out Babies (livebirths) born from MDH Cycles Babies (livebirths) born from Private tissue establishment cycles (St James) Total babies (livebirths) born from cycles carried out in the respective year 2013 0 25 25 2014 0 41 41 2015 41 31 72 2016 50 12 62 2017 44 17 61 2018 44 14 58 2019 15 9 24 2020 26 1 27 2021* 29 5 34 Total 249 155 404 * Babies born up to 12th May 2022. 14 other babies are expected to be born from MDH for cycles done in 2021 ** From IVF cycles carried out to date for Year 2022 6 babies are expected to be born (3 from MDH, 3 from HOPE Fertility Clinic (new licenced clinic)

Epilepsy – statistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi statistika dwar kemm hawn persuni li jbatu minn dawn iż-żewġ tipi ta’ epilessiji: Lennox-Gastaut Syndrome (LGS) u Dravet Syndrome (DS)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pre¿entament għandna madwar 3 ka¿ijiet li huma identifikati li jsofru minn Dravet Syndrome (DS) u madwar 20 taħt l-eta’ ta 15 il-sena li għandhom il-Lennox-Gastaut Syndrome (LGS).

Berġa ta’ Marsaskala — Servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika x’servizzi qed jingħataw fil-Berġa ta’ Marsaskala u b’liema frekwenza? Kemm-il darba fil-ġimgħa qed jattendu l-professjonisti u x’tip ta’ servizzi qed jagħtu lill-klijenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi li jingħataw mil-Berġa ta’ Marsaskala huma s-servizz tat-Tabib (darba fil-ġimgħa). Is-servizz tal-infermiera (darba fil-ġimgħa), Is-servizz tal-Podiatrija (darba fil-ġimgħa), Is-servizz tal-Fi¿joterapija (darbtejn fil-ġimgħa), s-servizz ta’ Tehid tad-demm (darbtejn fil-ġimgħa) u s-Servizz tal-Patoloġija tal-Ligwa Mitkellma (tlett darbiet fil-ġimgħa).

Kura dentali b’xejn fil-komunità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra fiex tikkonsisti l-kura dentali b’xejn fil-komunità? Jista’ jgħid wieħed x’għandu jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Gvern Nazzjonalista fil-passat kien waqqaf is-servizz dentali fil-komunita’. Ilum il-kura dentali tingħata bla ħlas mill-isptar Mater Dei, mir-residenza San Vincenz, u mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Emerġenzi dentali, proċeduri kirurġiċi orali u check-ups huma bla ħlas għal kulħadd u jingħataw skont il-ħtieġa. Orthodontics (braces), dentaturi u fillings huma b'xejn għal dawk li għandhom inqas minn 16-il sena u għall-adulti li għandhom il-karta r-ro¿a kif ukoll dawk li jbatu bid-dijabete.

Dipartiment tas-Saħħa – social workers

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm social workers jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa u fejn huma allokati? X’qiegħed isir biex ikollna aktar social workers, speċjalment fil-qasam tas-saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni qed tinġabar. Ninfurmaha ukoll illi hemm rolling call miftuħa mad-Dipartiment tas saħħa għal Social Workers ġodda.

Dipartimenti tad-Dijabete – sezzjoni pedjatrika – tobba, speċjalisti u konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tobba, speċjalisti u konsulenti li jaħdmu fid-dipartimenti tad-dijabete fis-sezzjoni pedjatrika, jiġifieri għal tfal u żgħażagħ taħt is-16-il sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-Dipartiment tas-Saħħa, fid-dipartiment tad-dijabete’ fis-sezzjoni pedjatrika, għal tfal u żgħażagħ taħt is-16-il sena hemm żewġ Konsulenti Pedjatriċi tad-Dijabete/Endokrinoloġija u Speċjalist Residenti wieħed.

Dipartimenti tad-Dijabete – sezzjoni tal-adulti – tobba, speċjalisti u konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tobba, speċjalisti u konsulenti li jaħdmu fid-dipartimenti tad-dijabete fis-sezzjoni tal-adulti, jiġifieri għal pazjenti mis-16-il sena ’l fuq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-Dipartiment tas-Saħħa li jinkludi ukoll id-Dipartiment tal-Kura Primarja, fid-dipartimenti tad-dijabete fis-sezzjoni tal-adulti, jiġifieri għal pazjenti mis-16-il sena ’l fuq hemm total ta’ 8 Konsulenti tad-Dijabete/Endokrinoloġija u 8 Residenti Speċjalisti.

Dipartimenti tal-Kura Primarja – tobba, speċjalisti u konsulenti speċjalizzati fid-dijabete

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tobba, speċjalisti u konsulenti li jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Kura Primarja u li huma speċjalisti fid-dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, fid-dipartimenti tad-dijabete’, hemm 2 Konsulenti tad-Dijabete/Endokrinoloġija. F’dan id-dipartiment hemm ukoll numru ta’ General Practitioners li jikkuraw pazjenti li jkollhom problemi relatati mad-Dijabete’.

Dipartiment tas-Saħħa – infermiera speċjalizzati fid-dijabete

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera speċjalizzati fid-dijabete li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnhom jaħdmu fil-pedjatrija? Kemm minnhom jaħdmu ma’ dawk ’l fuq minn 16-il sena? U kemm minnhom jaħdmu fil-Kura Primarja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta nfermiera li jaħdmu fid-dipartimenti tas-saħħa, fil-qasam tad-dijabete’ huma 14. Dawn jinkludu 2 infermiera li jaħdmu f’dan il-qasam fil-pedjatrija u 12 li jagħtu servizz lil dawk ’l fuq minn 16-il sena. 9 minn dawn l-infermiera jaħdmu fid-dipartiment tal-kura primarja.

Multi Disciplinary Teams – żieda ta’ ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jiżdiedu l-ħaddiema li jiffurmaw parti mill-Multi Disciplinary Teams li minbarra t-tobba u l-infermiera jinkludu professjonisti oħrajn bħall-psikoterapisti u podiatrists, li huma essenzjali għall-kura tad-dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm formalment ma hemmx Multi-Disciplinary Teams fil-qasam tad-dijabete’, ħaddiema professjonisti fil-qasam tas-saħħa bħal Psychologists, Medical Lab Scientists, Nutrition & Dietetics, u Physiotherapists joffru s-servizzi tagħhom lill-pazjenti bid-dijabete’. Fiż-żmien li ġej is-servizz tas-Psychotherapists se jkun ukoll qed jingħata bla ħlas għal ewwel darba. Minn żmien għal żmien, bħal dejjem se jkunu qed jinħarġu aktar sejħiet sabiex aktar ħaddiema professjonisti jiġu ingaġġati.