Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad preżentement u kemm hemm persuni b'diżabilità li preżentement għandhom impjieg? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew l-opportunità ta’ xogħol dawk li għadhom ma sabux xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni b'diżabilità fl-impjieg fl-aħħar ta’ Mejju 2024 kien ta’ 5,201, meta fl-2012 kien ta’ 1,699. Infurmat ukoll li n-numru ta’ persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad sal-aħħar t`Awwissu 2024 kien ta’ 239 bil-maġġoranza tagħhom kienu ilhom inqas minn sena.
It-tabella t’ hawn taħt turi kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol.
Kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħolAwwissu 2024
0 sa 13-il xahar121
’Il fuq minn 13-il xahar sa sentejn 39
’Il fuq minn sentejn79
Total239
Fl-2012 il-persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad kien ta’ 514.
Ninsab infurmat ukoll li sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 kien hemm 795 kumpanija konformi mal-kwota tal-impjieg ta' 2% fir-rigward ta' persuni b'diżabilità.
Filwaqt li kien hemm 788 kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji li ma kienux konformi mal-istess kwota u għalhekk jeħtieġ iħallsu l-kontribuzzjoni skont il-liġi. Is-somma dovuta mingħand dawn il-kumpaniji u kemm ġew miġbura s’issa tidher hawn taħt:
Data sal-aħħar ta’ Diċembru 2023
Numru ta’ Kumpaniji li ma kienux konformi mal-kwota
Valur
Numru ta’ Kumpaniji li ħallsu sal-aħħar ta’ Settembru 2024
Valur tal-pagamenti li tħallsu sal-aħħar ta’ Settembru 2024
Numru ta’ Kumpaniji li għadhom ma ħallsux sal-aħħar ta’ Settembru 2024
Pagamenti pendenti
Gruppi
21
€285,600
10
€189,600
11
€96,000
Kumpaniji
767
€2,661,600
357
€1,260,600
410
€1,401,000
Total
788
€2,947,200
367
€1,450,200
421
€1,497,000
Il-flus miġbura mill-kumpaniji li mhumiex konformi mal-kwota ta’ 2% ta’ persuna b’diżabilità qed jintefqu minn Jobsplus biex jiffinanzjaw l-attività b’mod sħiħ li għandha għaddejja l-Fondazzjoni Lino Spiteri u attivitajiet/inizjattivi amministrati minn Jobsplus li ġew introdotti biex jassistu persuni b’diżabilità fit-traġitt tagħhom lejn id-dinja tax-xogħol. Servizzi eżistenti jissapportjaw ukoll lill-persuni b’diżabilità u lil min iħaddimhom matul l-impjieg skont il-bżonn.
Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar kemm hemm kumpaniji li qegħdin konformi mal-kwota tal-impjieg ta' 2% fir-rigward ta' persuni b'diżabilità u kemm hemm kumpaniji li mhumiex konformi mal-istess kwota? Kemm kienet is-somma dovuta mingħand dawn il-kumpaniji għas-sena 2023 u kemm fil-fatt ġew miġbura flus mis-somma dovuta? Jista' jgħid ukoll fejn jintużaw il-flus miġbura u għalxiex jintużaw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari 22022.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18512 u 21776, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għassa tal-Mellieħa hix miftuħa għall-pubbliku, jew jekk hix tintuża bħala uffiċċju tal-Pulizija tal-Komunità (uffiċċju li mhux miftuħ għal-pubbliku), jew inkella għal xi użu ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għassa hija miftuħa għall-pubbliku u l-pulizija tal-komunità qegħdin hemm biex iservu lill-pubbliku. Hija ħasra li hemm min ma jemminx fl-irwol tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hu n-numru ta’ anzjani li qed jaħdmu wara li jagħlqu l-età ta’ 65 sena? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jaħdmu full-time u kemm minnhom jaħdmu part-time?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li kellhom 65 sena u aktar u li kienu qed jaħdmu, sal-aħħar ta’ Mejju 2024 kien ta’ 14,064. It-tabella t’hawn taħt turi l-informazzjoni mitluba maqsuma fi rġiel u nisa u kemm minnhom jaħdmu full-time u part-time bħala xogħol ewlieni.
Persuni li kellhom 65 sena u aktar u li kienu qed jaħdmu
Full-Time
Part-Time Only
Total
Rġiel
5,237
4,877
10,114
Nisa
1,878
2,072
3,950
Total
7,115
6,949
14,064
L-aħħar ċifri ppubblikati dwar l-impjiegi huma ta’ Mejju 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ anzjani li ħadmu wara li għalqu l-età ta’ 65 sena fis-sena 2020, 2021, 2022 u 2023 separatament minn xulxin? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kien nisa? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu jaħdmu full-time u kemm minnhom kienu jaħdmu part-time?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni li kellhom 65 sena u aktar u kienu qed jaħdmu fl-aħħar ta’ Diċembru 2020, 2022, 2022 u 2023. L-informazzjoni hi maqsuma fi rġiel u nisa u kemm minnhom jaħdmu full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom.
Persuni li kellhom 65 sena u aktar u kienu qed jaħdmu Rġiel/Nisa
2020202120222023
Full TimeRġiel3,9174,1724,5715,106
Nisa1,3421,4441,6091,836
Part Time OnlyRġiel4,1274,2444,4614,736
Nisa1,5511,6271,7661,952
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat bid-dettalji li ġejjin b’rabta ma’ każi rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura.
Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta kellha każ wieħed ta’ fastidju sesswali, fejn f’dan il-każ, il-FAM proċediet bil-ħatra ta’ Bord ta’ Inkjesta u ħadet l-azzjonijiet neċessarji fil-parametri tal-Att Dwar il-Forzi Armati ta’ Malta.
Infurmat li kien hemm tlett rapporti fil-Korp tal-Pulizija dwar każijiet ta’ ‘fastidju sesswali verbali’. Minn investigazzjoni li saret jirriżulta li tnejn minnhom irriżultaw fil-pożittiv u bdew proċeduri ta’ dixxiplina fil-konfront tal-uffiċjali kkonċernati.
Infurmat li fl-Aġenzija LESA kien hemm rapport wieħed fejn wara li nħattru proċeduri interni, minkejja li dan ma kienx fil-pożittiv, sar rapport ukoll lill-Pulizija mill-Aġenzija sabiex jitneħħa kull dubju.
Infurmat li dwar l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi fis-sena 2023 kien hemm sentenza tal-Qorti fejn uffiċjal ġie lliberat minn akkużi ta’ diversi snin qabel.
Infurmat li fl-Aġenzija għas-servizz ta’ Detenzjoni kien hemm każ wieħed, fejn wara li nħatar Fact Finding Board, il-każ ġie mgħoddi lill-Pulizija u għadu sub judice u huwa sospiż mix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji minn Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li minn Mejju 2024 sal-15 ta’ Ottubru 2024 kien hemm tlettax (13) -il każ ta’ suwiċidju li minnhom tnax (12) mill-vittmi kienu maskili u waħda (1) femminili.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża ta' inċidenti diversi minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u s-7 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, kien hemm, sitta u ħamsin (56) persuna li mietu kawża ta' inċidenti diversi f’dawn il-gżejjer.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew identifikati u rrapportati vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, sena b’sena, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu:
i. Maltin (lejn pajjiż ieħor),
ii. Asylum seekers,
iii. Immigranti ekonomiċi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, li ġew identifikati u rrapportati sena b’sena, mill-2020 sal-15 ta’ Ottubru 2024 kien ta’ ħamsa u għoxrin (25) kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ma kienx hemm persuni Maltin li ġew traffikati lejn pajjiżi oħra, f’dan il-perjodu.
SenaNumru ta’ persuni identifikati jew irrapurtati vittmi tat-traffikar tal-bnedmin Kemm minnhom kienu/huma Maltin li gew traffikati f’MaltaKemm minnhom kienu persuni li kienu/qed jfittxu l-asil
202043-
2021---
20225--
20236--
2024* sa 15/1010--
Total253-
Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità — Talbiet a tenur tal-artikolu 6(1)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret mill-bidu tal-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar, a tenur tal-artikolu 6(1) tal-Kap. 258 u ċjoè għaliex persuna ħassitha aggravata għax allegatament intużat jew ġiet ipproċessata informazzjoni bijometrika tagħha b’mod illegali u konsegwentement talbet rimedju?
Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità — Proċeduri a tenur tal-artikolu 24(2)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ proċeduri li ttieħdu minħabba allegat ksur tal-artikolu 24(2) tal-Kap. 258, mill-bidu tal-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-proċeduri kienu fil-konfront ta’ uffiċjali jew eks uffiċjali ta’ Identità (preċedentement Identity Malta)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ħadet proċeduri fi tlett istanzi f’Settembru ta’ din is-sena, minħabba allegat ksur, speċifikament tal-artikolu 24(2) tal-Kap. 258, mill-bidu tas-sena 2022 sa l-aħħar ta’ Settembru 2024. Dawn ma kienux fil-konfront ta’ uffiċjali jew eks uffiċjali ta’ Identità (preċedentement Identity Malta).
Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità — Uffiċjali awtorizzati
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu jew huma uffiċjali awtorizzati a tenur tal-Kap. 258?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-twettiq tal-funzjonijiet u dmirijiet tal-amministrazzjoni pubblika fil-materja ta’ proċessar u ħruġ ta’ karti tal-identità u dokumenti oħra tal-identità, huma bis-saħħa ta’ dak provdut fil-Liġi Sussidjarja 595.07 tal-Liġijiet ta’ Malta fdati lill-Aġenzija Identità, liema Aġenzija hija immexxija minn Kap Eżekuttiv u li huwa responsabbli mill-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-Aġenzija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ingħata student-visa minn Jannar sa Diċembru 2023? Jista’ jgħid minn liema pajjiż kien ġej u għal kemm żmien ingħatat il-visa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ingħata student-visa minn Jannar sa Awwissu 2024? Jista’ jgħid minn liema pajjiż kien ġej u għal kemm żmien ingħatat il-visa?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser terġa’ tinfetaħ l-għassa tal-pulizija ġewwa l-Imsida?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li x-xogħol fl-għassa tal-Imsida huwa estensiv. Wara waqfa temporanja minħabba proċeduri legali ċivili li nbdew minn terzi fil-Qorti, ix-xogħol reġa’ beda u mistenni jitlesta sal-ewwel kwart tal-2026, bl-għassa terġa’ tiftaħ madwar l-istess perjodu. Infurmat ukoll li qed jiġi offrut servizz bi sħab mal-Kunsill Lokali tal-Msida mill-istess bini tal-Kunsill sabiex jassisti lill-pubbliku.
Jobsplus — Taħriġ ta’ persuni b’diżabilità - Fondi addizzjonali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21765 dwar taħriġ ta’ persuni b’diżabilità minn Jobsplus, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u allura jgħid kemm hu ppjanat li ġej jiswa l-proġett li għalih Jobsplus resqet applikazzjoni? Jista' jgħid ukoll kemm minn dan l-ammont hu ppjanat li jitħallas minn fondi lokali u kemm minn dan l-ammont hu ppjanat li jitħallas minn fondi taħt l-iskema ESF+? Jista' jgħid fiex jikkonsistu l-inizjattivi msemmija fit-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21765, ninfurmaha li ladarba jkun hemm l-approvazzjoni tal-Fondi Ewropej ikunu jistgħu jitħabbru d-dettalji tal-proġetti.
Il-Qawra — Skola Primarja – Pulizija preżenti waqt id-dħul u l-ħruġ
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li jkun hemm preżenza kontinwa tal-pulizija waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal tal-iskola, fl-Iskola Primarja tal-Qawra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Pulizija tagħmel minn kollox biex uffiċjali jkunu preżenti, kemm jista’ jkun, waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti fejn l-iskola msemmija fil-Qawra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Konsulenti/Persons of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti / persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma hemm l-ebda policy consultant li huwa third country national.