Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – membri ta’ bordijiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali – remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9508 u 10103 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393, datata 20 ta’ Ġunju 2022, dwar ir-remunerazzjoni mogħtija lis-CEOs fis-settur kulturali, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“Planning Authority benefits” li qed jirċievi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament waqt li qed jokkupa l-kariga ta’ Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandu? Jista’ jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kemm jammontaw dawn il-benefiċċji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

European Film Awards Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10388 fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubblici, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Festivals Malta Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10389 fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubblici, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Film Review Board – kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10390 fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Fondazzjoni Kreattività Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10391 fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Programmi fuq TVM u TVM News — produtturi ta' programmi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3008 issa li għaddew disa' xhur u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' produtturi indipendenti li pproduċew programmi fuq TVM u TVM News għall-iskedi Ottubru 2020-Settembru 2021 u Ottubru 2021-Settembru 2022?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Programmi fuq TVM u TVM News — produtturi ta' programmi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3009 issa li għaddew disa' xhur u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' produtturi indipendenti li se jkunu qed jipproduċu programmi fuq TVM u TVM News għall-iskeda Ottubru 2022-Settembru 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Tarxien – Joanna Gardens – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fill-Joanna Gardens, Ħal Tarxien, u meta mistennija jitlestew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi il-proġett ta’ Joanna Gardens huwa ffinanzjat mill-fondi Norveġiżi (EEA Grants) u parti minnu ffinanzjat mil-fond lokali tal-proġetti fil-komunita’ ffinanzjati mill-LESA. Qed isir sforz intern sabiex il-proġett kollu jiġi konkluż sal-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu 2023, bil-kuntratturi kollha notifikati li jekk ma jinżammx il-pjan ta’ ħidma ser jibdew jiġu applikati l-multi.

Ix-Xgħajra — Triq Alof Wignacourt – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10485, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jara li l-bus shelter li hemm fil-bidu ta’ Triq Alof Wignacourt, fix-Xgħajra, tiġi debitament mibdula billi li hemm hija msadda?

Response (BONNICI, OWEN)

Informat li dan il-Bus Shelter huwa wieħed minn dawk li l-kunsill kien talab u qabel mal-FACES sabiex jinbidel. Informat li l-proċess biex dan jiġi eżekwit jinsab skolpit minħabba proċeduri fil-Qrati. Minn informazzjoni f’idejn il-Kunsill Lokali jidher illi mhux ser ikun hemm dewmien u b’hekk ikun jista jitkompla x-xogħol fuq dawn il-bus shelters inkluż dak ta' Triq it-Torri t'Alof De Wignacourt.

Ix-Xwejni – Statwa taż-żiemel

Question

Peress li dan l-aħħar kien spjegat li l-istatwa taż-żiemel fix-Xwejni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiet wara open call, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-ġurija li ħadu d-deċiżjoni u min kienu l-artisti l-oħrajn li ġew shortlisted?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsill Lokali Marsaskala — website ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9135, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-website ġdida tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala twettqitx?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li peress li l-Kunsilli Lokali kollha kienu rċevew direttiva min-naħa tad-Divi¿joni għall-Gvern Lokali sabiex il-websites ma jibqgħux personalizzati fis-sens li ma jkollhomx domain specifika għal Kunsill Lokali partikolari, il-website tal-Kunsill Lokali issa hi integrata fil-website tal-Kunsilli Lokali kollha.

Kunsilli Lokali ta' Wied il-Għajn u taż-Żejtun — Quality Service Charters

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9134, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali ta’ Wied il-Għajn u taż-Żejtun hux beħsiebhom jagħmlu quality service charters?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li peress li din il-legislatura dalwaqt tasal fi tmiemha, allura issa ghandu jkun il-Kunsill Lokali il-ġdid li jiddeċiedi jekk jagħmilx quality service charter jew le. Ninsab informat mill-Kunsill Lokali taz-Zejtun li l-istess Kunsill Lokali taz-Zejtun ser ikun qiegħed jahdem fuqu fix-xhur li ġejjin u aktarx jigi kkonfermat u implimentat fil-leġizlatura li jmiss.

Wied il-Għajn — laqgħa ġenerali annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret il-laqgħa ġenerali annwali s-sena l-oħra u meta se ssir il-laqgħa ġenerali annwali ta’ din is-sena f’Wied il-Għajn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi il-laqgha annwali is-sena l-oħra saret f'April 2022 u ta’ din is-sena ghad trid issir peress li din ser tkun l-aħħar waħda ta' din il-leġislatura.

Qawra — ftuħ tal-parkeġġ tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jwaqqaf il-ftuħ tal-parkeġġ taħt l-iskola primarja tal-Qawra għall-użu tal-pubbliku hekk kif reġa' wasal sajf ieħor u dan il-parkeġġ għadu jinsab magħluq? Meta hu maħsub li dan jinfetaħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-preparamenti għall-ftuħ tal-parkeġġ għadhom għaddejjin min-naħa tal-Kunsill. Fost xogħol ieħor qed jiġu wkoll preparati d-dettalji għat-tender għall-apparat u mmaniġġar tal-parkeġġ.

Arts Council Malta – membri

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10234 dwar il-membri tal-Arts Council Malta, fejn il-Ministru qal li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u peress li l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u huma mħallsa minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi hu mistenni minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Cultural Heritage Advisory Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10387 dwar il-membri tal-Cultural Heritage Advisory Committee, fejn il-Ministru qal li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u peress li l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u huma mħallsa minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi hu mistenni minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – debituri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9506 u 10102 u jgħid min huma d-debituri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jekk il-“miżati ta’ eżami u amministrattivi” huma fuq bażi ta’ flus kontanti, (irreferi għal paġna 9 tal-istqarrijiet finanzjarji awditjati tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2022) allura min irid jagħti l-flus lis-Sovrintendenza? Jista’ jagħti lista komprensiva tad-debituri u l-ammonti rispettivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Is-Siġġiewi – Triq Lapsi — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Lapsi, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi illi t-toroq jitnaddfu skont l-iskeda kif imniżżel fl-istess kuntratt ta’ tindif.

Is-Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Mons. Mikiel Azzopardi, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi illi t-toroq jitnaddfu skont l-iskeda kif imniżżel fl-istess kuntratt ta’ tindif.