djar tal-anzjani — sħubija bejn il-gvern u l-privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar tal-anzjani li fihom hemm sħubija bejn il-Gvern u l-privat? Liema huma? Kemm hemm anzjani fiħom f'kull każ u x'inhi r-rata li titħallas kuljum f'kull każ?
Ministeru għall-Politika Soċjali — Servizz tal-internet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8678 u 8418 u jgħid min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
kwestjoni fuq postijiet li fuqhom hemm ordni ta' rekwiżizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif familji li għandhom postijiet li fuqhom hemm ordni ta' rekwiżizzjoni qed jirċievu ittra fejn l-Awtorità se tneħħi din l-ordni minn fuqhom, iżda qed titlob li qabel ma jsir dan isir means test billi jiffirmaw numru ta' dikjarazzjonijiet u riċerki fuq l-inkwilini? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li jsir dan il-means test ġaladarba l-ordni se titneħħa xorta waħda?
Jista' jgħid għaliex dawn il-familji qed jintalbu ħlas biex isiru r-riċerki dwarhom meta dawn ma talbuhomx huma?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li L-iskop wara il-means testing huwa biex l-Awtorita’ tara jekk hemmx il-htiega ta’ xi ghajnuna ta’ sussidju fuq il-kera li tista’ tigi mitluba. L-inkwilini m’humiex obbligati jaghtu din l-informazzjoni pero f’dan il-kaz l-Awtorita’ ma taghti l-ebda ghajnuna.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar 12-il xahar kemm ġew deċizi sentenzi mit-Tribunal Industrijali u jagħti statistika ta’ kemm minn dawn il-kazi nqagħtu favur il-ħaddiem u kemm kien hemm każijiet fejn it-tribunal ordna reinstatement ta’ l-individwu konċernat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li bejn il-25 ta' Mejju 2008 u l-25 ta' Mejju 2009 it-Tribunal Industrijali ta erbgha u sittin (64) decizjoni li ghandhom x’jaqsmu ma allegat tkeccija ngusta maqsumin hekk: -
· Erbgha u ghoxrin (24) favur il-haddiema u min ihaddem gie ordnat li jinghata kumpens.
· Decizjoni wahda (1) favur il-haddiem fejn gie ordnat kumpens u
reinstatement.
· Disa' u tletin (39) kontra l-haddiem.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ta' respite joffri l-Gvern għall-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Aġenzija Sapport ma toffrix sevizz ta’ respite għall-persuni b’dizabilta’ izda is-servizz tal-Agenzija fil Komunita’ f’ċerti sitwazzjonijiet jista joffri dan lil carers tal-membru b’diżabilita’ tal-familja meta l-ħaddiema ta’ l-Aġenzija jkunu qed jaħdmu ma l-istess persuna.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tliet snin kemm saru talbiet lill-Awtorità tad-Djar minn persuni b'diżabilità biex jagħmlu modifikazzjoni fir-residenzi tagħhom, kull sena separatament u kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar tlett snin l-Awtorita’ tad-Djar kellha s-segwenti talbiet minn persuni b’diżabilita’ biex jagħmlu modifikazzjoni fir-residenzi tagħhom:-
Sena
Numru ta’ Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet Milqug]a
2006
106
81
2007
130
105
2008
137
101
2009
30*
2 #
* Sat-28 ta’ Mejju 2009
# 26 fil-proċess
Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa mill-Gvern biex Malta tkun tista' tirratifika l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Gvern Malti, wara li ffirma l-Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Dizabilita u l-Protokoll Mhux Obbligatorju, beda jahdem biex jara x'hemm bzonn isir biex Malta tkun f'posizzjoni li tirrattifika din il-Konvenzjoni. Ghal dan il-ghan, l-Ufficcju tal-Prim Ministeru hatar kumitat biex jaghmel dan l-istudju. Dan il-Kumitat li hu mmexxi mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, fih rapprezentanza ta' ufficjali gholja mill-Ufficcju tal-Prim Ministru, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ufficju tal-Avukat Generali tar-Repubblika, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita u l-Federazzjoni tal-Ghaqdiet Persuni b'Dizabilita. Il-Kumitat hejja l-abbozz tar-rapport finali u hu mistenni li jtemm il-hidma tieghu wara li jispiccaw l-ahhar konsultazzjoniet li qed jaghmel primarjament mal-Ufficcju tal-Avukat Generali.
Awtorità tad-Djar — persuni b'diżabilità - talbiet għall-modifikazzjoni fir-residenti tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha talbiet pendenti l-Awtorità tad-Djar għall-iskema ta' assistenza biex persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jagħmlu modifikazzjoni fir-residenzi tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 50 każ pendenti għall-iskema ta’ assistenza biex persuni b’diżabilita’ jkunu jistgħu jagħmlu modifikazzjoni fir-residenza tagħhom.
Dawn huma pendenti g]all-bosta raġunijiet bħal:-
· fil-proċess li nistennew l-assi sabiex isir il-
means testing
fuq l- applikanti
· fażijiet riċenti li qed nistennew il-bord tad-Diżabilita’
· applikazzjonijiet pendenti peress li qed nistennew dokumenti mingħand l-applikanti;
· applikazzjonijiet sabiex jintbgħatu l-assi.
cruiseliners- medical officers — Messikani li daħlu Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8663 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'assigurazzjoni qed tingħata mill-Medical Officers ta' cruiseliners li qed jidħlu fil-Port il-Kbir meta fost it-turisti li jinżlu l-art ikun hemm numru mdaqqas ta' Messikani, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2009?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament irċeviet il-ħlas dovut lilha skond il-kuntratt dwar ix-xogħlijiet relatati mad-dar fejn qed tgħix iżda rċeviet tnaqqis ta' €582?
Jista' jgħid kif inħadem l-ammont mogħti lil din il-familja?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-pagamenti saru skond l-ammonti tal-rċevuti provduti mill-applikant u skond l-istimi tal-perit għax-xogħlijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni taħt l-iskema Care & Repair tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sal-lum għadha ma ġietx proċessata wara li din applikat madwar sentejn ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li minħabba li-Awtorita’ tad-Djar ghandha bosta talbiet għal tiswijiet u rrangar ta' postijiet, preżentement qed tingħata prijorita’ lill-każijiet li jirrikjedu tiswijiet ta’ strutturi perikolużi . Fil-każ imsemmi, li hu post privat, ix-xogħlijiet rikjesti mhumiex ta’ natura strutturali. Għalhekk l-Awtorita' tkun tista' tiehu hsieb li jsir dan ix-xogħol wara li jitranġaw il-postijiet fejn hemm bzonn tiswijiet strutturali.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — ċentri edukattivi privati u ta' taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ċentri edukattivi privati u ta' taħriġ li għandna f'Malta u f'Għawdex li jaderixxi kompletament mal-obbligu li jkun aċċessibli fiżikament għall-persuni diżabbli u li ġew ċertifikati bħala fully compliant mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD)?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mill-entitajiet li l-MEPA tirreferi lill-KNPD biex tivverifika jekk il-bini hux aċċessibbli għal kulħadd skont l-Access for All Design Guideline, wida tal-KNPD, il-Kummissjoni identifikat l-entitajiet li jistgħu jiġi kklasifikati bħala "ċentri edukattivi privati u ta' taħriġ".
Skola
Triq
Lokalita
Britannica College
124, Triq Melita,
Valletta
Language School
Triq l-Ewropa,
Rabat Gozo
Computer Domain
102/104, Triq il-Kostituzzjoni,
Mosta
St Francis School
Triq il-Palma,
Victoria Gozo
Language School
Triq Sant Andrija,
San Giljan
St Michael School
Tal-Balal,
San Gwann
Private Tuition
Tudor, Triq Anibale Preca,
Lija
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi matul is-sena 2008 u Jannar 2009 ta' vjolenza domestika:
a) kontra nisa
b) kontra rġiel
ċ) kontra tfal
fejn strutturi pubbliċi soċjali taw l-appoġġ u l-għajnuna tagħhom?
Ċentru tas-Saħħa — Rabat - Servizz ta' tabib 24 siegħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa pjannat li l-Gvern jerġa' jibda jipprovdi servizz ta' tabib fuq bażi ta 24 siegħa u cioè wara l-5pm sat-8.00am tal-għada fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Malta u dan bil-għan li dan iċ-ċnetru jkun attrezat b'tabib 24 siegħa kuljum?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m’hemm l-ebda ħsieb li jiġi estiż il-ħin tal-ftuħ tac-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Malta.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7666 u jgħid liema huma l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid meta jippjana jew hemmx il-ħsieb li mediċina biex tgħin lil pażjenti li jbatu mid-dimentia u anke alzheimer disease tibda tingħata b'xejn fuq il-karta is-safra?