Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2017 sal-lum (sena b’sena) sabu impjieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impjieg fis-settur pubbliku, jista’ jgħid f’liema qasam?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
FIAU – lista ta’ breaches imwettqa bejn l-2013 u l-2018
Question
B'referenza għad-dokument li qed jingħata separatament u li anke jinsab fuq is-sit tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), jista' l-Ministru jippreżenta d-dokumenti kollha simili maħruġa mill-FIAU, ċjoè bil-lista dettaljata ta' x'kienu l-allegati breaches imwettqa minn kull subject person għas-snin bejn l-2013 u l-2018?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qabel ma daħlu fis-seħħ emendi fi Frar 2015, L-Att Kontra Money Laundering (Kapitolu 373) ma kienx jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar penali u miżuri amministrattivi imposti fuq subject persons mill-FIAU. Għalhekk ma tistax tingħata informazzjoni għall-perjodu 2013 sa Frar 2015 peress li din hija konfidenzjali skont il-provvedimenti tal-imsemmi Att.
Bis-saħħa tal-emendi ta’ Frar 2015, l-FIAU seta jippubblika informazzjoni dwar penali li jeċċedu Eur1,500 u li ma jkunux appellati (jew, fejn is-sentenza tal-Qorti ikkonfermat id-deċi¿joni tal-FIAU). Wara emendi fl-2018 it-threshold għall-pubblikazzjoni żdiedet għal Eur10,000 u għalhekk l-FIAU seta’ jippubblika biss penali li jeċċedu Eur10,000 u li ma jkunux appellati (jew, fejn is-sentenza tal-Qorti ikkonfermat id-deċiżjoni tal-FIAU).
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni illi wara emendi li daħlu fis-seħħ fi Frar tal-2020, l-Att Kontra Money Laundering issa jobbliga lill-FIAU jippubblika l-penali u miżuri amministrattivi kollha imposti fuq subject persons, anke jekk tali penali u miżuri jkunu ġew appellati. Skont il-liġi, penali amministrattivi taħt il-Eur50,000 iridu jiġu ppubblikati b’mod anonimu.
Fi kwalunkwe każ hekk imsemmi hawn fuq u skont il-proċeduri tal-FIAU, u kif mitlub fir-raba’ direttiva tal-EU kontra il-ħasil tal-flus, kull pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar penali u miżuri amministrattivi hija suġġetta għal perjodu ta’ ħames snin li jibda jgħodd mid-data tal-istess pubblikazzjoni. Għalhekk, kull pubblikazzjoni li taqbeż dan il-perjodu tiġi mneħħija permanentement minn fuq is-sit tal-FIAU.
Għalhekk u skont il-ligi, l-FIAU jista jagħti din l-informazzjoni:
· Bejn Frar 2015 u Frar 2020 l-FIAU, fil-limiti imposti mill-liġi, ippubblika d-dokumenti li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u li jinsabu fuq is-sit tal-FIAU;
· Wara l-emendi fil-liġi ta’ Frar 2020 u tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni, l-FIAU ippubblika d-dokumenti li wkoll qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u li jinsabu fuq is-sit tal-FIAU.
Jista’ l-Ministru jispjega kif xahar biss wara li tkeċċew 69 pilota mill-Air Malta f’Lulju li għadda, il-kumpanija statali Malta Med Air ħarġet sejħa għall-impjieg prekarju fil-15 ta’ Lulju 2020 għall-piloti ma’ aġenzija barra minn Malta bl-isem ta’ Brookfield Aviation? Dan sar sabiex jerġgħu jiġu ingaġġati xi piloti li kienu tkeċċew b’kundizzjonijiet u salarji ferm inferjuri? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan jiksirx l-obbligi kuntrattwali tal-Gvern mal-bdoti fil-kwistjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Air Malta ma’ tidħolx f'deċiżjonijiet kummercjali ta’ kumpaniji oħra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta ngħatat struzzjonijiet biex tgħaddi charter flights tagħha lill-Med Air u ma toperahhomx hi avolja l-ajruplani tal-Air Malta weqfin u l-bdoti mingħajr xogħol? X’kien l-iskop ta’ dan l-atteġġjament meta għandek l-Air Malta mingħajr revenue streams sostenibbli u f’punt ta’ falliment totali? Taffordja l-Air Malta tirrifjuta x’xogħol u tagħtih lil Med Air?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-impressjoni li qed tipprova tingħata, li mhu jsiru l-ebda titjiriet mill-Air Malta, hi zbaljata u numru ta' titjiriet qed isiru, kif jista’ jivverifika hu stess. Mhux il-kaz lanqas li ngħataw struzzjonijiet biex l-Air Malta tgħaddi charter flights lil terzi jew li ma toperahomx hi stess.
Infakkar lill-Onorevoli interpellant li l-pass li jmiss għal-linja nazzjonali tal-ajru hi s-sottomissjoni ta' talba għal għajnuna statali lill-Kummissjoni Ewropea. Din it-talba se tkun qed issir f'Marzu li ġej abba¿i ta' pjan onest u kredibbli biex l-Air Malta tilħaq is-sostennibiltà finanzjarja biex tassigura l-futur tal-kumpanija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18959 li saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-mistoqsija parlamentari 18161 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti l-assigurazzjoni li l-importaturi qed jitħallew jirtiraw il-kunsinni tagħhom mill-Malta Freeport mingħajr il-ħtieġa li jqabdu burdnar u dan kif tippermetti l-liġi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi nistgħu nikkonfermaw li l-importaturi qed jitħallew jirtiraw il-kunsinni tagħhom mill-Malta Freeport mingħajr il-ħtieġa li jqabdu burdnar, u dan kif jippermetti l-Att dwar il-liberazzjoni u t-trasport ta’ merkanzija (Kapitolu 203).
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jaghti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid minn huma dawk maħtura, x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dawk il-konsulenti s'issa u kemm huwa l-valur ta' dik il-ħatra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi kif miġbura hawn taħt.
Title of Position/Contract Nomenclature
Department / Entity engaged with
Date of First Appointment of Contract
Salary Scale
Full Time / Part-Time
Management Consultant
MFE
24/11/2020
4
FT
Refund ta’ taxxa mħallsa minn kumpaniji lil azzjonisti barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa mħallsa minn kumpaniji illi fuqha ngħata refund lill-azzjonisti barranin? Kemm kien l-ammont ta’ refund li ngħata lill-azzjonisti barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fil-kategoriji tat-top u l-middle management tal-Air Malta u kemm hu l-ammont totali ta' salarji ta' kull kategorija rispettiva u l-perċentwal tas-salarji totali tal-Air Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
L-informazzjoni relevanti mal-ispiża ta’ ħaddiema tal-Air Malta, inkluż kull informazzjoni finanzjarja oħra, tiġi ppubblikata fir-rapport annwali tagħha li l-kumpanija toħroġ.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Air Malta se tkun qiegħda tippreżenta pjan lill-Kummissjoni Ewropea sal-aħħar tax-xahar li ġej biex tkun tista’ tagħmel talba għal għajnuna statali. F’dan il-pjan se jkunu qed jiġu spjegati r-riformi li se jkunu jitwettqu biex il-piż finanzjarju tal-kumpanija, u indirettament dak tas-sussidjarji tagħha, ikun wieħed sostenibbli.
Fl-istadju li s-sottomissjoni ta’ din it-talba tkun tista’ ssir lill-Kummissjoni Ewropea nkun f’pożizzjoni li nispjega d-dettalji tal-istess talba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ impjegati fl-Air Malta li huma impjegati b'kuntratt definit ta' xogħol u kemm jammontaw is-salarji tagħhom fis-sena?
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-operat tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) s’issa, kemm imponiet penalitajiet amministrattivi l-MFSA (irrespettivament tal-mod kif deskritti) maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt.
Minħabba l-ammont ta’ zmien li għadda l-Awtorità tista’ tagħti informazzjoni dwar penalitajiet amministrattivi imponuti mis-sena 2011 il-quddiem. Ta’ min jinnota li fis-snin 2013 u 2015, l-MFSA ma ħarġet l-ebda penali amministrattivi. L-MFSA għanda l-poter li timponi diversi azzjonijiet ta’ infurzar skont il-liġijiet applikabbli u mhux penalitajiet amministrattivi biss.
SENANUMRU TA' PENALITAJIET AMMINISTRATTIVIAMMONT
20112€347,816
20123€237,868
20130€0
20141€25,000
20150€0
20162€77,500
20179€686,774
20186€433,339
20196€54,000
202019€975,462
Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill MFSA hija disponibbli pubblikament fuq is-sit tal-MFSA skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-Publication policy tal-Awtorità’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma sidien ta' djarhom? Kemm minnhom għadhom iħallsu l-loan tal-bank?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont Statistika dwar id-Dħul u Kundizzjonijiet tal-Ħajja tal-2019 (EU-SILC), in-numru ta’ sidien ta’ djarhom li jgħixu fi djar privati (private householders), huwa stimat li kien ta’ 151,260 fl-2019.
Minnhom, 38,786 kienu għadhom iħallsu l-loan tal-bank.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm ebda entita fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol li għandha ftehim kollettiv li skada.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18627 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma t-termini ta' referenza tal-Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit li nħatar dan l-aħħar u x'rimunerazzjoni ser igawdi l-persuna maħtura? Kemm ser ikollu impjegati dan l-uffiċċju u fejn ser ikun ibbażat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-oqsma ta’ ħidma tal-Kummissarju Speċjali jinkludu r-relazzjonijiet kollha bejn Malta u r-Renju Unit li għandhom jew jaf ikollhom impatt, dirett jew indirett, fuq l-ekonomija Maltija. Il-ħidma tiegħu mhijiex limitata għall-kwistijonijet tal- Brexit.
Il-Kummissarju Speċjali ser jaħdem biex jassigura li l-Gvern u l-partijiet interessati fis-settur privat ma jkunux sorpri¿i bil-konsegwenzi diretti u indiretti tal-Brexit u bi zviluppi oħra fir-Renju Unit, kemm f’dawk li jfissru riskju, kemm f’dawk li huma opportunitajiet.
L-għan strateġiku tal-Kummissarju Speċjali huwa li jippromwovi qabza kwalitattiva u kwantitattiva 'l-quddiem tar-relazzjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u kummerċjali mar-Renju Unit.
Il-Kummissarju jaħdem mill-qrib mal-istakeholders kollha pubbliċi u privati fl-oqsma msemmija sabiex tiġi zgurata unità ta’ azzjoni. Komunikazzjoni effettiva mal-Ministeri relevanti u mal-Awtoritajiet hi essenzjali anki sabiex jiġu evitati
overlaps
.
Il-ħidma tal-Kummissarju Speċjali mistennija li ddum sena, meta kull oġġettiv operattiv li jkun għad jifdal għandu jiġi assorbit mill-ministeri tal-Gvern, Awtoritajiet, u entitajiet oħra relevanti. Għaldaqstant, oġġettiv ieħor tal-Kummissarju Speċjali huwa li jħarreġ impjegati mal-entitajiet imsemmija li jkunu magħzula għal dan l-iskop biex ikomplu l-ħidma tiegħu f’oqsma diversi.
Il-Kummissarju Speċjali ultimament jirrapporta lill-Prim Ministru, jzomm kuntatt mill-qrib mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Ministru għall-Finanzi u x- Xogħol, kif ukoll ma’ kull Ministru jew Segretarju Parlamentari ieħor li jkun identifikat mill-Prim Ministru.
Is-salarju tal-Kummissarju Speċjali huwa ta’ € 100,000 fis-sena. Għandu
allowance
għall-ispejje¿ ta’
insurance
, transport,
telephone
u
internet
.
Fl-Uffiċċju tal-Kummissarju Speċjali attwalment jaħdmu tliet persuni .L-ammont ta’ nies li jaħdmu b’mod
full-time
mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Speċjali m’għandux jeċċedi ħamsa min-nies, inkluz il-Kummissarju Speċjali nnifsu.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta’ persuni li għandhom xi diżabilità u li huma impjegati mal-Gvern, mal-privat, jew inkella f’xi kumpanija parastatali jew Awtorità, rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li għandhom xi dizabilità, u li huma impjegati mal-Gvern, mal-parastatali u mal-privat fl-aħħar ta` Diċembru 2020 jinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Settur
Nies b’
diżabilit
à li huma impjegati
Gvern
733
Parastatali
506
Privat
2,733
Total
3,972
NSO – statistika dwar djar abitabbli li huma vojta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandux statistika ta’ kemm hawn djar abitabbli li huma vojta u mhux qed jintużaw f’pajjiżna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar statistika li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu dwar kemm hawn djar abitabbli li huma vojta, u li mhux qed jintużaw, hija taċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2011.
Jista’ l-Ministru jindika kemm fil-preżent hemm persuni li jinsabu bla xogħol f’pajjiżna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma Jobsplus f'Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2020, kien ta’ 2,765 persuna.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2020.