Università ta’ Malta – xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru, jew se jsiru, fl-Università ta’ Malta matul is-sena akkademika li għaddiet u għall-2017/18?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena akkademika 2016/2017, ix-xogħlijiet elenkati hawn taħt, tlestew, jew huma works in progress:
· Tlestija tax-xogħol ta' restawr fil-laboratorji tal-kimika tal-Junior College.
· Tlesta restawr totali tar-raba' sular tal-Junior College.
· Bdil tal-lifts tal-Junior College. Lift minnhom ġie mibdul filwaqt li qed isir ix-xogħol biex jinbidel it-tieni lift.
· Xogħol ta' kostruzzjoni fil-laboratorji tal-Engineering Materials
huma
works in progress,
u huwa mistenni li
finishing works
u xogħlijiet elettrriċi/mekkaniċi jibdew u jitlestew fl-2018.
· Tlesta restawr totali tal-Lecture Theatres u l-Lecture rooms tal-Lecture Centre building.
· Dalwaqt se jitlestew xogħlijiet ċivili li jipprovdu rampi ta' aċċessibbiltà fil-bini tal-Biomedical Sciences.
· Tlesta restawr totali tal-University Valletta Campus Theatre.
· B'kollaborazzjoni mal-Government Restoration Unit, qed isir xogħol ta' restawr fuq il-faċċati interni tal-bitħa u l-faċċati esterni tal-University Valletta Campus.
Infurmat ukoll li matul is-sena akkademika 2017/18, ħa jitkomplew dawn ix-xogħlijiet u jibdew proġetti oħrajn:
· Tlestija tal-laboratorji tal-Engineering Materials.
· Bidu u tkomplija fuq it-
TRAKE building project
. Dan jiddependi mill-approvazzjoni tal-fondi tal-ERDF.
· Bidu u tkomplija fuq is-
Sustainable Living Complex building
. Dan jiddependi mill- approvazzjoni tal-fondi tal-ERDF.
· Bidu u tkomplija fuq l-estensjoni tal-bini tal-Matematika u Fiżika.
· Bidu u progress fuq l-iSports Facilities Regeneration project.
· Bdil tal-lift tal-bini tal-Inġinerija.
· Bidu u tlestija tax-xogħol ta' restawr fil-laboratorji tal-fiżika tal-Junior College.
· Bidu u tkomplija tal-University Residences Project. Dan huwa proġett konġunt bejn l-Università u żviluppatur privat fuq bażi ta' PPP.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u kemm hemm ħaddiema bħalissa, li s-salarju tagħhom huwa l-paga minima? Jista’ jgħid ukoll f’liema setturi tax-xogħol qegħdin jaħdmu u jekk humiex impjegati mal-gvern jew mal-privat u dan għal kull sena mis-sena 2013 sas-sena 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-entitajiet li jaqgħu taħtu m’humiex responsabbli minn kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż fost l-oħrajn is-salarju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qegħda f’xi skema mħaddma mill-Fondazzjoni tal-General Workers’ Union u li kienu jirreġistraw għax-xogħol qabel ma ttieħdu mill-Fondazzjoni? F’liema impjiegi qegħdin jitpoġġew, ma’ liema awtorità, dipartiment, aġenzija jew kumpanija huma qegħdin jintbagħtu jaħdmu? X’inhi t-take home pay tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li 662 persuna qegħda fil-Community Work Scheme. Minn dawn 632 kienu jirreġistraw mal-Jobsplus qabel daħlu fl-iskema. L-impjiegi varji li qegħdin fihom dawn il-persuni huma kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Occupations
Animal Carer
Cleaner
Clerk
Driver
Gardener
Handyman
Labourer
Maintenance
Messenger
Plasterer
Attendant
Receptionist
Watchman
Minn dawn is-632 persuna, 251 qegħdin jaħdmu f’kunsilli lokali, 225 fi skejjel pubbliċi, 82 f’entitajiet pubbliċi, 71 ma’ NGOs u 3 huma releavers.
Rigward il-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol, dawn il-ħaddiema huma impjegati fuq bażi full-time. Għaldaqstant japplikaw għalihom il-kundizzjonijiet normali tax-xogħol, jiġifieri salarju bażiku annwali li ma jkunx anqas mill-paga minima stabbilita, kif ukoll il-bonuses statutorji kollha. Dawk kollha li kienu ilhom aktar minn sena fuq il-paga minima ħadu wkoll iż-żieda li ħabbar il-Gvern. Apparti minn dan, il-Fondazzjoni għamlet ftehim mal-entitajiet kollha li jibbenefikaw minn dan is-servizz biex fl-aħħar tas-sena dawn joħorġu performance bonus/allowance sa 5% lill-impjegati ta’ din l-iskema.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student irċieva l-Għotjiet ta’ Manteniment matul is-sena akkademika 2016/2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sas-7 ta’ Settembru 2017, total ta’ 18,846 student li attendew kors f’istituzzjonijiet post-Sekondarji u Terzjarji tul is-sena akkademika 2016-17, attendew u rċevew l-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ngħataw stipendju għar-raġuni li huma rrepetew sena fil-kors? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll f’liema korsijiet kienu jew imxew għalih dawn l-istudenti? Jista’ jagħti dan għal kull sena akkademika mis-sena 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 922 - Studenti li rrepetew sena fil-kors - stipendju.pdf
Rata ta’ stipendju klassifikata bħala High Priority
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħata rata ta’ stipendju ogħla u kklassifikat bħala High Priority lill-korsijiet ta’ studji oħra apparti dawk li llum diġà qegħdin jiġu kkunsidrati hekk?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet kollha eliġibbli għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jistgħu jiġu klassifikati bħala Ġenerali, Preskritti jew ta’ Prijorità Għolja.
Il-klassifikazzjoni tal-korsjiet għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti hija eżerċizzju li jsir kull sena qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika, fejn il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, fi qbil mal-Ministru għall-Finanzi, u fuq rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, jiddetermina liema korsijiet f’livell Post-Sekondarju u Terzjarju jingħataw rata ta’ stipendju Preskritta jew ta’ Prijorità Għolja.
Għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti – korsijiet eleġibbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema korsijiet huma eleġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti? Jista’ jgħid ukoll meta dawn il-korsijiet ġew rikonoxxuti bħala li jagħtu eleġibilità lill-istudenti li jsegwu dawn l-għotjiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub. Rigward din it-tabella, nitlob lill-Onor. Interpellant tinnota li jien infurmat li għal ċerti korsijiet m'hemmx is-sena ta' approvazzjoni peress li ilhom jiġu offruti għal numru sostanzjali ta' snin.
Attachments:PQ 924 - Għotjiet ta' manteniment lill-istudenti - korsijiet eleġibbli.pdf
Scholarships Unit – investiment allokat għal skemi ta’ boroż ta’ studju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment allokat għal din is-sena f’fondi nazzjonali u Ewropej, għal skemi ta’ boroż ta’ studju amministrati mill-iScholarships Unit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment allokat għal din is-sena kemm f’fondi nazzjonali kif ukoll dawk Ewropej, għal skemi ta’ boroż ta’ studju amministrati mill-iScholarships Unit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt, jiġifieri:
Skema
Tip ta’ Fondi
Investiment allokat għal din is-sena
Malta Arts Scholarships Scheme
Fondi Nazzjonali
€250,000
Malta Sport Scholarships Scheme
Fondi Nazzjonali
€120,000
ENDEAVOUR Scholarships Scheme – Group A
Fondi Soċjali Ewropew
€1,600,000
ENDEAVOUR Scholarships Scheme – Group B
Malta Government Scholarships Fund
Fondi Nazzjonali
€900,000
Skejjel tal-Gvern, privati u tal-Knisja – skema ta’ frott
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-iskejjel tal-Gvern, privati u tal-knisja li gawdew mill-iskema tal-frott li ngħataw lill-istudenti bejn l-2012 u l-2016 (sena b'sena - skola skola)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-iskejjel tal-Gvern, privati u tal-Knisja li gawdew mill-iskema tal-frott li ngħataw lill-istudenti bejn l-2012 u l-2016 (sena b’sena – skola skola) qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 1479 - Skejjel tal-Gvern, privati u tal-Knisja - skema tal-frott.xlsx
B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2017 fejn f'paġna 58 intqal li se jinbnew tliet skejjel fosthom waħda fir-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess għall-bini ta’ din l-iskola f'Għawdex? Jista’ jgħid fejn hu s-sit fejn se tinbena din l-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħed isir ix-xogħol preparatorju fuq il-proġett ta' Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex. Qed jiġu evalwati diversi siti għal din l-iskola primarja, possibbilment fil-kumpless ta’ skejjel fir-Rabat stess. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, iżda l-iskola mistennija tiftaħ f'Settembru 2019.
Sussidju lil studenti Għawdxin li jistudjaw full-time f’istituzzjonijiet f’Malta
Question
B’referenza għas-sussidju li jingħata lil studenti Għawdxin li jistudjaw full-time fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST, liema sussidju issa ġie estiż għal dawk l-istudenti Għawdxin li jattendu xi istituzzjoni privata ta’ edukazzjoni għolja f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti Għawdxin li jattendu istituzzjonijiet privati, li applikaw u ġew approvati biex jieħdu dan is-sussidju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sussidju li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma jinħariġx mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u, għaldaqstant, dan il-Ministeru ma jkollux l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-nefqa f’reklamar mill-Ministeru tiegħi inkluż id-direttorati/dipartimenti u l-entitajiet illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, xahar b’xahar fl-2017, hija kif se nsemmi:
Jannar - €22,771.96
Frar - €17,472.83
Marzu - €26,656.62
April - €28,028.28
Mejju - €40,745.45
Ġunju - €15,916.69
B’referenza għan-nota numru 11 tal-Estimi Finanzjarji ta’ Jobsplus għas-sena 2017 u partikolarment għall-infiq bit-titolu Travel Tickets għall-ammont ta’ €21,450 bħala spiża għas-sena 2017, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għal liema dan l-ammont żdied kważi għal erba’ darbiet fuq is-sena ta’ qabel u jagħti d-dettalji ta’ min siefer u liema laqgħat attendew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total proġettat għas-safar għas-sena 2017 kien ogħla minn tas-snin preċedenti minħabba xogħol relatat mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’informazzjoni dwar is-safar sa Ġunju 2017. F’din it-tabella hemm ukoll informazzjoni dwar liema laqgħat kienu rimborżati.
B’referenza għan-nota numru 11 tal-Estimi Finanzjarji ta’ Jobsplus għas-sena 2017 u partikolarment għall-infiq bit-titolu Re-imbursement Cash Benefits fl-ammont ta’ € 22,790 bħala spiża attwali għas-sena 2016, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu dawn il-Cash Benefits, lil min ingħataw u f’liema ammont ġew riċevuti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-reimbursement cash benefits fl-ammont ta’ € 22,790 bħala spiża attwali għas-sena 2016 jirreferu għal allowance finanzjarja li l-ogħla gradi tal-management huma intitolati għalih skont kif stabbilit fil-kuntratt tax-xogħol.
B’referenza għan-nota numru 12 tal-Estimi Finanzjarji ta’ Jobsplus għas-sena 2017 u partikolarment għall-infiq bit-titolu Promotion – Press għall-ammont ta’ €70,623 bħala spiża attwali għas-sena 2016, jista’ l-Ministru jgħid liema press u media houses intużaw u għal liema proġett jew attività jew messaġġ? Jista’ jgħid ukoll f’liema ammonti tħallsu kull waħda minn dawn il-media houses?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat minn Jobsplus li t-tagħrif kollu mitlub mill-Onor. interpellant b’referenza għal liema press u media houses intużaw kif ukoll għal liema proġett jew attività jew messaġġ flimkien mal-ammonti li tħallsu għal kull waħda minn dawn il-media houses li jaqgħu taħt it-titolu Promotion - Press, li tammonta għal €70,623 bħala spiża attwali għas-sena 2016, jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għan-nota numru 13 tal-Estimi Finanzjarji ta’ Jobsplus għas-sena 2017 u partikolarment għall-infiq bit-titolu Consultancy għall-ammont ta’ €57,735 bħala spiża attwali għas-sena 2016, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratt kien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant rigward l-Estimi Finanzjarji ta' Jobsplus u partikolarment għall-konsulenza li taqa’ taħt it-titolu Consultancy għall-ammont ta’ €57,735 bħala spiża attwali għas-sena 2016, hi kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jobsplus – Estimi Finanzjarji – Agreement – Richmond Foundation u Agreement Caritas
Question
B’referenza għan-nota numru 14 tal-Estimi Finanzjarji ta’ Jobsplus għas-sena 2017 u partikolarment għall-infiq bit-titoli Agreement – Richmond Foundation u Agreement - Caritas, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn il-budget attwali għas-sena 2016 kien ferm anqas mill-ammont proġettat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim mar-Richmond Foundation jindika li l-Fondazzjoni tista’ tintalab minn Jobsplus biex tipprovdi servizz ta’ mentoring għall-Programm ta’ Sheltered Employment Training, għal medja ta’ 10 sigħat fil-ġimgħa għal €18 s-siegħa. Matul is-sena 2016 l-ammont ta’ sigħat li Jobsplus kellha bżonn kien ta’ madwar 196 u, għaldaqstant, il-baġit proġettat għas-sena 2016 ma kienx hemm bżonn li jintefaq kollu.
Il-ftehim mal-Caritas jindika li l-Fondazzjoni għandha titħallas għas-servizz bl-ammont totali tal-ftehim ma jeċċedix it-€33,300. Il-Fondazzjoni titħallas €10,500 hekk kif jibda l-ftehim biex ikopri t-taħriġ ta’ mill-inqas 40 persuna li għaddejjin bi programm ta’ riabilitazzjoni mal-Caritas. Il-Caritas titħallas ukoll €950 għal kull persuna li jirnexxilhom isibulha xogħol fl-aħħar tal-programm jew sa sitt xhur wara t-tmiem tal-imsemmi programm. Hekk kif stabbilit fil-ftehim, 90% minn dan l-ammont jitħallas tliet xhur wara li jibda l-impieg u 10% jitħallsu sentejn wara. Għaldaqstant, il-baġit attwali għas-sena 2016 għadu ma ntefaqx kollu għaliex hemm pagamenti li se jintalbu fix-xhur jew snin li ġejjin.
Jobsplus – Estimi Finanzjarji – Disabled 2% Quota Fines
Question
B’referenza għan-nota numru 17 tal-Estimi Finanzjarji ta’ Jobsplus għas-sena 2017 u partikolarment għall-infiq bit-titolu Disabled 2% Quota Fines għall-ammont ta’ €1,200,000, jista’ l-Ministru jgħidmil-liema setturi nġabru? Jista’ jgħid ukoll x’kienu n-nuqqasijiet li għalihom kien hemm dawn il-multi, u kemm-il persuna b’diżabilità sabet xogħol ma’ xi waħda minn dawn il-kumpaniji li weħlu l-multa jew qegħdin kontra l-kwota fis-sena 2016 u matul din is-sena kurrenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ €1,200,000 imsemmi huwa dħul iġġenerat mill-kontribuzzjonijiet u mhux infiq kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari. Dawn il-kontribuzzjonijiet inġabru mill-kumpaniji li ma kenux konformi mal-kwota ta’ impiegi ta’ persuni b’diżabilità skont il-liġi, Kap. 210 dwar l-impieg ta’ persuni b’diżabilità. Infurmat li 140 persuna b’diżabilità sabu xogħol ma’ kumpaniji privati li ntalbu jħallsu l-kontribuzzjoni għas-sena 2015/2016. Il-kumpaniji li ma kenux konformi ma’ din il-liġi fl-2017, se jintalbu jħallsu l-kontribuzzjonijiet lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — transfers ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob l-Onor. interpellant jippreċiża għal liema sena qiegħed jitlob l-informazzjoni.