Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont tal-Investiment Dirett Barrani f'Għawdex matul is-snin 2016, 2017 u fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2018?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sfortunatament, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li hija l-entità responsabbli minn ġbir ta' statistika, ma tiġborx l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li isimha qiegħed jingħata separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 6844.
Financial Intelligence Analysis Unit – ċaqliq ta’ personnel
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 515, jista’ l-Ministru jgħid x'ċaqliq ta' personnel kien hemm fil-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) (jiġifieri kull transfer lejn l-FIAU u mill-FIAU, u fi ħdan l-istess FIAU) mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda ċaqliq ta' personnel la lejn l-FIAU u lanqas mill-FIAU.
Fi ħdan l-FIAU, seħħ ċaqliq volontarju f'Marzu, 2018, minn persuna waħda. Dan seħħ wara li kien hemm sejħa interna u l-persuna applikat għall-pożizzjoni f’sezzjoni oħra fl-FIAU.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-ishma u l-assi li nbiegħu mill-Gvern kull sena minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn kull wieħed minn dawn l-ishma u l-assi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li matul is-snin imsemmija, ġie rreġistrat dħul mill-bejgħ tal-Malta Public Transport Service Ltd, li kienet involuta fit-tranżizzjoni bejn l-operatur tas-sevizz pubbliku li kien hemm dak iż-żmien għal dak li hemm illum. Għalkemm il-bejgħ sar permezz ta’ kuntratt f’Dicembru 2014, l-ammonti dovuti daħlu u ser ikomplu jidħlu fil-Fond Konsolidat tul numru ta’ snin, jigifieri Eur 700,000 fl-2015, u Eur 888,888 kull sena fis-snin 2016, 2017 u 2018.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' investiment barrani f'Malta u f'Għawdex (separatament) matul is-snin 2016 u 2017 (separatament)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-pożizzjoni tal-Investiment Dirett Barrani rigward Malta u Għawdex għall-ewwel sitt xhur tal-2017 kienet ta €165.5 biljun, imqabbla ma’ pożizzjoni ta’ €156.7 biljun għall-ewwel sitt xhur tal-2016. Il-pożizzjoni tal-Investiment Dirett Barrani rigward Malta u Għawdex fl-aħħar tal-2016 kienet ta’ €161.4 biljun. L-istatistika komparabbli għall-aħħar tal-2017 se tkun ippubblikata fl-aħħar kwart tal-2018.
Figuri li juru l-Investiment Dirett Barrani għal Malta u Għawdex separatament mhumiex disponibbli.
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5431 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5290 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol u l-mistoqsija parlmentari 5328 li saret lill-Ministeru għall-Famija, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-media lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta hu kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sors tal-informazzazzjoni dwar il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta huwa l-Labour Cost Index. Dan l-eżerċizzju jipprovdi rati ta' ħlas fis-siegħa għal setturi sħaħ. Għaldaqstant, l-Ministeru mhuwiex f'pożizzjoni li jipprovdi n-numru ta' ħaddiema relatat ma' firxa ta' ħlasijiet medji għal kull siegħa xogħol f'Malta, eż minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, eċċ., kif mitlub fil-mistoqsija.
Ministru għall-Finanzi – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed inġabar.
Akkomodazzjoni Soċjali – ħlasijiet b’lura ta’ pagament ta’ taxxi fuq id-dħul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-Awtoritajiet sabiex iniedu xi tip ta’ skema li permezz tagħha, persuni u entitajiet kummerċjali u anke entitajiet oħrajn li jkunu sidien ta’ proprjetajiet li jkunu tajba għall-finijiet t’akkomodazzjoni soċjali u li jkollhom jagħtu lill-Gvern ammonti sinjifikanti ta’ flus bħal ħlasijiet b’lura ta’ pagamenti tat-taxxa fuq id-dħul (Income tax) u tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) kif ukoll pagamenti tas- social security contributions u dawn ma jkollhomx minn fejn iħallsu dawn l-ammonti ta’ flus lill-Gvern sabiex permezz ta’ din l-iskema jkunu jistgħu jpaċu dawn id-djun billi jgħaddu lill-Gvern dawk il-proprjetajiet li jkunu tajbin għall-akkomodazzjoni soċjali? Hemm xi ħsieb min-naħa tal-Awtorità li jiġi mgħoddi xi att ta’ liġi minn din il-Kamra tal-Parlament sabiex jiġi regolarizzat dan il-mod ta’ tpaċija sabiex b’hekk il-Gvern ikun jista’ jiġbor ammont sostanzjali ta’ flus li għandu jiġbor u kollox isir skont il-liġi u skont regoli u ‘prassi’ stabbiliti mingħajr ħafna qawmien ta’ dubji u tfigħ ta’ tajn bla bżonn minn min suppost jaf aħjar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġà ddiskuta internament din il-policy u l-Ministeru għal Finanzi lest li jikkunsidra proposti f’dan ir-rigward ‘on a case by case basis’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-qabdiet ta’ droga li sar mid-Dwana fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’kienet il-kwalità tad-droga u l-ammonti tad-droga li nqabdet u meta, bħala data? Jista’ jgħid x’kien il-valur fi flus tad-droga maqbuda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirriferi għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 1285.
Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent b'riżultat ta' dak kollu li tħabbar fl-aħħar budget:
a. x'inhi r-rata ta' taxxa fuq il-pensjoni; u
b. x'inhu l-ammont ta' pensjoni li mhux taxxabbli?
Jista' jgħid x'kienet iż-żieda fil-pensjoni wara l-aħħar budget? Jista' jgħid sal-lum x'inhuma l-kriterji li jistabbilixxu r-rata ta' ħlas ta' taxxa fuq il-pensjoni fil-kategoriji u l-każijiet differenti kollha li jeżistu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena bażi 2018 'il quddiem, dħul minn pensjoni sa €13,200 ma titħallasx taxxa fuqu.
Il-mekkaniżmu użat biex jintlaħaq dan il-għan huwa permezz ta’
tax rebate
. Jiġifieri d-dħul tal-individwu jinħadem bir-rati normali tat-taxxa skont jekk hux ir-rati ta’ persuna wahidha, miżżewwġa jew ġenitur, u mbagħad mit-taxxa li tirriżulta jinaqqas it-
tax rebate
.
Ir-riżultat finali jkun li għal kull kategorija (persuna waħidha, miżżewweġ, ġenitur), dħul minn pensjoni sa €13,200 ma jkunx taxxabbli. Ma dan ukoll, fil-każ ta’ individwu li huwa ntaxxat bir-rati ta’ miżżewweġ, jingħata
tax rebate
addizzjonali fuq €1,000 minn kull dhul ieħor.
Rigward il-parti rigward “x’kienet iż-żieda fil-pensjoni wara l-aħħar budget”, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5431 u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-media lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta hu kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għal Finanzi — Għajnuna finanzjarja lill-knisja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ħaddiema u/jew uffiċjali tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li personalment wettqu xi on-site examination lil Nutar/a Pubbliċi matul l-2016 u kemm minnhom għadhom sal-ġurnata tal-lum impjegati mal-istess entità jew b’xi mod ieħor jiżvolġu xogħol għall-istess entità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2016 kien hemm 11-il uffiċjal tal-FIAU li wettqu eżaminazzjoni fuq il-post fuq nutara pubbliċi. Sal-lum il-ġurnata, tmienja (8) minnhom għadhom impjegati mal-FIAU.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x’kienet l-ispiża kapitali tal-Gvern għal kull sena mill-2013 sas-sena 2017? Jista’ jagħti wkoll il-figuri sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) matul is-sena 2016, maqsuma xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorveoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fost in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) matul l-2016, kemm intgħażlu permezz ta’ metodu ibbażat fuq riskju u kemm intgħażlu b’metodu każwali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2016, disa’ (9) nutara intagħżlu skont ir-riskju, u sitt (6) nutara intagħżlu fuq metodu każwali (‘random’).
Ministeru għall-Finanzi – social media advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mellieħa – Triq il-Qortin – sejħa għall-offerti għall-wiċċ ġdid tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema jum, xahar u sena bejn l-2008 u l-2016 il-Gvern jew xi awtorità responsabbli ħarġet sejħiet għall-offerti sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.