Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni Minima Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali illum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja singola?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Pensjoni Minima Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali illum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Pensjoni tal-età

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni sal-lum li qed jirċievu l-pensjoni tal-età? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm hi n-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pensjoni tar-Romol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hawn nisa li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tar-raġel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pensjoni tar-Romol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hawn irġiel li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tal-mara?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

It-Tielet Distrett — tqassim ta’ tagħmir domestiku lill-familji fil-bżonn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni/familji meqjusa bhala foqra li bbenefikaw mit-tqassim ta’ tagħmir domestiku fit-Tielet Distrett? Lil min għandhom jikkuntattjaw dawn il-familji, biex ikunu jistgħu jingħataw dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Korpi dixxiplinati – persuni li taw il-25 sena servizz — pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-pulizija, il-membri tal-Armata u l-bqija li wettqu l-25 sena servizz, ikollhom iċ-ċans għal pensjoni sħiħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Marsaxlokk – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti ta’ Marsaxlokk u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Marsaxlokk, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Marsaxlokk Irġiel Nisa Total SA/SUP/UA 5 26 31 SUA 6 0 6 Total 11 26 37 SA – Għajnuna Soċjali SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

Ħal Għaxaq – benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4463 u 5172 u jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jistax jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 992 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minnhom kien hemm 558 raġel filwaqt li kien hemm 434 mara.

Gudja – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti tal-Gudja u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti l-Gudja, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Gudja Irġiel Nisa Total SA/SUP/UA 2 13 15 SUA 0 2 2 Total 2 15 17 SA – Għajnuna Soċjali SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

Santa Luċija – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti ta’ Santa Luċija u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Santa Luċija, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Santa Luċija Irġiel Nisa Total SA/SUP/UA 7 51 58 SUA 0 0 0 Total 7 51 58 SA – Għajnuna Soċjali SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

Wied il-Għajn – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet residenti ta’ Wied il-Għajn u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Wied il-Għajn kien kif jidher fit-tabella aktar ‘l isfel: Wied il-Għajn Irġiel Nisa Total SA/SUP/UA 36 111 147 SUA 31 38 69 Total 67 149 216 SA – Għajnuna Soċjali SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

Ħal Tarxien – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti ta’ Ħal Tarxien u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Hal Tarxien, kien kif jidher fit-tabella aktar l-isfel: Tarxien Irġiel Nisa Total SA/SUP/UA 22 85 107 SUA 7 3 10 Total 29 88 117 SA - Għajnuna Soċjali SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

Iż-Żejtun – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul s-sena li għaddiet residenti ż-Żejtun u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta persuni li kienu qed jircievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti ż-Żejtun, kien kif jidher fit-tabella aktar ‘l isfel: Żejtun Irġiel Nisa Total SA/SUP/UA 24 139 163 SUA 4 5 9 Total 28 144 172 SA – Għajnuna Soċjali SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

Raħal Ġdid – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti Raħal Ġdid u jistax jindika wkoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Raħal Ġdid, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Raħal Ġdid Irġiel Nisa Total SA/SUP/UA 39 138 177 SUA 65 13 78 Total 104 151 255 SA – Għajnuna Soċjali SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

Appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2022 u jista’ jgħid ukoll kemm appelli ġew deċiżi jew irtirati tul l-istess sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Appelli Diċembru 2022 Appelli pendenti sa Diċembru 2022 753* Appelli deċiżi sa Diċembru 2022 341 Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Diċembru 2022 278 Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Diċembru 2022 202 *minnhom 306 huma appelli li diġa bdew jinstemgħu

Ħal Għaxaq – benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4463 u jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Għaxaq qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jistax jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Raħal Ġdid – Benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti Raħal Ġdid qegħdin jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1,989 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minnhom kien hemm 1,063 raġel filwaqt li kien hemm 926 mara.

Żejtun – Benefiċċjarji ta’ pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti ż-Żejtun qegħdin jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jindika s-sess tal-istess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 2,678 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minnhom kien hemm 1,491 raġel filwaqt li kien hemm 1,187 mara.