Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fil-perjodu msemmi, ma kien hemm l-ebda xogħol jew konsulenzi legali mill-individwu msemmi jew mid-ditta legali tiegħu.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali – appelli pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2017? Jista’ jgħid kemm kien hemm minnhom appuntati u kemm le?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kien hemm 1123 każ pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru sal-aħħar ta’ Ottubru 2017. Minnhom kien hemm, 384 każ appuntat/differit jew għas-sentenza, filwaqt illi kien hemm 739 każ li għadu mhux appuntat.

Għawdex – bini ta’ units ta’ housing soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbnew units ta' housing soċjali ġewwa Għawdex minn Marzu 2013 sal-ewwel ta' Ġunju 2017? Jista' jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jinbena housing soċjali ġdid f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid jekk inħarġux tenders fl-istess perjodu biex jinbnew units ġodda? Jekk iva meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fuq housing soċjali f'Għawdex? Kemm-il unit ta' housing soċjali huwa mistenni li jinbena f'Għawdex fis-sena 2018 u f’liema lokalitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn Jannar 2003 (jiġifieri minn 10 snin qabel il-perjodu li rrefera għalih l-Onor. Interpellant) sa Ġunju 2017, il-Gvern jew l-Awtorita’ tad-Djar ma bnew l-ebda units ta’ housing soċjali ġodda ġewwa Għawdex u lanqas ġew sottomessi applikazzjonijiet jew inħarġu tenders għall-bini ta’ units ġodda.

Għawdex – sodod tal-Gvern fi djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern kemm għandu sodod fi djar tal-anzjani f'Għawdex? Jista' jgħid f’liema postijiet f'Għawdex huma dawn is-sodod u kemm qed tiswa kuljum lill-Gvern kull waħda minn dawn is-sodod?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandu total ta’ 40 sodda f’Għawdex ġewwa Villa San Lawrenz, għal dawk l-anzjani li għandhom dipendenza medja. Għal skopijiet kummerċjali ma nistax inwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija.

Sptar San Vinċenz de Paule – containers għall-pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fl-iSptar San Vinċenz de Paule ilhom erba’ ġimgħat mingħajr containers żgħar fejn jitqassmu l-pillolli u ma għandhomx paper napkins?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-pill containers huma in stock fil-Medical Material Management Unit (MMMU) ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u jitqassmu fis-swali meta jkun hemm it-talba għalihom. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li, l-paper napkins, huma in-stock ukoll.

Social Housing – units

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il unit ta’ social housing se jkun hemm f’kull wieħed mis-16-il sit li fihom se jinbnew residenzi t’akkomodazzjoni soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ units ta’ social housing li se jkun hemm f’kull wieħed mis-16-il sit huwa kif elenkat hawn taħt: · Triq il-Għenba Attard – 8 units · Tas-Sisla B’Kara – 73 -il unit · Helen’s Gate Cospicua – 65 -il unit · Triq il-Lew¿iet, Kirkop A – 19 -il unit · Triq Salvu Sacco, Kirkop B – 18- il unit · Triq tal-Fieres, Kirkop C – 8 units · Triq tal- Fieres, Kirkop D – 8 units · Ħal-Farruġ, Luqa – 182 -il unit · Valley Road, Msida – 102 units · Triq it-Tuffieħ, Naxxar – 12-il unit · Triq N. Mifsud, Qrendi A – 24 -il unit · Triq N. Sammut, Qrendi B – 26 -il unit · Triq Nikol Zammit, Siġġiewi – 84-il unit · Triq l-Indipendenza, ĦaZ-Zebbuġ A – 20 -il unit · Triq il-Qolla, ĦaZ-Zebbuġ B – 8 units Triq Ciantar, Zurrieq – 27-il unit

Akkomodazzjoni soċjali – social impact assessments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li applikanti mil-lokalitajiet fejn se jsiru l-proġetti se jingħataw akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità li diġà jgħixu fiha? Hemm pjanijiet f’dan is-sens ibbażat fuq social impact assessments u l-aħjar mod kif tiġi aċċertata integrazzjoni u l-inqas effetti fuq il-komunitajiet fejn se jsiru l-proġetti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Board ta’ Allokazzjoni fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djaqr, jaghti importanza it-talba tal-applikanti u dan peress li mhux kull min japplika minn lokalita’ partikolari ikun irid imur jabita fl-istess lokalita’ minħabba raġunijiet varji. Kull applikazzjoni tiġi studjata b’mod individwali skont iċ-ċirkustanza tal-każ in kwistjoni.

Social Housing — binjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minbarra s-16-il sit li ssemmew s’issa fil-media, qed jiġu ppjanati xi binjiet oħra għal social housing? Jekk iva, liema huma siti l-oħra identifikati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex naraw kif nistgħu nkomplu n¿idu l-istokk ta’ binijiet li jkunu jistgħu jingħataw għal skop ta’ housing soċjali f’pajjizna.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ ħaddiema fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li għandhom kuntratt definit jammonta għal 17. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, 3 minn dawn il-ħaddiema huma ingaġġati fuq kuntratt definit mal-Awtorita` tad-Djar, minħabba l-implimentazzjoni ta’ proġett kofinanzjant minn Fondi Reġjonali Ewropej (ERDF), filwaqt illi 14 –il infermier/a huma impjegati fuq kuntratt definit (infermiera iritirati) mar-Residenza San Vinċenz de Paule, minħabba nuqqas ta’ infermiera.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-tfal u Solidarjetà Soċjali — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ first aiders ċertifikati fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, huwa ta’ 337. Barra minn dawn, l-infermiera u l-Care Workers li jaħdmu mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` u r-Residenza San Vinċenz de Paule u li b’kollox jammontaw għal 607, huma kollha kwalifikati biex jassistu b’mod mediku fil-bżonnijiet kollha u immedjati tal-anzjani In-numru ta’ first aiders u kif ukoll l-infermierma u Care Workers huwa kif ġej: 14-il impjegat ġewwa Palazzo Ferreria; 94-il impjegat tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali 182 impjegat tal-Aġenzija Sapport 2 impjegati tal-Awtorita` tad-Djar 2 impjegati tal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal 43-il impjegat mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` 136 Infermier impjegati mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` 2 Senior Care Workers impjegati mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` 17 Care Workers impjegati mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` 30 Assistant Care Workers impjegati mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` 422 Infermier impjegati ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 58 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Bini ta’ siti mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jiswa s-16-il sit li ser jibni l-Gvern? Filwaqt li l-Gvern ħa loan ta' €53 miljun biex jinbnew 680 unit, kemm ser ikun jiswa kull proġett? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibdew dawn il-proġetti? Peress li qed jissemmew lokalitajiet bħal Ħ’Attard, Ħal Luqa, is-Siġġiewi, il-Qrendi, B'Kara, l-Imsida, iż-Żurrieq, Ħal Kirkop, Bormla, in-Naxxar u Ħaż-Żebbuġ, jista’ jgħid jekk hux sit wieħed biss se jkun hemm f’kull lokalità jew aktar? Jista’ jgħid dawn is-siti fejn ser jinbnew?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-proġett ta’ Housing Soċjali li jikkonsisti f’16-il sit huwa stmat li ser jiġi jiswa madwar €53,356,405. Kull proġett huwa stmat li se jiġi jiswa kif elenkat hawn taħt: · Triq il-Għenba Attard – €439,079 · Tas-Sisla B’Kara – €5,387,618 · Helen’s Gate Cospicua – €7,120,200 · Triq il-Lewziet, Kirkop A - €2,306,944.80 · Triq Salvu Sacco, Kirkop B – €1,613,912 · Triq tal-Fieres, Kirkop C – €379,744.00 · Triq tal- Fieres, Kirkop D – €878,158 · Ħal Farruġ, Luqa - €9,493,600 · Valley Road, Msida - €6,123,372 · Triq it-Tuffieħ, Naxxar - €617,084 · Triq N Mifsud, Qrendi A - €2,138,433.40 · Triq N Sammut, Qrendi B - €2,254,730 · Triq Nikol Zammit, Siġġiewi - €9,768,914 · Triq l-Indipendenza, Żebbuġ A - €1,286,382.80 · Triq il-Qolla, Żebbuġ B - €700,153 · Triq Ciantar, Żurrieq - €2,848,080 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, diġà beda x-xogħol fuq diversi siti. Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’ċertu lokalitajiet, se jkun hemm iktar minn sit wieħed, kif elenkat fil-lista t’hawn fuq.

Birkirkara – ftuħ ta’ dar tal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux pjanijiet li tinfetaħ Dar tal-Anzjani ġewwa Birkirkara? Jekk għandu, jista’ jagħti dettalji dwarha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa fil-pjanijiet tal-Ministeru li f'din il-lokalita` numeruża, tinfetaħ Dar tal-Anzjani. Qed isiru l-arranġamenti kollha neċessarji, ħalli fix-xhur illi ġejjin ikun jista' jibda jsir ix-xogħol mal-privat għal dan il-proġett. Aktar informazzjoni tingħata aktar l-quddiem.

Wied il-Għajn – Benefiċċji Soċjali għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li huma residenti f’Wied il-Għajn li jew jirċievu allowance għat-tfal b’diżabilità, jew jirċievu l-pensjoni għall-persuni b’diżabilità jew assistenza minħabba vista batuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li huma residenti f’Wied il-Għajn u li qed jirċievu allowance għat-tfal b’diżabilità jew jirċievu l-pensjoni għall-persuni b’diżabilità jew assistenza minħabba vista batuta huwa kif ġej : Assistenza/ Allowance Residenti f’Wied il-Għajn Allowance għat-Tfal b’Diżabilità (DCA) 53 Assistenza Diżabilità Severa (SDA) 83 Assistenza għal Diżabilità (DA) 1 Assistenza Mizjuda Diżabilità Severa (ISDA) 3 Assistenza Persuna B’Vista Batuta (BLD) 2 Total 142

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-nefqa totali kienet tammonta għal €2951.32. In-nefqa xahar b’xahar kienet kif ġej; Mejju 2016 - €1,032.50 Diċembru 2016 - 1,663.80 Settembru 2017 - €205.02 Ottubru 2017 - €50

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, d-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandu total ta’ 20 defibrillator, imqassma kif ġej: · Palazzo Ferreria – 1 defibrillator · Aġenzija Sapport – 5 defibrillators fiċ-ċentri ta’ matul il -jum għall-persuni b’diżabilita, allokati fiċ-Ċentri kif ġej: - Fleur de lys, - Mtarfa, - Gwardjola (Isla), - Ħal Far u - Marsaskala. · Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita` – 1 defibrillator ġewwa Ċentru Servizz Anzjan, Il-Belt, u 9 defibrillators allokati fid-Djar tal-Anzjani u kif ġej: - Dar tal-Anzjani Floriana - Dar tal-Anzjani Msida - Dar tal-Anzjani Mosta - Dar tal-Anzjani Mtarfa - Dar tal-Anzjani Mellieħa - Dar Padova Gozo - Dar tal-Anzjani Żejtun - Dar tal-Anzjani Cospicua - Dar Residenza Zammit Clapp · Residenza San Vinċenz de Paul – 1 full crash trolley ġewwa id-Day Clinic tar-Residenza, u 3 defribillators allokati fis-swali tar-Residenza kif ġej: - St Francis 3 - St Joseph 3 - Rużar Briffa 3 Ir-Residenza għandha fil-pjanijiet tagħha li tixtri aktar defibrillators fil-futur qarib biex tkun mgħammra b’aktar apparat, għal kulur sular.

Ministeru għall-Familja Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Wied il-Għajn: Ċentru LEAP

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28191 tat-Tnax-il Leġislatura bid-data tal-31 ta’ Ottubru, 2016, jista’ l-Ministru issa jgħid meta se jinfetaħ il-Family Resource Centre ta’ Wied il-Għajn? Sa issa, x’tip ta’ għajnuna u servizzi ġew identifikati mis-social mentors li għandhom bżonn il-familji? X’servizzi hemm ippjanati biex dawn il-familji jiġu megħjuna kemm jista’ jkun malajr?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, il-ħidma tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali permezz tal-programm LEAP fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u l-madwar, bdiet sa mill-bidu tas-sena 2016. Dan sar billi ġew identifakati familji fil-bżonn, sew mill-iskema tat-tqassim tal-ikel (jintlaħqu minn dan iċ-ċentru residenti ta’ Wied il-Għajn, Żabbar u Xgħajra) kif ukoll dawk il-familji li irrikorrew fiċ-ċentru ta’ Wied il-Għajn għall-għajnuna. Sa mill-bidu tas-sena l-oħra dan iċ-ċentru kellu assenjati social mentors sabiex jipprovdu s-servizz. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-tmienja ta’ filgħodu sal-erbgħa ta’ wara nofs in-nhar mit-Tnejn sal-Ġimgha (08.00 a.m. – 04.00 p.m.). F’dan iċ-ċentru diġa’ saru laqgħat varji għal dawk li qed ifittxu x-xoghol u fuq kif tieħu ħsieb saħħtek. F’dan ċ-ċentru jiġu ukoll organizzati sezzjonijiet ta’ qari mill-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu, darbtejn fil-ġimgħa. Isir ukoll taħrig fuq il-kompjuter kull tant żmien. Għandna wkoll għajnuna volontarja minn social worker irtirat li qed jiddedika numru ta’ sigħat fil-ġimgħa għal ħidma oħra soċjali. Minn Lulju 2017 il-ħidma intensifikat b’servizzi ta’ Terapija għat-Tfal kif ukoll jingħata servizz mill-Awtorità tad-Djar darba fix-xahar. Dawn is-servizzi jingħataw minn uffiċini mikrija mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn.